Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 15 kroniċi oħra. Dan għax id-dijabete barra li qed teqred miljuni ta' nies qed tkisser ekonomikament il- pajjiżi kollha biex iżommu lil dawk milquta li ma jkomplux jinqerdu u jbatu l-konsegwenzi tagħha. Fil-fatt issemmew li l-Ewropa fil-qasam tas- saħħa ma tridx biss twassal il-messaġġi tagħha lil Ministri tas-Saħħa, iżda dawk tal-Finanzi wkoll għax l-ispejjeż u l-ekonomija Ewropea tibbaża ħafna fuq is-saħħa tal-Ewropej. Spiċċajna f 'Nofsinhar eżatt u bdew l-intervisti għal fuq it-TV u waqt li Therese kienet qed tiġi intervistata ħadt l-opportunità biex immur niekol żewġt ibziezen (li jkolli nammetti li kienu ħafna aktar tajbin minn dawk li tawni l-Air Malta fuq l-ajruplan). F'xis-1 pm Therese talbitni mmur niekol l-ikla ta' waranofsinhar magħha, iżda ma stajtx nagħmel dan, għaliex l-MPE u l-membri tal-istaff jistgħu jidħlu jieklu minn 12pm fil-kanteen, imma l-mistednin tagħhom ma jistgħux jidħlu qabel is-1.30pm – ħaġa li la jien ma stajt nifhimha, la l-MPE u lanqas min kien hemm mal-bieb – li ma setax jagħtini raġuni għaliex. Imma hekk hi l-liġi u jien ikkuntentajt bil- bezzun, jew insomma tnejn. Dħalna fl-uffiċċju ta' Therese u appena tliet kwarti tlaqna lejn il- lukanda Renaissance fejn hemmhekk attendejna għal konferenza dwar ix- xogħol bl-aktar persuna interessanti li tkellem fiha kien l-eks Prim Ministru tal-Islovakkja, li llum huwa MPE, li qal li hemm bżonn li l-ġlieda favur ix-xogħol tissaħħaħ għax għad hemm pajjiżi fl-Ewropa li n-nuqqas ta' xogħol għadu fuq rata għolja. L-aktar sentenza li laqtitni tiegħu kienet, "inutli insibu l-iskużi irridu nsibu s-soluzzjonijiet." F'dan l-istess ħin Therese urietni l-portal tal-MaltaToday fuq l-ismart phone tagħha fejn kien hemm li Giovanna Debono rriżenjat mill-PN u li Chris Said mhux se jibqa' Segretarju Ġenerali fuq talba ta' Simon Busuttil. Pespisna ftit f 'widnejn xulxin u bejnietna għaddejna l-ħsibijiet tagħna fuq dak li konna għadna kif qrajna. Tgħid qalilha Simon biex tirriżenja? Tgħid min jedhha? U issa f 'votazzjoni fil-Parlament liema naħa se tivvota? Insomma mistoqsijiet bla imwieġba. Fit-triq tkellimna wkoll dwar jekk tħarisx il-quddiem li l-PN ikun fil-gvern u hi tkun Ministru tal- Edukazzjoni, "Jien ħarsti dejjem fuq l-Ewropa kienet u għadha, u hawn nixtieq nibqa għax il-politika Ewropea togħġobni wisq. Nippreferi hawn milli fil-kabinett Malti, iżda jekk il-partit jitlob minni li nkun fil-kabinett Malti, immur xorta bil-qalb kollha." Waqt li tlaqna bil-mixi lura lejn il-Parlament ħadt l-okkażżjoni biex nitkellmu dwar il-politika Maltija, dwar il-PN, dwar Simon Busuttil li ndunajt li hi għandha ammirazzjoni kbira lejh u anke dwar Joseph Muscat u l-gvern tiegħu fejn b'mod mill-aktar nieqes mill-partiġġjaniżmu qaltli li kien ħażin meta fil-PN kien hemm min issottovalutah bħalma qed jiżbalja Muscat u oħrajn li qed jissottovalutaw lil Simon Busuttil. Fl-uffiċċju tagħha sabet żewġ nisa jistennewha li sirt naf li kienu lobbyists dwar xi kwistjonijiet parlamentari fejn jien bqajt barra. Wara din il-laqgħa kien hemm laqgħa oħra ma' tfajla Maltija li taħdem fi Brusell li talbet l-għajnuna ta' Therese fuq