Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 3 Il-każ tax-xogħlijiet għall-voti f 'Għawdex . . . REPORTER jixxandar għada fid- 8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm Il-pjan tal-PN biex jerġa' jakkwista lil Għawdex Għada f 'REPORTER, Saviour Balzan jiddiskuti fost oħrajn ir-Riżenja ta' Giovanna Debono mill-Partit u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, il-kultura ta' xogħol għall-voti f 'Għawdex u r-rwol ġdid mogħti minn Simon Busuttil lil Chris Said sabiex il-Partit Nazzjonalista jerġa' jakkwista lil Għawdex. Prattiċi li kienu jgawdu minnhom persuni ta' kull lewn DIN il-ġimgħa assistejna għar-riżenja ta' l-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono wara li żewġha Anthony Debono tressaq fil- Qorti ta' Għawdex fuq akkużi b'rabta ma' xogħlijiet privati li saru b'fondi pubbliċi fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Il-każ kien żvelat mill- gazzetta MaltaToday wara li kuntrattur żvela li kien jintbgħat jagħmel xogħol għall-kostitwenti f 'Għawdex bla ebda spiża għall- istess persuni konċernati. Jirriżulta li wħud mix- xogħlijiet kienu saħansitra kontra l-liġijiet ambjentali. Il-lista ta' xogħlijiet li saru mill-fondi pubbliċi jinkludu fost oħrajn garaxx mibni f 'barriera b'mod illegali, xogħlijiet lil sindku tal-PN, xogħol fuq ristorant ħdejn ir- Rabat, bini ta' ġiebja, xogħol fuq razzett illegali, fuq Triq ix-Xagħra, fuq kamra tan- nar u f 'ħanut is-Santwarju ta' Pinu. Skont l-istess rapporti, irriżulta li wħud minn dawn ix-xogħlijiet, li jammontaw għal eluf kbar ta' ewro, baqgħu sejrin saħansitra sal- ġurnata tal-elezzjoni sad-9 ta' Marzu 2013. Intant din il-gazzetta talbet il-kummenti tal-avukat Għawdxi Joe Ellis dwar jekk din kinitx xi ħaġa ta' darba jew jekk hix xi prattika li ilha għaddejja s-snin u meqjusa bħala kultura ta' xiri ta' voti b'xogħilijiet tal-gvern. Ellis qal li wieħed jiskanta kif dawn il-prattiċi issa biss ħarġu fid-dominju pubbliku. "Għawdex huwa post żgħir u wieħed jistaqsi għala ħadd qatt ma tkellem dwarhom qabel mal-kuntrattur beda jilmenta wara li ma tħallasx. Skont id-diċeriji, minn dawn il-prattiċi kienu jgawdu persuni ta' kull lewn, anke nies ferm qrib politiċi. Hemm min jgħid ukoll li dawn il-prattiċi ma waqfux imma baqgħu jsiru. Forsi għalhekk ħadd ma kellu interess jiftaħ ħalqu." L-avukat Għawdxi tkellem dwar kif iċ-ċittadin għandu d-dritt ikun jaf għala l-istrutturi taċ-ċivil, normalment daqshekk riġidi, ġew sovvertiti. "Gvern serju għandu jfittex li jitfa' dawl fuq dawn il-prattiċi u mhux jistrumentalizzhom għal finijiet tiegħu. Dan ma jsirx biss b'investigazzjoni ta' natura kriminali imma hija meħtieġa inkjesta skont il-liġi ppreseduta minn persuna jew aktar ta' integrità indiskussa sabiex jistabilixxu l-fatti u jirrakkomandaw miżuri biex ma jirrepetux ruħhom dawn il-prattiċi." Joe Ellis temm jgħid li dawn il-prattiċi juru wkoll il-pressjoni li l-politiċi jsibu ruħhom taħtha biex ikabbru l-kunsens populari. "Fl-aħħar mill-aħħar, huma ċ-ċittadini illi jridu jwarbu dawn il-prattiċi mill- ħajja pubblika bl-għażliet elettorali tagħhom." L-ILLUM tkellmet ukoll fuq l-istess suġġett mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana li min-naħa tagħha qalet li temmen li l-poplu Għawdxi u Malti jixraqlu politiċi onesti li verament jaħdmu fl-interess tal-pajjiż u tant ieħor għall-gżira Għawdxija. "Peress li l-każ qiegħed sub-judice, rridu nħallu l-Qorti tasal għall- ġudizzju tagħha dwar dak li qed jigi allegat." Caruana kompliet tgħid "Jiena ninkwieta li l-Kap tal-Oppozizzjoni, li kellu informazzjoni fuq dan l-iskandlu sentejn ilu u m'għamel xejn dwaru, għadu qed jevita milli jwieġeb ċar u tond x'qallu l-whistleblower meta ltaqa' miegħu fuq dan il-każ u x'wieġbu lura." Kompliet tgħid li dan il-ħabi ma jgħinx biex issir magħrufa l-verità kollha. "Minn naħa l-oħra, d-deputat Ghawdxi Nazzjonalista Chris Said, lil min kixef dan il-każ qallu li se jgħinu kull kif jista, minflok irreferih għall- awtoritajiet investigattivi." Justyne Caruana qalet li mnalla dan il-Gvern daħħal il-liġi tal-whistleblower, wara li baqgħet fuq l-ixkaffa għal 25 sena, biex persuni setgħu jibdew jitkellmu u jixkfu dan il-klijenteliżmu. "Nistennew issa li joħorġu aktar dettalji dwar kif kienet titħaddem din is-sistema u biex tintrefa' r-responsabbilità kollha legali u politika li hemm bżonn tintrefa' u minn kull min għandha tintrefha. Għawdex u l-Għawdxin jixirqilhom aħjar." Caruana temmet tgħid li filwaqt li l-Kap tal- Oppożizzjoni llum huwa ddispjaċut, hemm ħafna Għawdxin oħra ddispjaċuti għaliex matul iż-żmien id-drittijiet tagħhom ġew mibdula fi pjaċiri għall-voti. "Ħafna u ħafna Għawdxin ġew ingannati ripetutament biex jittieħdilhom il-vot imma l-poplu Għawdxi diġà tal-verdett elettorali tiegħu fl-aħħar elezzjoni ġenerali, b'vot imsaħħah kemm fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll dawk tal-kunsilli lokali." Nota: Għalkemm tlabna l-kummenti wkoll ta' Chris Said, sakemm sar il-ħin li mmorru għall-istampar, il-kummenti tiegħu kien għadhom ma waslux. Il-każ ta' xogħlijiet għall-voti kien żvelat mill-gazzetta MaltaToday