Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/509502
VERONICALYNN MIZZI ĠURNATA waħda fis- sena tkun speċifikament iddedikata għal dak li suppost għandna nagħmlu kull ġurnata tas-sena; nuru l-apprezzament tagħna lejn dik il-persuna li tatna l-ħajja – ommna. Għalkemm hemm diversi jiem differenti li fihom tiġi ċċelebrata din il-festa f 'pajjiżi differenti, f 'pajjiżna u f 'bosta pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada, din tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta' Mejju. Dan b'differenza għall- Ingilterra li tiċċelebra dan il-jum tliet ġimgħat qabel l-Għid il-Kbir. Ħafna jkunu dawk li jagħżlu li joħorġu lil ommhom biex jieklu, sabiex jiffrankawlha t-tisjir ta' dakinhar, jagħtuha xi bukkett fjuri, ċikkulatini jew xi kartolina. Però dan ma kienx l-għan prinċipali. Bħalma ġara fi kważi ċ-ċelebrazzjonijiet kollha, il-prijorità saret il-bejgħ ta' rigali u mhux il-ħsieb ta' warajhom. Omm Jum l-Omm L-idea prinċipali wara dan il-jum, kienet ta' Anna Jarvis li xtaqet li tonora u tagħt ġieh lill-ommijiet kollha – kemm dawk li għadhom ħajjin, kif ukoll dawk li ħallewna. Għalkemm Jarvis ma kinitx omm hi stess, tiġi meqjusa bħala omm dan il-jum ta' ċelebrazzjoni għaliex kienet il-fundatriċi tiegħu, tal-anqas fl-Istati Uniti. L-idea ta' Anna Jarvis li toħloq dan il-jum ġiet mingħand ommha, Anna Reeves Jarvis li kienet attivista u social worker, li kienet tixtieq li xi darba, xi ħadd għandu jagħti ġieħ u jonora lill-ommijiet kollha, kemm dawk ħajjin kif ukoll dawk mejtin għal dak kollu li jkunu għamlu ma' familthom. Ta' bint dedikata, Anna Jarvis qatt ma nesiet kliem ommha, tant li meta ommha mietet fl-1905 rat kif għamlet biex iġġib fis- seħħ din il-ħolma li kellha. Anna bdiet billi bdiet tibgħat il-qronfol fi knisja f 'West Virginia, li kienu l-fjuri favoriti t'ommha u li ħasset li kienu jissimbolizzaw l-imħabba pura tal-omm, b'mod partikolari l-qronfla bajda. Tant hu hekk, li din il-fjura hija simbolu ta' din il-ġurnata, illum f 'bosta pajjiżi. Matul iż-żmien, it- tifsira wara s-simbolu ta' din il-fjura inbidel xi ftit hekk kif il-qronfla ħamra tintlibes jekk l-omm għadha ħajja u bajda jekk l-omm tkun mietet. L-idea ta' Jarvis kienet li f 'dan il-jum, l-ulied jiktbu xi ittra lil ommhom saiex juru l-apprezzament tagħhom għal dak kollu li jkunu għamlu magħhom. Minkejja dan, iktar ma għadda żmien, iktar bdiet issir ċelebrazzjoni kkummerċjalizzata fejn bosta kumpaniji bħal dawk tal- kartolini fost l-oħrajn, raw l-opportunità biex jidħlu fis-suq u jagħmlu l-qligħ. Din qatt ma kienet l-intenzjoni ta' Jarvis, tant li waslet biex tipprova twaqqaf l-istess ġurnata li kienet ħadmet tant sabiex takkwista, minħabba li ħasset li l-għan inizzjali kien intilef. L-omm illum il-ġurnata L-irwol tal-omm fis- soċjetà tal-lum inbidel mhux ftit minn kif kien tradizzjonalment. La l-irwol tal-mara fis-soċjetà inbidel, hekk ukoll l-irwol tal-omm li jimxu id f 'id. Illum il- ġurnata, iktar u iktar nisa qed jaħdmu u jidħlu fid- dinja tax-xogħol biex l-irwol tal-omm isir dejjem iktar diffiċli u jeħtieġ l-għajnuna. Fil-fatt, b'mod iktar riċenti rajna diversi miżuri, anke minn gvernijiet madwar id-dinja sabiex jinkoraġixxu lil dawn l-ommijiet sabiex ma jabbandunawx il- karriera li jkunu ħadmu għaliha ġaladarba jkunu saru ommijiet. L-irwol ta' omm huwa diġà impenjattiv u diffiċli waħdu, iżda dan ikompli jsir aktar impenjattiv meta l-istess omm tkun taħdem u trid tlaħħaq mad-diversi impenji u rwoli oħra li jkollha. Tkellimna mal-personalità Moira Delia li minbarra li hija preżentattriċi popolari ta' diversi programmi televiżivi, hi wkoll omm ta' żagħżugħ ta' 17-il sena, dwar l-irwol ta' omm impenjata, fis-soċjetà moderna. "Naħseb li dan huwa test fuq is-soċjetà tagħna – qatt ma kellna ħajja daqshekk impenjata u mimlija u dejjem nispiċċa nistaqsi lili nnifsi x'effett qed ikollu dan fuq uliedna! Inkunu nafu t-tweġiba meta jkun tard wisq u allura wliedna jkunu saru diġà adulti. Nittama biss li s-sitwazzjoni ma tmurx għall-agħar u nindunaw malajr li l-ħajja għandha tkun apprezzata u mhux moħħna biss biex naħdmu u naqilgħu iktar flus milli verament għandna bżonn!" Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza, min-naħa tagħha titkellem dwar kif l-irwol u l-ħajja tal- ommijiet qed tara ħafna tibdiliet. Ħafna ommijiet jaħdmu kemm barra kif ukoll ġewwa d-dar. Oħrajn jiddeċiedu li jiddedikaw ix- xogħol tagħhom fil-familja. Ommijiet oħra, għal diversi raġunijiet, irabbu lil uliedhom weħidhom. Nanniet qed jgħinu fit-trobbija tat-tfal ta' uliedhom bħalma kien jiġri snin ilu. Ħafna nisa, għalkemm neċessarjament mhumiex bijoloġikament ommijiet, jagħmlu ħafna xogħol jieħdu ħsieb membri tal-familja li jkunu dipendenti fuqhom. Il-Kummissarju tal-NCPE, 10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Mejju 2015 Jum l-apprezzament lejn min tana l-ħajja L-ommijiet f 'kull xorta Renee Laiviera Moira Delia