Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 31 SPORTSillum 'determinazzjoni' – Paul Ferrante ngħidlek, imma li huwa żgur hu, li kull minn kien involut b'xi mod jew ieħor, għandu jħossu kburi li f 'anqas minn 11–il xahar, ingħaqad tim u rebaħ kampjonat fl-ogħla diviżjoni. Kien hemm numru ta' nies li, anki jekk ma għenux finanzjarjament, kienu kruċjali fil-mod kif issapportjaw moralment il- proġett." U Paul Ferrante x'jaħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' Virtus? "Naħseb li ma kien hemm ebda sigriet. Fattur determinanti kien li kellna tim ibbilanċjat, numru ta' plejers li ħadmu b'serjetà u taw il-massimu tagħhom fuq il-court - plejers li jiffurmaw tim kemm fuq il-court kif ukoll barra; plejers li dejjem ġibdu ħabel wieħed. Naħseb li wieħed jista' jiddeskrivi lill-Virtus f 'żewġ kelmiet - 'serjetà' u 'determinazzjoni'." Tlabna lil Paul Ferrante jikkummeta fuq l-isfida denja li kellkom minn timijiet oħra fosthom A to Z Electronics Athleta bi plejers ta' esperjenza enormi bħal Michael Naudi, Omar Said, Steve Schembri u oħrajn. Il-kowċ ta' Virtus Cynergi wieġeb li: "Naħseb li dawn il-players li semmejt hawn fuq, huma plejers ta' livell għoli li kitbu parti sabiħa mill-istorja tal-basketball Malti fuq skala nazzjonali kif ukoll internazzjonali u jixirqilhom kull rispett. Din is-sena sa mill-ewwel ftit logħob kien jidher ċar liema kienu se jkunu ż-żewġ timijiet li jissieltu għall-unuri. L-Athleta u aħna lgħabna prattikament il-finali tat-tazzi kollha, ħlief meta eliminajna lil xulxin f 'xi semi-finali. Ta' min isemmi, li kif konna sfortunati bl-injuries, daqstant ieħor konna ffurtunati li rnexxielna nirkupraw lil kulħadd għall-aktar mument importanti tal-istaġun. Il-barrani l-ġdid, Mike Bruesewitz, ukoll laħaq il- qofol tiegħu fl-aħħar parti tal-istaġun. Kien dominanti fir-rebounds taħt il-boards kif ukoll fid-difiża u rnexxielu jgħaqqad aktar lit-tim. Huwa plejer li jilgħab għat-tim u li bl-esperjenza kompetittiva tiegħu, kien ukoll kapaċi li ma jaqax għall-provokazzjonijiet u jagħti risposta bil-logħob tiegħu fuq il-court. Rigward injuries, nibda b'dik ta' Nathan Walkup, fl-opinjoni tiegħi, wieħed mill-aqwa barranin li qatt rat il-logħba tal-basketball ġewwa Malta. Kellna nistennew sal- ewwel tieqa ta' trasferimenti sabiex inġibu barrani ieħor temporanjament, bit-tama li Nathan jerġa' jidħol aktar 'il quddiem, iżda dan qatt ma seħħ. Kellna wkoll l-injury ta' Anton Axiaq, wieħed mill- plejers ewlenin, fejn qala' daqqa u kellu jagħmel xahrejn barra. Il-Captain Peter Shoults innifsu, kellu jagħmel numru ta' ġimgħat barra, u lagħab il-finali tan-Knock-out mhux fl-aħjar kundizzjonijiet. Imma nerġgħu niġu għall-punt, ma nistax ma naqbilx miegħek meta tgħid li Athleta kellhom aktar esperjenza. Bħala tim gdid, 'Cynergi Virtus', kellna bżonn ta' numru ta' logħob u sessjonijiet ta' taħriġ biex nesprimu l-potenzjal kollu tagħna, allura b'mod speċjali fejn tidħol esperjenza bħala logħob flimkien, żgur li konna żvantaġġjati. Madanakollu, ta' min isemmi, li aħna mill- ewwel tajna sinjal qawwi, billi rbaħna wkoll l-ewwel kompetizzjoni uffiċjali tagħna (MBA Shield) u fit-tazzi l-oħra, tlifna biss b'marġni minimu mal-istess A to Z Athleta. Fuq il-finali tal-Playoffs, l-unika sorpriża għalija kienet mhux li rbaħna, iżda