Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 Proġett ta' taħriġ fost residenti l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin Ħiliet li joffrulhom opportunità li jsibu impjieg "WIEĦED mill-aspetti innovattivi ta' dan il- proġett kienet il-bażi tiegħu ta' riċerka, li ħarset primarjament lejn is- sitwazzjoni tal-edukazzjoni fil-faċilità u r-relazzjoni bejn ir-residenti u l-possibbiltà tagħhom ta' impjieg wara li jkunu jiskontaw is-sentenza tagħhom." Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt it-tqassim ta' ċertifikati lil madwar 30 resident fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin li din il-ġimgħa temmew b'suċċess taħriġ f 'diversi ħiliet li huma meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol. It-taħriġ, li kien immirat l-aktar lejn dawk ir-residenti li waslu sabiex itemmu s-sentenza tagħhom, bil-għan li joffrilhom opportunitajiet akbar sabiex jiġu impjegati, sar permezz ta' ħidma kollaborattiva bejn il-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid, il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, id-Dipartiment tal-Kriminoloġija fi ħdan l-Università ta' Malta u l-Kulleġġ tal-Arti Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST). Il-Ministru Abela tkellem ukoll fuq l-importanza li tiġi promossa l-ugwaljanza u l-inklussività fid-dinja tax-xogħol għal dawn ir- residenti wkoll. "Ir-riżultati miksuba juru l-isfidi ċari li għandu dan il-qasam fejn minn tletin kumpanija lokali li ġew intervistati, il- maġġoranza assoluta ta' 93% stqarrew li ma jħossuhomx komdi li jimpjegaw magħhom eks residenti." Spjega li raġunijiet ikkwotati jinkludu b'mod partikolari n-nuqqas ta' fiduċja kemm fil-karattru, fl-attitudni u fl-abilitajiet ta' dawn l-individiwi. "Fil-fatt fis-sena 2010, 78% tar- residenti kienu bla impjieg u l-moral tagħhom kien wieħed baxx." Il-Ministru kompla jgħid li r-rapport janalizza kif biżgħat bħal dawn setgħu waslu mir-rata għolja ta' re-entry li fl-2010 kienet ta' 69%. Huwa nnota kif fis-sena 2014 din niżlet għal 42%. "Hu għalhekk li bħalissa qed issir din il-ħidma sabiex is-servizzi ta' edukazzjoni u tax- xogħol f 'din il-faċilità jkunu meqjusa bħala żewġ naħat differenti tal-istess munita, fejn ir-residenti jiġu mħarrġa f 'dawk il-ħiliet li se joffrulhom opportunità akbar li jidħlu lura fid-dinja tal-impjiegi." Abela elenka wħud mill- korsijiet li kienu offruti fosthom taħriġ f 'ħiliet li huma meqjusa bħala relevanti għad-dinja tal- impjiegi fosthom fil-qasam tal-ħjata, book-binding, tas- sbuħija u tal-ġebel. "Dan il-proġett kien jinvolvi wkoll aspett innovattiv fejn ġiet maħluqa web-based tool system li toffri alternattivi edukattivi oħra li jridu jibqgħu jiġu esplorati fil- futur. Sistemi li minħabba n-natura virtwali tagħhom joffru aċċess għal studju indipendenti u flessibbli li jiġi mwettaq fil-kumdità tar- resident." Il-Ministru Abela temm jgħid li t-triq 'il quddiem toffri diversi sfidi sabiex il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tkun verament waħda korrettiva u sigura. "Hu għalhekk li l-Ministeru kkummissjona bord ta' reviżjoni indipendenti mmexxi minn Martin Scicluna sabiex janalizza s-sitwazzjoni kurrenti tal- Faċilità b'mod ħolistiku u bil-għan li jwassal sabiex isir it-tibdil strateġiku meħtieġ f 'diversi oqsma." Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Republic Street, Valletta next to the Courts Il-Ministru Abela jgħid li t-triq 'il quddiem tori diversi sdi sabiex il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tkun sigura