Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
12 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 HI arroganza pura li wieħed jiddeċiedi li jpoġġi lil Għawdex u lill- Għawdxin f 'keffa u jgħid dawn tagħna. Hi insult għall-moħħ Għawdxi li qed juri biċ-ċar li hu ta' ħadd, ħlief ta' Għawdex biss. Ir-riżultati fl-elezzjonijiet fl-aħħar snin urew biċ-ċar li l-Għawdxin jivvutaw b'moħħhom, jivvutaw fejn jaraw il-ġid għall-gżira tagħhom – li jistgħu jgawdu minnu huma u wliedhom u jdejjaqhom dak li jinsihom matul 5 snin u jiftakar fihom biss lejlet l-elezzjoni. Idejjaqhom il-fatt li lejliet elezzjoni jibdew jinħmew proġetti li ħafna drabi jkunu aktar immirati lejn it-turist Malti jew barrani milli għaċ- ċittadin Għawdxi li jħossu abbandunat għal diversi snin. L-Għawdxi ma tidħakx bih malajr. L-Għawdxi wera bil-fatti li min abbandunah jew ta kas ftit tiegħu, abbandunah fil-kaxxa tal- voti. Ma tridx tkun għaref wisq biex tasal għal dawn il-konklużjonijiet għax ir- riżultati taw stampa ċara ta kif ħaseb l-Għawdxi f 'kull elezzjoni li sab quddiemu. Ikun żbaljat min jaħseb jew ipprova jaħseb li Għawdex jappartjeni għal xi partit jew ieħor. Anzi tkun arroganza li wieħed jiddeċiedi li Għawdex hu tal- PN bħalma qal l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi meta fetaħ il-kampanja elettorali f 'Għawdex, meta bi tbissima u b'konvinzjoni qal li Għawdex hu tal-PN. Għax ir-risposta ħadha meta ngħaddu l-voti. Ikun żbaljat jekk il-Prim Ministru preżenti jaħseb li għax żied għal darba darbtejn u anke tlieta l-maġġoranza f 'Għawdex, il-gżira Għawdxija issa hi Laburista. Għax bħalma ftit tas-snin ilu kienet fortizza Nazzjonalista u llum qed turi xaqliba kbira lejn il- Partit Laburista, jista' ma jfisser xejn u dak li rbaħt illum titilfu għada. Ma niżlitx għasel lanqas li Għawdxi bħal Chris Said jgħid li se jiffoka l-ħidma kollha tiegħu biex jerġa' jagħmel Għawdex fortizza Nazzjonalista, għax imissu jaf li Għawdex mhux tal-PN u lanqas tal-PL, u min jaħseb hekk ikun arroganti u jkun, nerġa' ntenni, qed iħares lejn l-Għawdxi bħala bniedem bla moħħ li ddawru kif trid int jew inkella bil-wegħdi li meta kellek iċ-ċans ma wettaqthomx. L-Għawdxi għandu mentalità differenti, mhux għax hu egoist aktar mill-Malti u lanqas għax jippretendi wisq aktar mill- Malti, iżda għax l-Għawdxi bilfors irid l-għajnuna tal-gvern biex ikampa hu u wliedu, għax l-Għawdxi ma jistax jiddependi fuqu nnifsu biss. Iżda l-Għawdxi jiddependi mit-turist Malti, mix-xogħol maħluq għalih u għall-uliedu f 'Għawdex, minn edukazzjoni terzjarja f 'Għawdex, infrastruttura madwar Għawdex kollu u mhux fit-toroq prinċipali biss minfejn jgħaddi t-turist u l-Malti biss. L-Għawdxi għandu bżonn aktar investiment f 'Għawdex u dan ma jasalx jekk ma jkunx hemm konnessjoni aħjar bl-inqas spejjeż għall- interprenditur li jagħżel lill-Għawdex biex jinvesti flusu. Dan barra l-fatt li ma jistax ikun li ma jkunx hemm fibre optic cable ieħor għall-internet għax min se jinvesti flusu hemm, jekk f 'ħafna negozji ta' gaming, fost l-oħrajn, minuta mingħajr internet tfisser telf ta' miljuni ta' ewro. Għawdex ma jridx li l-art tiegħu tittieħed u tiġi żverġnata mill-iżviluppatur kif qed juri l-pinnur bħalissa. L-Għawdxi jieħu gost jisma' li dawn il-problemi tiegħu qed jiġu attakkati mill- Gvern u anke Oppożizzjoni. Iżda l-Għawdxi għandu moħħ li jaf fejn hu l-limitu bejn id-diskors u l-fatti. L-Għawdxi jrid l-iżvilupp iżda l-art tiegħu jħobbha, għax l-iżvilupp żejjed jeqred l-Għawdex u jagħmlu biss, estensjoni fqira ta' Malta. U dan hu li jibdel il-mod fejn jivvota l-Għawdxi u mhux għax il-Kap jew il-kandidat tal-PN jgħid li Għawdex kien u se jerġa' jsir tagħhom, inkella l-Prim Ministru jew il-kandidat tal- PL jgħid li issa Għawdex sar Laburist. Ikun żball kbir jekk il- partiti politiċi jgħaddilhom biss minn moħħhom li Għawdex jistgħu jagħmluh proprjetà tagħhom. Jekk trid li Għawdex jivvota favurik, tih li twegħdu u ssibu warajk, idħak bih u l-aħħar daħka jidħakha hu. Xi ġimgħatejn ilu ktibt li Għawdex mhux estensjoni ta' Malta u anke bħala voti, hu uniku. L-aħħar ġenerali jagħti raġun dak li qed nikteb jien. Ir-referendum tad-divorzju kien il-kontra ta' dak li vvutaw Malta, ir- referndum tal-kaċċa kien il-kontra dak li vvutat Malta u anke fil-kunsilli lokali, biex ma ninsix ukoll nsemmi li għal ftit voti biss ma kienx hemm l-ewwel kandidat Ewropew Għawdxi. Wieħed irid jiftakar li snin ilu kien hemm Partit ta' Għawdex li kultant fil-pjazez tar-raħal għadek tisma' ħsejjes anke minn żgħażagħ li reġa' beda jissemma' biex Għawdex ikollu partit għalih tiegħu. Ikun tajjeb jekk Anton Refalo bħala Ministru għal Għawdex u Chris Said bħala Shadow Minister għal Għawdex ma jieħdux lill- Għawdxin b'ovvju. L-istorja ta' x'ġara fl-istorja politika Għawdxija f 'dawn l-aħħar xhur u snin għandha tkun lezzjoni biex kulħadd jiftaħ għajnejh, għax Għawdex la qatt kien, la hu u lanqas qatt ma jkun li jappartjeni lil xi ħadd. U min jaħseb hekk, nerġa' ntenni, li jkun arroganti! Għawdex la hu tal-PN u lanqas tal-PL... Għawdex hu tal-Għawdxin illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Ritratt: Ray Attard AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Il-gżira pittoreska t'Għawdex