Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
32 illum Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 SPORTSillum IĊCHAMPION ta' Malta Keith Galea kompla jikseb iktar suċċessi. Nhar l-1 ta' Mejju – festa pubblika, il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon organizzat il-Kampjonati Nazzjonali tad- Duathlon fil-by-pass tal-Imtarfa. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 7.5km, rota ta' 27km u fl-aħħar ġirja oħra, din id- darba ta' 4km. Galea wera l-intenzjonijiet tiegħu mill-bidu nett li ried jirbaħ it-tellieqa hekk kif mar fuq quddiem bil-pass mgħaġġel tiegħu tas-soltu. Kulħadd kien sorpriż bil-pass qawwi ta' Keith, hekk kif ħadd ma rnexxielu jżomm il- pass tiegħu. Huwa mal-ewwel fetaħ vantaġġ tajjeb. Peress li jaf li fi tlajja huwa b'saħħtu kompla jagħfas biex ikabbar il-vantaġġ tiegħu kemm jista' jkun. Huwa daħal l-ewwel fit- transizzjoni f 'ħin ta' 25.17, b'minuta vantaġġ fuq l-eqreb rivali tiegħu Fuq ir-rota, Keith Galea beda jamministra l-vantaġġ tiegħu biex iħalli l-enerġija għall-aħħar ġirja. Sa nofs ir-rotta, il-vantaġġ ta' Galea baqa' l-istess imma wara Fabio Spiteri tal-Agones SC naqqas id-distakk għal 38 sekonda. Galea għamel reazzjoni hekk kif reġa' ġab il-vantaġġ tiegħu għal minuta. Fit-tieni ġirja, l-atleta ta' Birkirkara St Joseph kompla jagħfas, fejn reġa' rreġistra l-aqwa ħin minn kullhadd ta' 13.34 biex rebaħ it-titlu tad-Duathlon għat-tielet darba fil-karriera tiegħu f 'ħin ta' 1.23.09. Fabio Spiteri spiċċa t-tieni żewġ minuti wara Keith Galea u Steve Chetcuti ta' Birkirkara St Joseph daħal it-tielet f 'ħin ta' 1.25.57. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea saħaq li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu u kuntent bir-rebħ tat-titlu. Huwa ħadem ħafna fl-ewwel ġirja biex jibni vantaġġ. Fuq ir-rota kien qiegħed tajjeb imma qabdu bugħawwieġ kbir u kellu jnaqqas ftit. Beda jamministra tajjeb il- vantaġġ u meta ħassu aħjar għamel reazzjoni biex ġab lura s-sekondi li tilef. Din il- prestazzjoni tagħmillu kuraġġ għat-tellieqa li se SEMMA' LEHNEK *EŧPMG.50CTFSWFSVTFNNBMFŧOFLEXBSLVMNBRFEKJŦSJ NBEXBSFLNJOOYFKSJFUMPLBMJHŧBMŦSBKKJFULVSSFOUJCJŚŚBOT MJUJSCBŧSJHBMJUBLVMMŦJNHŧB.50CTFSWFSIVQKBUUBGPSNB CJFY JOU ULVO UJTUB UJLLPOUSJCXJYYJ MNBUFSKBM UJFHŧFL mEEJOKB NHŧBŦŦMB EEPNJOBUB NJMMNJEKB V ULVO QBSUJ NJEEJTLVTTKPOJ őVSPCTFSWFSNBMUBUPEBZDPNNU Keith Galea Champion ta' Malta Duathlon għat-tielet darba Keith Galea juri s-sinjal tan-numru 3 wara li rnexxielu jirbaħ it-tielet Kampjonat tad-Duathlon l- karriera illustri tiegħu