Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
30 illum Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 SPORTSillum Virtus f 'żewġ kelmiet - 'serjetà' u 'determinazzjoni' FTIT tal-ġimgħat ilu t-tim ġdid tal-basketball lokali Virtus Cynergi laħaq tragward storiku speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li dan kien l-ewwel staġun għal Virtus fl-azzjoni. Wieħed irid iqis ukoll li l-istess tim kien kompost minn numru ta' plejers żgħażagħ u b'nuqqas ta' esperjenza. Madankollu m'hemmx dubju li għenet l-esperjenza vasta tal-kowċ formidabbli Paul Ferrante kif ukoll ta' plejers bħal David Bugeja u Peter Shoults. Il-kowċ Paul Ferrante tana iktar dettalji rigward dan: "M'inix se nidħol fil-mertu jekk kienx l-uniku tragward li qatt intlaħaq ta' dan it-tip, dak inħallih għall- esperti tal-istatistika u għal min ilu fil-basketball aktar minni. Jekk nibbaża fuq il-memorja tiegħi personali, nista' ngħid li fl-aħħar 30 sena, dan kien l-uniku tragward ta' dan it-tip. Il-basketball Malti s-sena l-oħra għalaq 50 sena, għaldaqstant inħalli f 'idejn l-istoriċi tal-logħba biex jevalwaw dan. Iva, mal-ewwel daqqa t'għajn, wieħed jista' jaraha bħala sorpriża, iżda min segwa l-kampjonat sa mill- ewwel logħbiet, mill-ewwel seta' jagħraf il-potenzjal ta' dan it-tim. Ma nistax naqbel miegħek fuq il-fatt ta' nuqqas ta' esperjenza. Kieku l-esperjenza titqies fuq ix-xagħar abjad, jew in- nuqqas ta' xagħar, hemmhekk għandek raġun. Jien inqis l-esperjenza bħala, kemm wieħed jgħożż il-ġrajjiet li wieħed jgħaddi minnhom tul il-karriera sportiva u tul ħajtu. Jien nahseb li fil-Virtus il-bilanċ bejn l-esperjenza u l-għatx għar-rebħ fit-tim immexxi minni, kien bilanċjat tajjeb. Fejn jidħlu plejers ta' esperjenza, ma nistax ma nsemmix lill-captain tat- tim, Peter Shoults li għandu 29sena. Huwa missier, plejer li rebaħ diversi unuri, fosthom kampjonat nazzjonali u MBA Shield fost tazzi oħra. Il-plejers Shawn Pace ta' 24 sena u David Bugeja li għandu 23 sena, li huma wkoll plejers li jiffurmaw parti mit-tnax–il plejer tat-tim nazzjonali, sas-sena l-oħra kienu plejers ta' Athleta fejn rebħu numru ta' kampjonati u tazzi oħra mal-istess tim. Inżid insemmi lil Anton Axiaq, plejer ieħor ta' 24 sena, l-aqwa plejer tal- kategorija ta' taħt it-23 sena matul l-istaġun li għadda, plejer ieħor tan-Nazzjonal li kien strumentali f 'dawn il-finali. L-Amerikan Mike Bruesewits, 25 sena, plejer li rebaħ il-Big Ten Conference fl-Amerika flimkien ma' Wisconsin Badgers (NCAA). Wieħed ma jistax ma jsemmix liż-żagħżugħ Robert Bonnici, plejer ta' 21 sena, li minkejja li m'għandux esperjenza twila, għaliex kien biss is- sena l-oħra li kellu l-ewwel esperjenza fl-ogħla diviżjoni. Għandu talent li jpatti għan- nuqqas ta' esperjenza bl- enerġija tiegħu fuq il-court. Plejers oħra li kienu kruċjali fit-tim ta' Virtus Cynergi, kienu Graham Coleiro, Ivan Buldakov u Francois Bartolo - plejers li b'sagrifiċċju kbir u b'sens ta' altruiżmu kbir kienu dejjem hemm għat- tim. Lanqas huma stess ma jafu kemm l-impatt tagħhom fuq il-loghba tal-Virtus kien importanti. Meta kowċ jaf li għandu plejers preparati u dejjem lesti biex jilagħbu, avolja mhux dejjem kellhom ħin twil fuq il-court, dan ikollu impatt mhux biss fuq il-cameraderie tat-tim, iżda wkoll fuq il-limitazzjonijiet tattiċi li kowċ jiffaċċja. Flimkien ma' dawn kien hemm iż-żgħażagħ Anthony Schembri, Alec Felice Pace, Thomas Grech u Miguel Falzon - żgħażagħ li permezz tal-amalgamazjoni li għamilna ma' waħda mill- aktar nurseries serji, qed nirreferi għal Starlites, kellna taħlita tajba ta' esperjenza u entużjażmu. Ta' min isemmi wkoll li din is-sena rbaħna wkoll il-kampjonat ta' taħt it-23 sena mingħajr telfa. Dan jixhed il-kwalità li hemm fiż- żgħażagħ tal-klabb." Mitlub jiddeskrivi dan l-istagun għal Virtus, Ferrante iddeskrivieh hekk: "Bla ebda dubju, dan kien staġun memorabbli. Mhux biss għaliex fl-ewwel sena tagħna rbaħna ż-żewġ kategoriji li kkompetejna fihom, iżda wkoll minħabba n-numru kbir ta' xogħol mill-qalb li sar min-numru kbir ta' nies li b'xi mod jew ieħor għenu lill-klabb. Nerġa' ngħid, jekk dan it-tragward intlaħaqx qabel jew le ma nafx