Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
ILPROĠETT ta' restawr tal-Forti Sant'Iermu, li nvolva xogħlijiet estensivi ta' tisbieħ fl-infrastruttura, b'investiment ta' aktar minn €15-il miljun ko-finanzjati mill-UE, ġie inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-Forti Sant'Iermu, meqjus bħala ġojjel storiku mill-isbaħ li sfortunatament għamel diversi snin inaċċessibbli, qed jingħata lura lill-pubbliku li se jkun jista' jgawdi l-ispazji pubbliċi b'veduti mill-isbaħ tal-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Barra minn hekk, il-proġett jinkludi wkoll mużew li se jservi ta' esperjenza dwar l-istorja militari ta' pajjiżna u r-rwol importanti li kellu l-Forti kemm fil-perjodu tal-Assedju l-Kbir kif ukoll fit- Tieni Gwerra Dinjija. Waqt iċ-ċerimonja tal- inawgurazzjoni, l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li dan il- proġett isegwi l-viżjoni tal- Gvern, li jkompli proġetti ta' rijabilitazzjoni u restawr, kemm ta' swar kif ukoll ta' monumenti nazzjonali u ġojjelli arkitettoniċi li pajjiżna huwa mogħni bihom. Huwa rringrazzja lill- uffiċjali, periti u ħaddiema tal-Korporazzjoni għar- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li ħadmu b'reqqa fuq dan il-proġett l-għaliex, grazzi għas-superviżjoni li saret, ix- xogħol fuq dan is-sit sensittiv mexa b'rittmu tajjeb, minkejja l-iskoperti storiċi li saru waqt ix-xogħlijiet. Il-Ministru semma proġetti oħrajn intiżi li jkomplu jivvalorizzaw is-sbuħija tal-Belt Valletta, fosthom il-proġett tal- Parlament li kien inawgurat aktar kmieni din il-ġimgħa, il-proġett biex id-daħla tal-Belt Valletta ma tibqax okkupata minn karozzi tal-linja, ir- restawr tal-funtana ta' Tritoni u t-tisbieħ ta' quddiem Kastilja. Min-naħa tiegħu, il- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-pubbliku issa qed jingħatalu spazju li għal snin twal ma kienx aċċessibli għalih. Sostna li issa Heritage Malta se tkompli l-ħidma tagħha sabiex tiżviluppa t-temi u l-oġġetti li wieħed isib għall-wiri sabiex dan is-sit ikompli jsir aktar aċċessibbli. Huwa żied jgħid li flimkien mal-inawgurazzjoni tar- restawr tal-forti, ġie inawgurat ukoll il-Mużew tal-Istorja Militari ta' pajjiżna li sa ftit taż-żmien ilu dan kien biss il-Mużew Nazzjonali tal- Gwerra. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li dak li kien ristrett biss għall-numru żgħir ta' żmien issa jinfetaħ u jirrakkonta stejjer ta' eluf ta' snin. Vjaġġ ta' erbat elef u ħames mitt sena. Fl-intervent tiegħu, is- Segretarju Parlamentari Ian Borg spjega li dan kien proġett maħsub u ppjanat żmien ilu iżda x-xogħol infrasstrutturali kollu li kien hemm bżonn ġie implimentat kollu f 'dawn l-aħħar sentejn. Fil-fatt, 'il fuq minn €13-il miljun (95% ta' valur totali) f 'xogħlijiet saru fl-aħħar sentejn. Is- Sgeretarju Parlamentari Ian Borg irrimarka wkoll kif dan il-gvern jinsab iħares 'il quddiem lejn proġetti oħra simili li jinkludu l-Berġa tal- Italja, il-Binja tad-De Verdelin kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru li fuqu se jibdew ix- xogħlijiet fi ftit ġranet oħra. Intant, Forti Sant Iermu se jkun miftuħ għall-pubbliku b'xejn illum il-Ħadd 10 ta' Mejju bejn l-10 ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija. Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 7 Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 14 th May, 2015 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATIONS: PA 0415/14: Site between, Triq it-Tamar and Triq in-Nakkri, San Pawl il-Bahar. Master Plan for Phases I & 2 and Development of Phase I, comprising of: a) e construction of a residential development over ve oors and penthouse plus semi-basement with two oors of underlying basement parking (Phase 1); b) e commitment of part of the site for tourism-related commercial use (to be carried out in phase 2). PA 1060/14: Site at, 57-77, Triq l-Ghassara tal-Gheneb, Marsa. Demolition of disused winery and warehouses, removal of accretions to fortications, and construction of new three-storey maritime operations centre and ancillary facilities and one level of underground car parking for Virtu Ferries Ltd. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 8 th May, 2015 www.mepa.org.mt Inawgurat il-proġett ta' restawr tal-Forti Sant'Iermu