Illum previous editions

Illum 10 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Renee Laiviera sostniet li, "Is-soċjetà tal-lum qed tagħraf aktar dan ix-xogħol tal-mara omm filwaqt li l-għarfien għall-kapaċitajiet tal-mara qiegħed dejjem jiżdied. Il- mara nnifisha qed tagħti aktar sehemha fid-dinja tax-xogħol, fil-ħajja pubblika, fil-ħajja tal- volontarjat, kif ukoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet f 'kull livell fil-pajjiż. Minkejja l-bosta żviluppi li rajna, għad hemm ħafna xi jsir biex inkomplu nikkumbattu l-isterjotipi li llum il-ġurnata għadhom assoċjati mal- mara, kemm fid-dar, fuq ix-xogħol u anki f 'oqsma oħra tas-soċjetà. Importanti wkoll li nippromwovu aktar is-sehem tar-raġel fid-dar u fil-familja biex ikun hemm aktar bilanċ bejn ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tal- familja. Kemm ir-rwol tal-omm kif ukoll tal-missier huma importanti fi-trobbija tal-ulied. Kull mara-omm – kemm jekk hija single mother, kemm jekk tinsab f 'relazzjoni jew miżżewġa, kif ukoll jekk qed tieħu ħsieb lil xi ħadd dipendenti - għandha x'toffri lis-soċjetà u għandha l-kapaċitajiet tagħha li jintużaw għall-ġid tagħha personali, tal-familja tagħha u tas-soċjetà in ġenerali. Il-Kummissarju temmet billi awgurat lill-ommijiet kollha l-isbaħ xewqat, "waqt li niftakkru u nagħtu appoġġ lil dawk l-ommijiet li qed ibatu biex irabbu lill-uliedhom speċjalment f 'żoni ta' konflitti u vjolenza." Iktar riċenti, din il- ġurnata qed tinkludi fiċ- ċelebrazzjonijiet tagħha mhux biss l-ommijiet bijoloġiċi, imma wkoll dawk in-nisa li jiddedikaw ħajjithom għat- trobbija tat-tfal. Dan jinkludi bosta nisa li jagħtu kull imħabba u b'dedikazzjoni jieħdu ħsieb u jaraw li dawn it-tfal ma jkun jonqoshom xejn. Fost dawn insibu lil bosta sorijiet li b'dedikazzjoni kbira jieħdu ħsieb id-diversi tfal li jkollhom fl-istituti daqs li kieku kienu uliedhom. Dwar dan, tkellimna ma' Sr Magdalene Cauchi li hi waħda mis-sorijiet li tant jagħmlu ġid u ħidma siewja mat-tfal f 'Angela House f 'Tal-Pietà. Din id-dar, fil-mument tilqa' fiha 28 tifel u tifla, li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 3 sa 16-il sena. Kull każ ta' kull tifel u tifla huwa differenti u dawn is-sorijiet jagħmlu dak kollu li huwa possibli sabiex jgħinu u jħobbu lil dawn it-tfal daqs li kieku kienu tagħhom. Meta mistoqsija dwar xi jfisser għalihom jum l-omm, Sr Magdalene semmiet kif għalkemm huma mhumiex ommijiet naturali xorta waħda tfisser ħafna, waqt li insistiet li minkejja li jħossuhom ommijiet għal dawn it-tfal, bl-ebda mod ma jridu li jieħdu post l-ommijiet naturali ta' dawn it-tfal. "Jum l-Omm hija ġurnata speċjali għalina għaliex għalkemm m'aħniex l-ommijiet naturali ta' dawn it- tfal li nieħdu ħsieb, - u bl-ebda mod ma nixtiequ neħdulhom posthom - aħna nħossuna kburin li nkunu ommijiet għal dawn it-tfal. Mhux biss ommijiet li jieħdu ħsieb kuljum dak kollu li jkollhom bżonn, imma ommijiet spiritwali li jsostnu lil dawn l-ulied speċjali bit-talb tagħna, kemm għalihom u kemm għall-familji tagħhom. It-tfal f 'Angela House, kollha għandhom xi storja differenti u uħud minnhom ikunu jistgħu jaraw lil omm naturali tagħhom matul il- jum tal-Ħadd u peress li Jum l-Omm hija dejjem iċċelebrata l-Ħadd, dawk it-tfal li jkunu jistgħu jmorru d-dar mal- ġenituri, jiċċelebrawh ma' ommijiethom. "Oħrajn jgħadduh ma' xi familji li aħna nsejħulhom social contacts. Imbagħad, dawk li jibqgħu magħna f 'dan il-jum jgħadduh magħna f 'atmosfera kemm jista' jkun ta' familja." Minkejja kollox u minkejja l-isforzi li jsiru min-naħa ta' dawn is-sorijiet, Sr Magdalene semmiet kif ma jistax jonqos li f 'każi fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jqattgħu l-ġurnata mal-omm naturali tagħhom, dawn se jkunu kemxejn iddiżappuntati, "Huwa inevitabbli li dawn it-tfal isewdu xi ftit qalbhom jekk ma jkunux jistgħu jqattgħu Jum l-Omm ma' ommhom. Dan huwa naturali," temmet tgħid Sr. Magdalene. xorta u forma Sister Magdalene Cauchi Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 | illum 11

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 10 May 2015