Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 29 SPORTSillum Dejjem emminna li konna kapaċi nirbħu l-11-il kampjonat -istorja tagħna – Ylenia Carabott Il-qawwa ta' Valletta ġiet għax konna magħqudin– Xavier Saliba JEKK kien hemm raħal f 'Malta li matul din is-sena qed iħossu tassew kburi f 'dak li għandu x'jaqsam ma' qasam sportiv speċjalment futbol, m'hemmx dubju li dan ir-raħal mhu ħadd ħlief Raħal Ġdid. Dan hekk ftit tal-jiem t-tim tal-irġiel ta' Hibernians rebaħ il-11-il kampjonat fl-istorja tiegħu biex ftit jiem wara kien imiss lit-tim tan-nisa tal-istess tim li jikseb ukoll il-11-il titlu fl-istorja tiegħu wara rebħa kbira ta' 6-0 kontra Kirkop United. Biex ikollna stampa iktar ċara ta' x'għadda minnu t-tim tan-nisa ta' Hibernians matul dan l-istaġun, għamilna kuntatt ma' Dorianne Theuma – waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Hija saħqet li: "Dan kien il- 11-il kampjonat mirbuħ mit- tim tan-nisa ta' Hibernians u t-tieni wieħed konsekuttiv. Bdejna s-sena bit-tajjeb meta rbaħna s-Super Cup u minn hemm ma ħarisniex lura biex bqajna sejrin biex irbaħna il-kampjonat. Minn issa nibdew nikkonċentraw ħalli nippreparaw sew għat- Trophy. Dan l-unur ifisser ħafna għalina għax grazzi għall-kowċis tagħna ħdimna ħafna biex nilħqu dan l-għan. Għalija, dan huwa unur ieħor, it-12 -il kampjonat li rbaħt fil-karriera tiegħi, u nispera li jkun hemm iktar minn dawn l-unuri," temmet tgħid Dorianne Theuma. Intant, dan il-ġurnal tkellem ukoll mal-plejer internazzjonali ta' Hibernians, Ylenia Carabott, li tajjeb ngħidu li fl-20 ta' April li għadda laħqet tragward importanti fil-karriera mill-aqwa tagħha fil-futbol, hekk kif fil-konfront kontra Pembroke Athleta, lagħbet il-200 logħba tagħha bil-flokk ta' Hibernians. Hija affermat li: "It-tir tat-tim mill-bidu tal-istaġun kien dak li nirbħu l-Kampjonat u la dik saret realtà, issa rridu nkomplu naħdmu biex nirbħu l-finali tan-Knock Out li se tkun qed tintlagħab għada t-Tnejn. Dan l-istaġun kien wieħed twil għax bdejnieh f 'Awwissu meta sifirna biex nieħdu sehem fil-UEFA Champions League tan-nisa, u naħseb li minn hemm bdejna nuru x-xewqa tagħna li nerġgħu nieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża din is-sena wkoll. Dan għaliex kienet esperjenza sabiħa ħafna u li tgħallimna ħafna minna. Bdejna l-istaġun billi rbaħna s-Super Cup, l-ewwel unur tal- istaġun. Wara xi ftit ġimghat kellna l-konfront dirett kontra Birkirkara fejn tlifna, iżda aħna qatt ma qtajna qalbna u emminna li stajna nirbħu l-kampjonat. Kienet se tkun triq għat-telgħa li iżda aħna ma bżajniex minna u naħseb li konna konsistenti bizzejjed u m'għamilniex żbalji biex issa qegħdin fejn qegħdin. Bħala tim dejjem emminna li konna kapaċi nirbħu l-11 -il kampjonat fl-istorja tagħna. Għandna plejers ġodda li kienu mxenqin u għatxana għar-rebħ tal-Kampjonat, u b'hekk għenuna iktar bl- entużjażmu tagħhom. Kien hemm ukoll plejers ta' esperjenza li bil-maturità tagħhom żammewna kalmi f 'sitwazzjonijiet mhux daqshekk sbieħ. Kellna mumenti li ma nixtiequx nerġgħu ngħaddu minnhom fil-futur, kif ukoll mumenti li tgħallimna minnhom. B'hekk irnexxielna nikbru bħala tim u nsiru familja waħda. Din għenitna nibqgħu kalmi meta konna tliet punti minn taħt. Dejjem emminna li dawk it-tliet punti kienu tabilħaqq se jinbidlu favurina għax emminna fil-kapaċitajiet tagħna tul il-kampjonat kollu," temmet tgħid Ylenia Carabott. JEKK kien hemm tim fil-futsal lokali li nistgħu ngħidu li kiteb l-istorja u impressjona bis-sħiħ, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief it-tim tal- futsal ta' Valletta. Dan hekk kif wara li ġie promoss mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u rebaħ l-istess kampjonat matul l-istaġun li għadda, ftit kienu tabilħaqq jaħsbu li t-tim tal-futsal ta' Valletta seta' jagħti sfida denja lil timijiet bħal Balzan u Luxol. Iżda min ħaseb hekk, kien tassew żbaljat, hekk kif Valletta matul dan l-istaġun impressjonaw bil-kbir, tant li taw sfida denja lil kull oppożizzjoni li lagħbu kontriha, u saħansitra rnexxielhom jagħmluha għall-playoffs li kien l-għan ewlieni tal-klabb fil-bidu tal-istaġun. Barra minn hekk, Valletta, rnexxielhom jaslu wkoll sas- semi-finali tan-Knockout biex stabbilixxew ruħhom mal-aqwa erba' timijiet tal-futsal lokali. Biex ikollna stampa aħjar ta' minn xiex għaddew Valletta matul dan l-istaġun jilagħbu fl- ogħla diviżjoni tal-futsal, ma stajniex ma nagħmlux kuntatt ma' wieħed mill- aqwa plejers li pproduċa l-futsal lokali f 'dawn l-aħħar snin, Xavier Saliva, li bħal dejjem kien ferm disponibbli għalina u tana dawn il- kummenti: "It-tim ta' Valletta futsal għadu tiela' mill-Ewwel Diviżjoni u xtaq li jagħmel tim kompetittiv għad- Diviżjoni Premier, fejn jipprova jagħmilha għall- playoffs. Meta kellmuni mill-ewwel kienet għoġbitni din l-isfida u avolja meta kellmuni wkoll klabbs oħra aktar stabiliti minn Valletta, xorta waħda bqajt nara l-isfida ta' Valletta bħala xi ħaġa ġdida fil- karriera tiegħi u differenti mill-istaġuni ta' qabel. Rigward dan l-istaġun, kien wieħed li fih bqajna nemmnu li nistgħu tabilħaqq nagħmluha għall-playoffs, avolja f 'fażi minnhom tal-Kampjonat konna erba' punti taħt Qormi b'logħba iktar. Iżda, il-qawwa ta' Valletta ġiet mill-fatt li konna magħqudin kemm fir-rebħ kif ukoll fit-telf u rnexxielna nagħmlu rimonta biex dħalna fil-playoffs u hekk l-għan tal-klabb kien milħuq. Bħala bonus żgħir irnexxilna naslu wkoll sas- semi-finali tan-Knock Out ukoll biex stabbilixxejna ruħna mal-aqwa erba' timijiet tal-futsal lokali! Dan it-tragward irnexxielna nilħquh għax kien hemm ħafna persuni dedikati li jaħdmu bla waqfien fosthom Alexander Fenech, Dassier Borg u l-istaff tiegħu, il-kowċ Clayton Felice u l-plejers kollha. Flimkien konna familja waħda," temm jgħid Xavier Saliba. Intant, għall-kronaka, fit- tieni leg tas-semi-finali tal- playoff, li fih kienu involuti Valletta kontra l-qawwa ta' Luxol, dawn tal-aħħar ftit sabu diffikulta' biex jegħlbu lill-Beltin, bl-iskor kbir ta' 9-1, sabiex għamluha għall- finali kontra Balzan. It-tim minn St Andrews kien ferm iddixxiplinat speċjalment fid-difiża bil- goalkeeper Adrian Attard ikollu wirja tajba b'saves tajbin fuq xuttijiet indirizzati mill-plejers Beltin. Luxol sabu l-mumenti deċiżivi biex jikkastigaw u dan witta t-triq għar-rebħa finali. Kien Peter Pullicino li fetaħ l-iskor għal Luxol, bil- Brażiljan William Barbosa jirdoppja l-iskor wara żball tal-goalkeeper ta' Valletta u captain tat-tim nazzjonali tal-futsal, Matthew Mifsud. Ftit qabel il-mistrieħ Peter Pullicino għaqqad id-doppjetta personali wara pass tal-istess William Barbosa. Il-pjan offensiv għal Luxol ftit inbidel fit-tieni taqsima, hekk kif Luxol komplew jiskorjaw permezz ta' hat- trick ta' William Barbosa, doppjetta ta' Florin Anton u goal ta' Matteo Desira Buttigieg bil-Beltin inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' Fabio Bandeira. Plejers u diriġenti tat-tim tan-nisa ta' Hibernians jirħu bil-kbir wara li ġew inkurunati champions għal 11-il darba -istorja tagħhom u għat-tieni darba konsekuttiva Xavier Saliba jmexxi lil sħabu waqt waħda mil-logħbiet tat-tim tal-futsal ta' Valletta matul dan l-istaġun Ritratt: Joe Borg Ritratt: Bank of Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015