li ma tlifniex logħba, u li rbaħna 'game1' u 'game3' b'xi 15 -il punt. Għandi dubju jekk qatt xi tim ieħor rebaħ lil Athleta bl-iskor ta' 3-0 fil-finali tal- Playoffs." Tlabna lil Paul Ferrante jgħaddi xi kummenti rigward in-Knockout li ntrebaħ minn A to Z Athleta fejn fil-finali Virtus Cynergi kienu qed igawdu vantaġġ konsiderevoli, iżda tilfu bi skor marġinali lejn l-aħħar tal-logħba. Ferrante afferma li: "Din inzertat propju fi żmien meta ma konniex fl- aħjar kundizzjonijiet tagħna. Kellna lil Anton Axiaq li kien ilu biss tliet ġimgħat li reġa' beda jilgħab wara l-injury li kellu u l-Captain Peter Shoults kellu problema b'irkopptu. Sfortunatament, dik kienet logħba li sa dakinhar, il- barrani tagħna kien ghadu ma tilifx logħba waħda magħna. Sa dakinhar, Mike kien qed iħoss li anki jekk jagħti 60% tal-potenzjal tiegħu, ma kienx se jkollna problemi. Minn dik il-ġimgħa 'l quddiem, it-tim għamel passi ta' ġgant 'il quddiem, u baqa' jitjieb." U Paul Ferrante kif qed iħares lejn il-futur tat-tim ta' Virtus? Huwa tenna li: "Jien ma nħobbx nitkellem fuq il-futur. Nippreferi nitkellem fuq il-preżent, u x-xogħol li jrid isir. Madanakollu, il-viżjoni għal dan it-tim kienet imfassla fuq pjan ta' tliet snin - tliet snin li fihom jibdew jiġu introdotti anki xi plejers żgħar. Dan huwa tim żagħżugħ u tim magħqud - tim li għandu potenzjal biex iħares b'ottimiżmu lejn il-ġejjieni - grupp ta' plejers li kapaċi jieħdu pjaċir u jagħtu pjaċir lil min isegwihom." Rigward ir-relazzjoni tiegħu mal-kumitat ta' Virtus, Paul Ferante esprima ruħu hekk: "Bħala membru fundatur tal-Klabb ta' Virtus, jien nagħti daqqa t'id ukoll fil-kumitat, b'mod speċjali qabel ma jibda l-istaġun tal- logħob. Huwa grupp ta' nies li nimxu id f 'id u nippruvaw inkunu pro-attivi kemm jista' jkun. Kulħadd għandu l-irwol tiegħu, u jeżisti rispett reċiproku bejn kulħadd." Fl-aħħar iżda mhux l-inqas wara dan is-suċċess uniku u tassew rimarkabbli li rnexxielu jikseb it-tim ta' Virtus Cynergi matul dan l-istaġun, Paul Ferrante xtaq jgħaddi xi ringrazzjamenti: "Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod kienu nvoluti fil-proċess tat-twaqqif ta' dan il-klabb, anki lil dawk li b'xi mod ma emmnux fl-idea, għax dawn tal-aħħar offrew stimolu akbar biex din tirnexxi. Ma nistax ma nsemmix lill-persuna li ssapportjat dan il-proġett sa mill-bidu tiegħu. Qed nirreferi għal Ray Cuschieri. Ray flimkien ma' martu Georgette huma midħla sew tal-basketball lokali, u din ma kinitx l-ewwel esperjenza tagħhom. Il-proġett irnexxa wkoll grazzi għal Ivan Riolo u l-kumitat kollu ta' Starlites, kif ukoll grazzi għall-kowċ Alfred Mifsud għax-xogħol imprezzabli li jagħmel mal- kategoriji ż-żgħar. Ma nistax ma nsemmix ukoll lil Kimmy Borg Alden, persuna li taħdem mill-qalb għat-tim u mat-tim, Lil Patrick Felice Pace li jiffilmja l-logħob kollu b'paċenzja liema bħalha, kif ukoll lil Claire Felice Pace u Martin Pace għall-għajnuna kontinwa li jtuna matul l-istaġun. Nirringrazzja wkoll lill- isponors ta' Virtus Cynergi: Cynergi Health and Fitness, Continental Tyres, Standard Group, Citroen, Di Natura, FMC motors, Avis Car Hire, Francesco Fenech u l-Lukanda Phoenicia," temm jgħid il-kowċ ferm ħabrieki ta' Virtus Cynergi, Paul Ferrante.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015