Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt X'kien l-ewwel ħsieb li għadda minn moħħok meta tħabbar ismek? Għalkemm kienet ħaġa li veru xtaqt, xorta ma stajtx nemmen. Wara mbagħad ħassejt ferħ kbir għax kont ilni nipprepara u nistinka għal tul ta' żmien għal dan il-konkors. Kif inbidlet ħajtek minn dakinhar 'il hawn? Fiex jikkonsistu l-preparamenti? Għal darb'oħra, se nerġa' nirrapreżenta lil pajjiżi – u dan ifisser ċertu responsabilità. Bħala preparamenti, importanti li nipprepara għad-diversi sfidi li huma parti mill- kompetizzjoni ta' Miss World, bħalma hi s-sezzjoni tat-Talent, Sports Track u Beauty with a Purpose. Is-sbuħija kollox? Le ma naħsibx li hi kollox. Nemmen li hemm elementi oħra li jagħmlu persuna sabiħa bħall- imħabba u r-rispett lejn kulħadd. L-importanti il-qalb u kif iġġib ruħek mal-oħrajn. Katrina min hi meta ma tkunx qed timmudella? X'tagħmel iżjed? Katrina ta' kuljum hija pjuttost tfajla riżervata, tħobb ħafna l-annimali, tħobb tiġbor il-fossili u l-ġebel li jolqot il-għajn. Tħobb ħafna l-ambjent, tħobb ċerti xogħlijiet tal- idejn, bħal ngħidu aħna il- ħjata u tħobb ukoll tagħmel il-wind chimes. Barra minn hekk, bħalissa qed nagħmel kors fuq il-Ġemmoloġija li jikkomplimenta ix- xogħol tiegħi ta' kuljum bħala salesperson ġewwa stabiliment tal-ġojjellerija. Kif bdiet il-karriera tiegħek fl-immudellar? Meta kont żgħira kont mistħija ħafna, tant li l-ġenituri tiegħi kienu mħassba u ħajruni nattendi kors tal-immudellar li kien tħajjar jagħmel Ettienne, żagħżugħ ġar tagħna matul is-sajf. Hawn jien kelli 13-il sena. Sadanittant, kien hemm kors li kienet tagħmlu Jolene Tabone u xtaqet li nipparteċipa fil-konkors jien ukoll – liema konkors kien jismu Miss Beauty of Gozo. Dan il-konkors kont irbaħtu! Minn dakinhar imbagħad bqajt għaddejja! X'qed tara aktar 'il quddiem bħala pjanijiet? Li nieħu l-opportunità biex permezz ta'din il-pożizzjoni l-ġdida inkompli nħeġġeġ l-ħarsien tal-ambjent, li nħeġġeġ ukoll l-għarfien fuq id-dimensja. Fil-fatt diġà kellmuni mis-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u tal-Anzjanità Attiva fuq hekk. Nispera li kull fejn inkun, speċjalment barra minn Malta, jirnexxieli nirriklama lil pajjiżi dejjem aktar, għaliex nemmen li jixraqlu. Xi tfisser li tkun mudella? X'impatt tħalli fuq il- kumplament ta' ħajtek? Li tkun mudella jfisser li tkun spalliera għall-ilbiesi tad-diżinjatur. Togħġbok u ma togħġbokx, inti trid tidher daqslikieku taħseb li din hija l-isbaħ libsa tad- dinja. M'hemmx għalfejn turi din l-espressjoni fil- wiċċ, għaliex bil-mixja tiegħek għandha toħroġ din l-emozzjoni. Apparti minn hekk, trid tifhem x'jixtieq jesprimi d-diżinjatur jew stilist u l-fotografu. Dan kollu, għalkemm jidher sabiħ u faċli huwa xogħol impennjativ u li għalih trid dedikazzjoni kbira. L-imħabba, il-familja u l-ħbieb, xi jfissru għalik? Dawn it-tlieta huma importanti ferm għalija, speċjalment il-familja. Li tkun mara fis-soċjetà tas- seklu 21 x'taħseb li tfisser? Tfisser li trid tkun superwoman għax il-mara moderna mistennija li jkollha l-professjoni full-time, li jkollha l-familja u barra minn dan kollu trid tlaħħaq ma' mitt elf ħaġa oħra. L-ugwaljanza bejn is-sessi teżisti fil-verità? Jekk irrid nitkellem sinċerament, le. Għamilna progress, però għad fadlilna x'naqdfu! Il-moda, il-ħwejjeġ, id-dehra tiegħek - xi jfissru għalik? Jilgħabu parti kbira minn ħajti, imma mhumiex kollox. Tħoss li għandek responsabilità ġdida fil- fatt li qed tirrappreżenta lil Malta? Kif? Hija responsabilità kbira li jien qed nirrapreżenta lil Malta. Irrid inkun ta' eżempju tajjeb u nuri l-qalb tajba tal-Maltin barra minn xtutna. L-attiviżmu, il-politika, il-karità - għal Katrina xi jfissru? Nemmen li wieħed għandu dejjem jinvolvi ruħu f 'attivitajiet. Nemmen li f 'kull tip ta' sitwazzjoni politika, wieħed xorta għandu jagixxi dejjem għall- ahjar tal-Maltin. Ħames Minuti ma' Katrina Pavia Ħames Minuti It-tfajla riżervata minn Għawdex li b'dedikazzjoni kbira issa se tirrappreżenta lill-Malta u Għawdex f 'Miss World, titkellem mal-ILLUM 24 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015