Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 35 SPORTSillum emerġenti tal-waterpolo imma li jien plejer tat-tim. Għandu relazzjoni tajba ħafna kemm mieghi kif ukoll mal-ġenituri tiegħi. Taħseb li f 'Malta hemm bżonn li tinbena indoor pool? U bħala riżorsi li fihom tilagħbu f 'Malta dawn kif jikkumaparaw ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn xtutna? Il-Pixxina Nazzjonali issa qed tinħass żgħira ħafna. Kull atleta li jsegwi dixxiplina li tikkonċerna l-ilma irid jittrenja hemm. Il-ħin fejn jista' jsir it-taħriġ huwa limitat u minn ġimgħa għal ġimgħa, il-klabbs iridu jsibu kompromess bejniethom biex iħarrġu il-plejers, kif ukoll gruppi differenti. Jien inħoss li għandu jkollna pixxina ġdida, u jekk tkun imsaqqfa wisq aħjar, għax l-elementi tat-temp ikissru u jgħarrqu l-post li biż-żmien ikun irid iktar manutenzjoni. Tħares lejn il-madum ta' barra ħdejn il-pixxina, kollu mkisser u s-siġġijiet li m'ilhomx ħafna hemm, diġà bdew jikrieħu u jitilfu l-kulur, bir- raġġi tax-xemx. Barra minn hekk meta tagħmel ix-xita tal-ħamrija jitħammeġ kollox u l-pixxina jkollha tiġi mnaddfa mill-ġdid, għax mhux san għall-plejers li jinżlu fiha. Meta l-post ikun magħluq ikun iktar protett. Barra minn hekk it-temperatura tal-pixxina tkun iktar regolata sew. Illum jistgħu jinvestu f 'pannelli li bihom tkun tista' ssaħħan il-pixxina. Barra minn xtutna l-ambjent minħabba li l-post huwa magħluq, jinżamm iktar fi stat tajjeb u nadif. Però, inħoss ukoll li għandu jkun hemm ventilazzjoni tajba minħabba li r-riħa tal-chlorine fil-magħluq taqtalek nifsek u taħraqlek għajnejk. Il-media sportiva f 'pajjiżna tagħti bizzejjed importanza lil-logħba tal- waterpolo jew tagħmel dan biss matul ix-xhur tas-sajf? Matul is-sajf tingħata ħafna importanza. Dan l-aħħar l-interess fil- waterpolo naħseb li kiber. Il-kampjonat tax-xitwa rari tisma' dwaru ħlief ir- riżultati fil-qosor fl-aħbarijiet sportivi u xi ftit fil-gazzetti. Il-media tiffoka aktar fuq il-futbol Malti u wisq iktar dak barrani. Dan l-aħħar aħna ż-żgħar fil- waterpolo ingħatajna ħafna prominenza fuq TVM2. Dawn kienu esklussivi għalina tat-tim ta' Malta. Grazzi għal dan, ħafna semgħu iktar bil-waterpolo u saru jafu ftit iktar fuq il-logħba. Nixtieq li l-media tagħti iktar prominenza lill-plejers li telgħin, li bħalhom hemm ħafna. Intervisti rari jkollhom dawn il-plejers u l-gazzetti kultant jiktbu ftit wisq filwaqt oħrajn ġieli ddedikaw paġna sħiħa. Però, naħseb li fix-xitwa l-prominenza li ningħataw hija waħda fjakka. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-ASA mmexxija mill-President ferm ħabrieki, Joe Caruana Curran? Minn mindu sar President Joe Caruana Curran, dejjem ra kif il-waterpolo isir iktar popolari speċjalment maż-żgħażagħ. Joe Caruana Curran jemmen li jekk plejer ittih iċ-ċans, jipprometti. Ħafna plejers kien qed ikollhom jimpalaw il-flejjes biex isiefru u jkollhom ċans jittrenjaw ma' xi tim barrani. Sfortunatament mhux kulħadd jaffordja dan iċ-ċans. Joe Caruana Curran flimkien mal- kowċ Karl Izzo raw li hemm żgħażagħ li għandhom ħafna potenzjal u li jekk tibda minn età żgħira u ttihom ċ-ċans dawn jirnexxu iktar, li jagħmel tajjeb għall-waterpolo