Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
20 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 N ET TV ippreżenta fuq żewġ puntati programm tassew mhux tas-soltu meta l-kameras ta' Iswed fuq l-Abjad (ipprezentat bi professjonalità oġġettiva minn Frank Psaila) ittieħdu fl-artijiet okkupati tal- Palestina. Il-programm beda b'intervista mas-sindku ta' subborg ewlieni, li ddeskriva l-Palestina bħala ħabs ikkontrollat mill- Iżraeljani armati: "Aħna ma nistgħux niżviluppaw. Aħna mdawrin mis-settlements illegali. Ma nistgħux niżviluppaw l-industriji jew it-turiżmu. Iż-żgħażagħ tagħna m'għandhomx futur. L-industriji tagħna huma mill-iċken: xi xogħol fl-injam u fil-metall, artiġġjanat, mixtri l-aktar mill-Amerika." Bejjiegħ tal-artiġġjanat reliġjuż, f 'ħanut li jmiss mal- knisja fejn hemm il-qabar ta' Kristu, qal lil Iswed fuq l-Abjad li anki l-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukraina qed jaffettwa lill-Palestina ħażin ħafna, għax 80% tal-klijenti tagħhom ġejjin mir-Russja u l-Ukraina. Psaila intervista lill- Ministru tat-Turiżmu tal-Palestina, Roula Ma'Yan. Reġgħet affermat li t-turiżmu fir-reġjun minħabba l-okkupazzjoni militari ħa daqqa kbira 'l isfel: "Anki t-turiżmu tagħna hu kontrollat, ekonomikament ukoll. L-Iżraeljani jieħdu l-akbar perċentwali mingħand il-viżitaturi li jaslu s'hawn; lilna jagħtuna l-karawett." Il-Ministru għamlet appell lill-komunità internazzjonali biex twarrab il-perċezzjoni negattiva tal-Palestina: "Aħna rridu nibgħatu messaġġ ta' paċi, imma mhux iħalluna. Ma jriduniex inxandru l-paċi." Segmenti importanti fil-programm tan-NET- TV ikkonċentraw fuq komunitajiet ta' reliġjużi nisa Franġiskani u ordnijiet oħra. Kienu intervistati diversi sorijiet Maltin. Is-sorijiet xehdu kif fil-btieħi tal- kunventi tagħhom ta' spiss isibu lakrimożi, manetti, bullets, handgrenades u oġġetti militari oħra uzati mill-armata Iżraeljana. Is-sorijiet tkellmu dwar il-miżerja u l-faqar tal- Palestinjani u dwar kif jippruvaw jgħinu lill-familji bil-ħobż bil-ħalib u bil- ħwejjeg użati. Dwar il-Kattoliċi u l-Musulmani, s-sorijiet stqarrew li dawn jgħixu flimkien, f 'armonija sħiħa: "Il-Kattoliċi u l-Musulmani hawn jgħixu bħala ħbieb għal dejjem." Kien hemm anki sitt sorijiet li mietu fl-irvellijiet tal-Intifada. Nota tal-aħħar li ħarget mill-programm: Fl-2006 Benedittu XVI żar kamp tar- refuġjati u kkundanna l-mod traġiku ta' kif qed jinżammu dawk il-bnedmin imsejkna. Fit-tieni puntanta tal- programm, Abjad fuq l-Iswed intervista lill-omm tal-ġuvnott ta' sittax–il sena li nqatel minn estremisti Iżraeljani billi ngħata n-nar. Din kienet l-iktar parti emottiva tal-programm li turi s-sofferenzi psikoloġiċi u fiżiċi li qed isofru l-Palestinjani maħkuma mit- tnalja tal-okkupazzjoni. Mill-banda l-oħra l-kameras daħlu fl-Università ta' Betlem fejn intervistaw grupp ta' studenti li mid- dehra qed jistudjaw il- politika u s-soċjoloġija. Kollha qablu li ż-żgħażagħ fil-Palestina, huma ta' liema reliġjon huma, jridu jgħixu fil-paċi bħal aħwa iżda taħt l-okkupazzjoni jidher li dan l-ideal ftit jista' jkun realizzat. Waħda mit-tfajliet intervistati qalet li mingħajr dubju: "m'hemmx tama għall-Palestina sakemm ma jkunx hemm intervent effettiv mill-komunità internazzjonali." Ta' min ifakkar li saħansitra n-Nazzjonijiet Uniti kkundannat l-okkupazzjoni Iżraeljana li ħolqot anki ħajt fiżiku li jifred u jimblokka lill-Palestinjani fuq l-art tagħhom stess iżda l-Iżrael baqa' jinjora kwalunkwe riżoluzzjoni li tikkundannaħ. Bla dubju Iswed fuq l-Abjad fil-Palestina kien l-aħjar dokumentarju prodott sa issa din is-sena, miġbud professjonalment f 'Marzu li għadda. Dawn huma t-tip ta' programmi li jtellgħu l-valur miżjud tat-televiżjoni f 'Malta. Minbarra l-informazzjoni, qed jidħlu wkoll biex jaffermaw preżenza fi sferi li normalment jaslulna biss minn stazzjonijiet barranin. Wara l-Palestina Iswed fuq l-Abjad ġarr il-kameras ukoll lejn it-Tuneżija u kompla jinserixxi ruħu f 'dawk l-inħawi tal-Lvant Nofsani mnejn bdiet l-hekk imsejħa "Rebbiegħa Għarbija". MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI NETTV FIL-PALESTINA AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Il-Palestina: Tentattiv biex jieqaf fuq saqajh it-turiżmu