Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 Iddeċidejt li nqatta', bi spiża tiegħi u mhux b'xi rigal mingħand xi ħadd, 15-il ġurnata fi Brussell. Kif kont hawn ħadt l-opportunità nara eżatt x'isir fi Brussell, il-post fejn tinħema l-politika Ewropea, il-post fejn tissawwar il- politika tagħna wkoll. Iddeċidejt li nqatta' ġurnata mal- Membru Parlamentari Ewropea (MPE), Therese Comodini Cachia – fejn nista' nara x'jiġri waqt ġurnata waħda minn tagħha waqt ix-xogħol tagħha bħala MPE. Wara ġurnata magħha jkolli nammetti li blajt ilsieni meta kont ngħid li dawn imorru hemm biex jaqilgħu l-flus biss. Anzi nnutajt li Therese taħdem aktar jew madwar 12-il siegħa kuljum bla nifs, fejn ħlief kwarta jew nofs siegħa biex titrejjaq ftit fis-1pm ma tieqafx. Bħalha indunajt li anke membri oħra li ltqajt magħhom bħal Miriam Dalli u Marlene Mizzi jiġru min-naħa għal oħra biex ilaħħqu max-xogħol kontinwu tagħhom. Ma' Roberta Metsola u David Casa ma ltqajtx, u ma' Alfred Sant se niltaqa' l-ġimgħa d-dieħla. Nammetti wkoll li tant l-ħin hu mimli b'suġġetti li jaqbżu minn wieħed għall-ieħor u kollha interessanti li wieħed jisma' u jitgħallem li l-ħin ma tindunax li għadda. Iltqajt mal-assistent ta' Therese, iż- żagħżugħ Karl Agius, fit-8.30am ħdejn il-Parlament fejn hemm doqt l-ewwel doża ta' burokrazija enormi li teżisti f 'dan il-Parlament. Biex dħalt fil- Parlament għamluli pass - fejn l-ewwel tawni biljett u wara bidluhuli. Insomma tgħaddi mis-sigurtà, neħħejt l-ġlekk u x'naf jien u fl-aħħar irnexxilna nidħlu wara li ma daqqli xejn iżjed. Bdejt il-mixja tiegħi mal-labirint enormi tal- Parlament Ewropew, belt sħiħa fi blokki ta' bini imnissġa f 'xulxin b'pontijiet tal-ħġieġ. Tlajna fis-sular numru 10 u hemm sibt lil Therese Comodini Cachia tistennieni bi tbissima u b'kordjalità, laqgħetni daqslikieku konna ilna nafu lil xulxin ħafna żmien. Qaltli li tidħol l-uffiċċju fit-8.30am taqra l-gazzetti Maltin minn fuq l-internet u wara tibda tipprepara għal ġurnata twila quddiema. Tul konverzazzjoni, li saħansitra dorna wkoll biex tkellimna fuq il-kafè, bdiet tirrakontali kif wara tliet ijiem li ġiet eletta telgħet biex taħdem iżda spiċċat taħdem xahar mill-kuritur, għax l-uffiċċju li minnu kellha tibda taħdem kien għadu mhux battal. Kien sar il-ħin għall-ewwel laqgħa tal-kumitat fit-tielet sular (li hu s-sular li jgħaqqad il-bini kollu) li kienet tibda fid-9 am. F'din il-laqgħa li kellha ddum 3 sigħat issawru liġijiet dwar l-edukazzjoni fuq kif in-nisa jingħataw aktar saħħa fix-xogħol permezz ta' edukazzjoni mill-EU u anke biex iħeġġu liż-żgħażagħ li għall-intraprendatorjat permezz tal- edukazzjoni u taħriġ. Sadattant ħriġt ftit fejn Karl li offra li jdawwarni mal-Parlament Ewropew, filwaqt li qalli l-istorja kif spiċċa jaħdem hemm meta hu gradwat bil-Masters fix- Xjenza. Ħin minnhom tlaqt għal rasi u ntlift f 'dan it-tip ta' labirint u li ma kienx għal żagħżugħ Belġjan li nduna fejn ridt immur u wassalni ma kont insib qatt il-kaptu la biex noħroġ 'il barra u lanqas biex nirritorna minfejn tlaqt. Kulma bdejt insib kienu uffiċini, aktar uffiċini, liftijiet, xi toilet, aktar uffiċini u kurituri li ma jispiċċaw qatt. Saru l-11am, u Therese kellha tmexxi konferenza organizzata minnha stess dwar id-dijabete, fejn fost il-kelliema kien hemm il-Malti Chris Delicata. Kienet interessanti u xokkanti fl-istess ħin meta tisma' li l-istatistika dwar din il-marda li issa ġiet magħrufa bħala epidemija madwar id-dinja kollha bl-aktar pajjiż milqut mill-Ewropa jkun Malta. U hawn sentenza ta' Therese spikkat fuq kollha meta saħqet quddiem il-Kummissarjat tas-Saħħa, li l-UE trid tieħu d-dijabete bħala marda jew aħjar epidemija għaliha waħidha milli waħda mill-mardiet John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Ġurnata ma' Therese Comodini Cachia fi Brussell 10 sigħat bla nifs f 'dik li ddeskrivit Comodini Cachia tmexxi l-laqgħa dwar id-dijabete

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015