fil-futur. B'hekk inkunu qed ngħollu l-livell tal-waterpolo Malti. B'livell ogħla jkun hemm iktar ċans għall-plejers 'il quddiem li jkunu jistgħu jilagħbu ma' klabbs barranin, bħalma ġara fil-futbol Malti. Barra minn hekk, ikun hemm aktar ċans li plejers tal- waterpolo isiru professjonali. Dan kollu jonora l-logħba tal-waterpolo. Taħseb li hemm bżonn li l-ASA torganizza iktar kampijiet ta' taħriġ għalikom il-plejers li timmilitaw fit-tim nazzjonali barra minn Malta biex tkomplu ttejbu l-ħiliet tagħkom u tiltaqgħu ma' iktar plejers ta' klassi? Meta nara dak li qed isir għall-grupp tagħna tal-U17 ta' Malta, nara li qed isir ħafna. Dan kollu mertu tal- kwalifikazzjoni li ksibna għal Baku. Li jibqgħu isiru ħafna tournaments simili, naħseb li huwa importanti, għax meta tilgħab ma' plejers ta' ċertu qawwa, awtomatikament int trażżan lilek innifsek biex tikber fit-teknika u tipprometti bħalhom. Iktar ma tesponi ruħek ma' plejers ta' kalibru, iktar titgħallem, u iktar jimmotivawk biex issir bħalhom. Dan huwa biss il-bidu tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17 –il sena. Fil-futur, importanti li nibqgħu nikbru u nkomplu nissaħħu pass pass biex nitilgħu fil-quċċata. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- logħba tal-waterpolo kemm ma' San Ġiljan kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-waterpolo? Kif għidtlek, il-waterpolo jagħmel parti kbira minn ħajti. Fil-preżent, inħossni kburi li nagħmel parti kemm mit-tim ta' San Ġiljan kif ukoll mit-tim nazzjonali Malti. Fil-preżent inħoss li għandi futur tajjeb u promettenti fiż-żewġ timijiet. Ma nħobbx inbassar il- futur iżda nimxi pass pass. Jalla jkompli kollox sew. Jekk xi tim ieħor jagħmillek offerta sabiħa biex tħalli lil San Ġiljan u tingħaqad ma' xi tim ieħor, tikkunsidra li tħalli lil San Ġiljan jew tqis li l-futur tiegħek se jkun wieħed esklussivament ma' San Ġiljan? Meta wieħed jingħaqad ma' klabb iħares biss lejn futur hieni u b'saħħtu. L-għan ewlieni tiegħek ikun dak li tibqa' sservi lill-klabb tiegħek bl-aqwa mod possibli u tagħti l-100% tiegħek, tagħti sehmek u tiġi apprezzat. Bħalissa lanqas biss tgħaddili minn moħħi li nitlaq minn ma' San Ġiljan, għax inħossni kuntent u t-tim huwa wieħed magħqud. Opportunitajiet qed ningħata u tal-klabb jgħinuni. Il- futur diffiċli li tarah u għalissa ninsab kuntent kif qiegħed. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jien dejjem emmint li jekk għandek ħolma, huwa importanti li tara kif tagħmel biex issegwiha. Sabiħ li toħlom. Jekk vera trid, tista' tirnexxi. Ikun hemm mumenti fil-ħajja li jaqtawlek qalbek, imma int trid tibqa' tħares 'il quddiem. Jekk tħoss xi drabi li tħossok waqajt, trid terġa' tqum u tibqa' sejjer. Bħalma rnexxa ħaddiehor tista' tirnexxi int - għaliex le? Twieled s-16 ta Frar 1998 r-Rabat, Għawdex, però dejjem għex il-Fgura. Kien Pawlu Privitera li ħajru biex jingħaqad mal-klabb ta' Marsascala Għad għandu biss 17–il sena imma huwa pedina importanti bħala captain tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17-il sena Se jkun wieħed mill-plejers fundamentali tat-tim nazzjonali tal- kbar immexxi minn Karl Izzo s-snin li ġejjin. Ben Plumpton Ritratti: Chris Mangion