Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 475 • 22 ta' Novembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST minn Albert Gauci Cunningham LINĊIDENT li seħħ f 'Paceville fi tmiem il- ġimgħa li għaddiet wassal biex reġa' qed jissemma rapport li sar f 'Mejju tal- 2012, li għalkemm kien pubbliku, ftit li xejn kien hemm diskussjoni dwaru s'issa u bil-wisq inqas kienu implimentati l-proposti li hemm fih. Fost dawn il-proposti, fir-rapport bl-isem 'Lejn iktar Sigurtà u bon ordni f 'Paceville', hemm dik għal pjan ta' kontinġenza f 'każi ta' inċidenti u l-bżonn li ssir għassa fiż-żona. Dwar il-pjan ta' kontinġenza, kemm sorsi fi ħdan il-pulizija kif ukoll il- Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u l-GRTU kkonfermaw mal-ILLUM li dan il-pjan, li skont ir-rapport kellu jsir "biex jekk jinqala' xi inċident kulħadd ikun imħarreġ dwar x'għandu jagħmel," fil-fatt qatt ma kien implimentat. Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaffa 'Il-PL għad jiddispjaċih li tilef lil Marlene' Reno, Peppi u Quinton dwar it-TV Malti Ara paġni 8 u 9 Ara paġni 12 u 13 Ma kien implimentat kważi xejn minn rapport dwar Paceville li sar fl -2012 • Il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu minn tal-anqas 10 snin jitlob għal għassa • Tkompli f 'paġna 6 Ritratt: Chris Mangion Bil-mina noll wieħed għal kulħadd minn John Busuttil FIRRAPPORT ta' Gordon Cordina dwar il-mina bejn Malta u Għawdex joħroġ ċar li f 'każ li din il-mina ssir , in-noll bażiku għal dawk li jaqsmu bejn il-gżejjer se jkun l-istess għal kulħadd. Dan ifisser li mhux se jkun hemm differenza bejn dak li jħallas Malti u Għawdxi. Minkejja dan, meta mistoqsi minn l-ILLUM dwar l-ħaddiema li jkollhom bżonn jaqsmu kuljum, Cordina qal li se jkun hemm skemi partikolari li jkunu jfissru nollijiet inqas. Fid-dawl ta' rapporti li ħarġu matul il-jum tal-bieraħ dwar noll ta' €10 kull darba li tuża l-mina, Cordina ippreċiża li dan huwa biss il-medju u jirrifletti biss it-total meħtieġ biex il-privat ikun jista jagħmel qliegħ. Il- President tal-Gozo Business Chamber Michael Grech sostna mal-ILLUM illi l-ħlas tan-noll se jkun ta' darba, int u dieħel Għawdex u mhux darbtejn, kif kien irraportat lbieraħ f 'xi mezzi tax-xandir. Intant L-ILLUM huwa infurmat li hemm tliet konsorzji Għawdxin li diġa esprimew interess qawwi li jaħdmu fuq dan il-proġett li mistenni jiswa mat- €300 miljun. Tkompli f 'paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015