Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Għawdex Tradizzjoni, kultura, identità, devozzjoni u artistrija Ix-Xagħra: raħal il-Milied...raħal Ħaġa tal-iskantament hu l-fatt li r-raħal tax-Xagħra jinbidel fi presepju għal- żmien il-Milied. Fejn kważi r-raħal kollu jaħdem għal dan il-għan u jieħu sehem biex joħloq presepji ħajjin, presepji artistiċi, grotti u bambini għat-tfal u anke tours tal-presepji mal-lejl. Wieħed irid jifhem ukoll li r-raħal tax-Xagħra hu wieħed estiż ħafna u hu maqsum fi tliet partijiet: in-naħa tan-Nazzarenu, iċ- ċentru li hu magħruf bħala l-pjazza u n-naħa ta' San anton. Dan u ħafna iżjed sirt nafu meta ltqajt ma' erba' persuni li huma involuti biex jibdlu dan ir-raħal fi presepju ħaj għal żmien il-Milied. Iltqajt mal-Arċipriet tal-Bażilika ta' Marija Bambina - Dun Karm Refalo li taħt il-kappa tiegħu timxi l-organizazzjoni ta' raħal sħiħ fi żmien Natalizju, ma' Victor Agius li ħdax-il sena ilu flimkien ma' Xagħrin oħra waqqaf l-Għaqda 'Il-Milied fix- Xagħra', ma' Sephora Galea, spiżjara żagħżugħa ta' 25 sena li tifforma parti mill-għaqda 'theGuidingLight' li dis-sena qed jagħtuna kunċett ġdid ta' presepju ħaj 'Suq u Mexxi' u ma' Ġanni Attard is-sagristan u soċju tal-MUSEUM li hu wieħed mill-protagonisti fil-presepju mekkanizzat fil-mużew tax-Xagħra sa mill-1969. Ikolli nammetti li l-entużjasmu ta' dawn in-nies, ħassejtu jittieħed. Nies li ma jinteressahomx li jissemmew huma jew li jidhru huma, iżda li jwasslu l-kburija u l-passjoni għall- arti u l-kultura presepistika ta' poplu sħiħ li jingħaqad bħala team wieħed li joffri spettaklu uniku f 'raħal sħiħ. Fil-fatt ix-Xagħra kollha tingħaqad taħt kappa waħda, 'Ix-Xagħra raħal il-Milied, raħal il-Presepju' fejn huma l-eluf it-turisti, Maltin u barranin, li jżuru dan ir-raħal fiż-żmien il-Milied. L-ILLUM rat ftit x'qed jinħema f 'dan ir-raħal għal dan iż-żmien speċjali għalihom, li wara l-festa tal-Bambina, il-festi natalizji huma prijorità. Presepju Suq u Mexxi Il-grupp żagħżugħ 'theGuidingLight ilu għal dawn l-aħħar 15-il sena jorganizza l-presepju ħaj f 'Għawdex, li kien minn tal-ewwel tat-tip tiegħu fil-gżejjer. Beda jsir f 'razzett f 'Diċembru tas-sena 2000 fuq stil Lhudi fejn anke l-ilbies tal-persunaġġi kien magħmul min-newl. Iżda din is-sena dan il-presepju se joħroġ mir- razzett għall-ewwel darba u se jmur Triq Għajn Ħosna, wied pittoresk li mix-Xagħra jwasslek fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. L-idea oriġinali ġiet mill-Amerika bil-kunċett ta' presepju ħaj interattiv, li fih jieħdu sehem madwar 100 personaġġ żagħżugħ mix- Xagħra. Wieħed jesperjenzah mill-karozza fejn litteralment isuq qalb il-presepju u persunaġġi li jiġu jkellmuk dwar dak li jkun qed jiġri, jew aħjar dak li ġara 2,000 sena ilu. L-iskript inkiteb minn saċerdot żagħżugħ Xagħri Dun Joseph Bajada, li hu l-istess persuna li ħajjarhom biex il-presepju ħaj, jingħata kunċett differenti tip ta' Drive Thru Nativity. Il- dawra bil-karozza teħodlok madwar 10 minuti u se jsir fuq jumejn, is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta' Diċembru bejn il-5 u d-9 pm. Dan ifisser li f 'dawn il-jumejn ikun jista' jilqa mal-240 karozza żgħira. Għalhekk, wieħed se jkun jista' jgawdi din l-esperjenza unika fuq bażi ta' first come first served,għalkemm ikun tajjeb kieku gruppi jiftiehmu flimkien u jirkbu karozza waħda, bis-sistema ta' 'pooling'. Wieħed ikun jista' jidħol bil-karozza mir-raħal tan-Nadur, mit-triq li tagħti għar-Ramla magħrufa ta' Għajn Qasab. ġanni s-Sagristan u l-presepju tal-MUSEUM Tkellimt ma' Ġanni Attard magħruf bħala Ġanni s-sagristan, li hu soċju tal-Mużew li kien involut fl-ewwel presepju tal-Mużew mekkanizzat fix-Xagħra flimkien mas-soċju Joe Borg li kien bravu fl-inġinerija, u s-soċji l-oħra Joe Sultana u Joe Theuma. Għalkemm hu dokumentat li fl-1908 fix-Xagħra kien hemm diġà presepju 'mekkanizzat' fl-inħawi ta' Ġnien Xibla, il-presepju tal-Mużew kien innovattiv għall-aħħar fis- snin sittin bil-pasturi jimxu minn post għall-ieħor u mhux biss jiċċaqilqu. Dan il- presepju serva ta' ispirazzjoni għal numru kbir ta' presepisti Għawdxin u Maltin. Ġanni Attard qalilna li dan il-presepju wara li kien jarmah d-dar tiegħu, fl-1969 beda jarmah fil-Mużew mas-soċji sħabu u ħadu sehem bih f 'kompetizzjoni mtella' mill-Malta Tourist Board u kienu rebħu din il-kompetizzjoni. Baqgħu jirbħu l-kompetizzjoni għal xi snin oħra fejn l-MTB kienet iddeċidiet li Għawdex u Malta jinqasmu f 'żewġ kompetizzjonijiet għax hekk, ħadd ma seta' jirbaħ lill- presepju ta' Ġanni u l-ħbieb tiegħu ix-Xagħrin. Dan il- presepju hu magħmul forma ta' storja rakkuntata mill- vanġelu, bil-mużika u effetti tad-dawl sinkronizzati mal- movimenti kollha tal-pasturi li jibdew miċ-ċensimet b'San Ġużepp ifittex kenn mal-lejl, it-twelid u l-glorja tal-anġli, Ġanni Attard, Joe Sultana u Joe Theuma jagħmlu l-aħħar irtokki fil-presepju l-kbir tal-Mużew Il-presepju Naplitan ta' Raymond Bonello • Presepju Suq u Mexxi fix-Xagħra: Kunċett ġdid kif tista' tgħix il-presepju bil-karozza tiegħek • Ix-Xagħra, b'kultura ta' presepji b'27 presepju artistiku għall-wiri • Il-pijunieri tal-presepju mekkaniku f'Għawdex: L-ewwel wieħed dokumentat fl- 1908 • Ġanni Attard jagħmel 90 bambin kull Milied biex iqassamhom lit-tfal u mill-1969 ħadem fuq il-presepju mekkanizzat tal-MUSEUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015