Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 "ILGVERN permezz tas- Segretarjat responsabbli għas-settur tal-persuni b'diżabilità fuq bażi nazzjonali, qiegħed jaħdem biex jenfasizza fuq is- servizzi u opportunitajiet għall-persuni b'diżabilità f 'Għawdex." Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana meta żaret sessjoni ta' taħriġ fl-informazzjoni teknoloġika għall-persuni neqsin mis-smigħ u l-familjari tagħhom li qed isiru f 'Għawdex. Dawn is-sessjonijiet qed isiru b'kollaborazzjoni mal- Malta Communications Authority bħalma saru diversi proġetti oħra. F'dawn is-sessjonijiet qed jibbenefikaw 40 persuna nieqsa mis-smigħ. Caruana ħabbret li ukoll li s-Segretarjat Parlamentari mmexxi minnha fetaħ l-ewwel KNPD helpdesk f 'Għawdex bl-għan li s-servizzi tal-KNPD ikunu aċċessibbli għall-Għawdxin ukoll. "Għaddej ukoll xogħol estensiv biex jinfetaħ l-ewwel lifelong learning hub għall-persuni b'diżabilità u li se jkun qiegħed jopera minn Għawdex. Dan il- lifelong learning hub se jkun qiegħed iħarreġ lill-persuni b'diżabilità biex jgħinhom fil-ħajja ta' kuljum filwaqt li jgħinhom ukoll biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol." Hija għalqet l-intervent tagħha billi semmiet it- 80 post tax-xogħol li se jinħolqu f 'Għawdex għall- persuni b'diżabilità u b'hekk il-Gvern se jkun qiegħed iżomm mal-wegħda tiegħu ta' xogħol f 'Għawdex għall- Għawdxin anke fis-settur tal-persuni b'diżabilità. Tenniet b'ringrazzjament lill-Malta Communications Authority, lill-Gozo Association for the Deaf u lil kull min ipparteċipa f 'dan il-programm ta' taħriġ filwaqt li antiċipat li dalwaqt se jitħabbru proġetti oħra ta' din ix-xorta. Taħriġ fl-informatika għall-persuni neqsin mis-smigħ Ikompli t-tisħiħ fit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili ITTAQSIMA tal- Protezzjoni Ċivili kompliet tissaħħaħ b'aktar membri ġodda, biex b'hekk laħqet l-akbar numru li qatt kellha mit-twaqqif tagħha f 'dawn l-aħħar sittax-il sena, 180 membru. Dan hekk kif din il-ġimgħa l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ppreżenta l-ittri ta' appuntamenti ġodda lil 41 rekluta ġdid u 20 rekluta oħra ssekondati, li bħalissa qegħdin għaddejjin bi tnax-il ġimgħa ta' taħriġ intensiv. "Napprezzaw il-ħidma bla waqfien tagħkom li b'tant passjoni toffru servizz impekkabbli lill-poplu waqt mumenti diffiċli u b'hekk ser inkomplu ninvestu fikom", qal il-Ministru Abela waqt l-indirizz tiegħu. Abela semmà li qed isir investiment li jammonta għal aktar minn €130,000, f 'xiri tà lbies protettiv ġdid għall-membri kollha tà din it-taqsima li jservi biex isaħħaħ is-sigurtà tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol. Fost l-oħrajn, dan jikkonsisiti f 'firekits, ingwanti, żraben u helmets kontra n-nar. Bħalissa diġà nxtara lbies protettiv ġdid għall-membri eżistenti kollha tal-protezzjoni u lbies ieħor partikolari għat-taqsima tal- Hazmat u għaddej il-proċess li jinxtara l-ilbies ġdid għar- rekluti. Kienet elenkata wkoll il-ħidma impenjattiva sabiex din it-Taqsima tibqà tiġi immodernizzata. Imniedi fuq pjan tà ħames snin, il-flotta ta' madwar 50 vettura ta' emerġenza diġà bdiet tinbidel għal spiża kapitali tà madwar tmien miljun ewro u s'issa diġà inxtraw mal 15-il vettura. "Il-ħidma li taffaċċjaw quddiemkom tà kuljum m'hix waħda faċli però tinkludi qlubija, kuraġġ u missjoni professjonali biex isservu u tipproteġu", tenna l-Ministru Abela. Filfatt, fis-sena 2014, din it-taqsima kellha kważi 5000 sejħa għall-assistenza u fis-sena 2015 s'issa assistiet 'il fuq minn 760 każ. L-akbar numru ta' sejħiet ta' assistenza kif previst, fis-sena 2014 reġgħu kienu xhur tas-sajf b'Awwissu jilħaq aktar minn 650 telefonata u lanqas xahar kien dak ta' Diċembru b'madwar 270 sejħa. Il-każijiet ivarjaw minn assistenza ta' nirien, inċidenti tat-traffiku, każijiet ta' salvataġġ u anke każijiet fejn jiġu salvati annimali. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Kap ta' din it-Taqsima s-Sur John Rizzo li rringrazzja kemm lill-membri kurrenti u lir-rekluti ġodda tas-servizz tagħhom. Huwa tkellem fuq l-importanza ta' taħriġ kontinwu lil membri kollha. Flimkien mal-Ministru Abela, huwa żar sessjonijiet ta' taħriġ li kienu qegħdin isiru dalgħodu fosthom fil-qasam ta' abseiling, tifi tan-nar u salvataġġ minn bini li jkun maħkum minn-nirien jew emerġenzi oħrajn. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015