Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 GRAZZI għar-riċerkatur u awtur Eddie Attard, illum se nissoktaw b'aktar dettalji dwar il-famuż hold-up li seħħ aktar minn 67 sena ilu fuq impjegati tat-Tarzna u baħrin Ingliżi li kienu fi trakk tan-Navy Ingliża meta kienu nsterqu £126,740 (€175,438 kieku kellhom jissarfu llum). Dawn il-flus kienu l-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna. Dan il-hold-up seħħ nhar il-Ħamis, 22 ta' April 1948. Jibda l-ġuri B'diversi stqarrijiet ta' ammissjoni u xhieda f 'idejhom, il-Pulizija kellha każ sod kontra Ġeraldu Cassar ta' 24 sena, Salvu Fenech ukoll ta' 24 sena, Manwel Cardona ta' 26 sena, Ġużeppi Cachia ta' 27 sena, li kien magħruf bħala "ta' Letanja" minn Ħaż-Żebbuġ u Ġanni Gambin ta' 31 sena. Wara li tressqu l-Qorti fi stadju ta' kumpilazzjoni, il-Qorti sabet li kien hemm provi biżżejjed biex jitqiegħdu taħt att ta' akkuża. Għaldaqstant it-Tlieta, 23 ta' Novembru 1948 beda l-ġuri quddiem l-Imħallef William Harding. Ix-xufier tat-trakk jagħraf lil Azzopardi Manwel Conti, ix-xufier tat-trakk li kien qed iġorr il-flus kien xehed li huwa kien għaraf lil Ġeraldu Cassar bħala wieħed mill- kriminali. Aktar minn hekk, meta Salvu Fenech kien mar ħdejn it-trakk kien waqagħlu l-maktur li kien qed jgħattilu wiċċu u s-Sur Papagiorcopolo kien għarfu wkoll. Ġeraldu Cassar, Salvu Fenech, Manwel Cardona kienu akkużati li fit-22 ta' April 1948, fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, wettqu serqa ta' £127,740 għad-dannu tal-Ammiraljat u li qabel is-serqa, flimkien ma' oħrajn, kienu ftehmu li jmorru f 'ġemgħa ta' erba' min- nies, armati b'revolvers u b'machine gun fl-imsemmija triq minn fejn kellu jgħaddi trakk tar-Royal Navy bil-flus għall-pagi tan-nies tat- Tarzna. L-akkuża żiedet tgħid li Cassar, Fenech u Cardona kienu marru b'karozza Studebaker bin-numru 6747 u armati b'armi tan-nar ħdejn il-Pitkalija, il-Blata l-Bajda, jistennew l-imsemmi trakk jgħaddi u wara saret is-serqa. Ġużeppi Cachia kien akkużat li bejn l-1 ta' Marzu u t-22 ta' April 1948, fil- Marsa, f 'Ħal Qormi u f 'Ħaż-Żebbuġ kien iltaqa' mat-tliet akkużati u ftiehem magħhom biex jagħtu s-salt lit-trakk waqt li dan ikun sejjer mill-Belt għat-Tarzna. Akkuża oħra kontra Cachia kienet li dan wiegħed lill- akkużati l-oħrajn li kien se jpoġġi tabella bis-sinjal No Entry f 'nofs it-triq ħdejn il-mina ta' Bormla biex iżomm it-traffiku u b'hekk is-serqa tkun tista' tirnexxi. Barra minn dan, Cachia kien akkużat li kien ftiehem mal- oħrajn dwar fejn kellhom jinħbew il-flus wara s-serqa. Ġanni Gambin, li kien xufier fit-Tarzna u kien saq it-trakk diversi drabi li fih kienu ttrasportati l-flus tal-pagi, kien akkużat li kien ftiehem kif kellha ssir is- serqa. Joseph Zahra, messaġġier fit-Tarzna, xhud f 'dan il- ġuri, stqarr li ftit wara li kien imwaqqaf it-trakk hu kien għaddej b'karozza minn dawk l-inħawi u ra xi nies b'wiċċhom mgħotti u armati, kif ukoll karozza bin-numru 6747 wieqfa. Ix-xhud qal li n-nies tan-Navy li niżlu mit-trakk kellhom idejhom imtellgħin fuq rashom. Intqal ukoll li kif il-ħallelin ħarbu bil-flus kienu sparati żewġ tiri. Waqt il-ġuri ntqal li l-machine gun li ntużat fis-serqa kienet it-tip li kienet tintuża fuq l-ajruplani, u li l-arma kien fiha 121 balla. Ix-xhieda tal-Pulizija Is-Supretendent Edward Ir-razzett fejn il-Pulizija sabu l-flus Is-Serqa tal-Pagi tat-Tarzna fl-1948 – it-tielet parti Jibda l-ġuri quddiem l-Imħallef Akkuża oħra kontra Cachia kienet li dan wiegħed lill-akkużati l-oħrajn li kien se jpoġġi tabella bis- sinjal No Entry biex iżomm it-traffiku u s-serqa tkun tista' tirnexxi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015