inizjattiva msejħa 'European Health Parliament' dwar kura tas-saħħa organizzata mill- EU40 li hu nisġa ta' MPE żgħażagħ taħt l-età ta' 40 sena. Il-ħin qabeż l-4pm u sadanittant bdew dieħlin it-telefonati minn Malta, fejn talbuha intervista minn TVAM u wara ftit ċemplulha tal-programm Realtà biex jiddiskutu magħha dwar l-edukazzjoni billi hi Shadow Minister tal-Edukazzjoni. Fl-istess waqt daħlu ġuvni u tfajla fl- uffiċċju, li skont Karl Agius, jaraw li ta' kuljum li ma jkunx hemmx ħaddiema aktar milli suppost jaħdmu f 'uffiċċju. Dan isir minħabba s-saħħa u s-sigurtà, imma mhux biss – hekk kif jaraw ukoll il-manteniment tal-uffiċċju. Huma fil-fatt saħansitra talbu lil Karl jekk iridx jibdel it-tapit u l-wallpaper li wara ħarsa lejn taħt l-iskrivanija tiegħu weġibhom fl-affermattiv. Bejni u bejn ruħi għidt mur ġibhom imorru fid- Dipartimenti tal-Gvern Malti - kieku jfaqqruh biex jinbidlu kollha. Fil-5pm tfaċċa David Stellini, Għawdxi li jaħdem bħala press officer Malti mal-media tal-Partit Popolari Ewropew fejn ma' Therese beda jiddiskuti liġi li kienet qed tiġi diskussa dwar id-drittijiet tal-awtur, fejn hemm min irid li titneħħa għal kollox u hemm min irid li tinbidel. Wara diskussjoni interessanti, kienu saru kważi s-sitta u lil Therese tlabtha tweġibli fil-qosor ħafna żewġ mistoqsijiet hekk ħfief. Tlabtha tiktibli sentenza fuq kull membru parlamentari fl-Ewropa u sentenza fil-pożittiv dwar Joseph Muscat u oħra negattiva dwar Simon Busuttil u weġbitni hekk: "DAVID CASA kapaċi immens fin-networking. Verament trid tarah jaħdem fil-Parlament Ewropew "Roberta Metsola dejjem preparata u ffukata fuq is-suġġett li tagħżel; Marlene Mizzi l-aktar li rajtha kuntenta kemm ilni nafha bħala kollega fit-twelid tan-neputi. Staqsiha kif inhu u għajnejha jixgħelu.; Alfred Sant Tista' tiddiskuti kwalunkwè suġġett miegħu; Miriam Dalli għandi ritratt magħha fil-counting hall meta telgħet li naħseb li għandi nagħtiha kopja tiegħu." Dwar Muscat "naħseb li għandu tajjeb hu li xi kultant rasu iebsa" u dwar Simon "naħseb li għandu ħażin hu li xi kultant rasu iebsa." U dwar Therese nista' ngħid sentenza jien, li fiha stajt nara persuna intelliġenti ħafna, fabbli, maqtugħa għall-politika Ewropea, taħdem bla waqfien u hi dak kollu li kont naħseb li mhix. Kienu s-6pm u wara telefonata lil familja tagħha li tinsab Malta, għajtitli biex ninżel magħha isfel. Qaltli li sejra l-gym tal-parlament fejn hemmhekk tqatta' siegħa ħa żżomm ruħha b'saħħitha u wara terġa' titla' fl-uffiċċju tipprepara għal dak li jkun imiss l-għada u tagħlaq dak li għaddiet minnu fil-ġurnata li kont magħha jien u li ġġebbed sad-9pm. Jien għażilt li nħalliha titħabat waħidha fil-gym u jien inġbart lejn l-appartament tiegħi. Dik kienet il-ġurnata tiegħi ma' Therese Comodini Cachia, ġurnata mimlija ħidma, mimlija tagħrif u informazzjoni u ġurnata fejn f 'kull siegħa tissawwar il-politika Ewropea u Maltija. Nippreferi hawn milli fil- kabinett Malti, iżda jekk il- partit jitlob minni li nkun fil-kabinett Malti, immur xorta bil-qalb kollha ddeskrivit bħala 'ġurnata ħafifa' Mas-Soċjalista Daniża Christel Schaldemose

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015