Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet 'Ix-xahar ta' Novembru kien inkredibbli' minn Albert Gauci Cunningham "Din is-sena kienet waħda tajba ħafna mil- lat ta' turisti li laqgħet il-lukanda tagħna, imma partikolarment ix-xahar ta' novembru, li kien wieħed inkredibbli." Hekk sostna mal-iLLUM id-Direttur għall-iżvilupp tan-negozju tal-lukanda Hilton Julian Diacono, meta kien mistoqsi dwar l-impatt li ħalla l-Valletta Summit kif ukoll l-impatt li mistennija tħalli l-laqgħa taċ-CHOGM ta' din il-ġimgħa, fuq in- negozju fil-lukanda. Dan is-sentiment kien espress ukoll minn rappreżentanti tal-lukandi Excelsior u l-Westin Dragonara. Ma' din il-gazzetta, Diacono qal li dan ix- xahar tant kien wieħed qawwi mill-lat ta' negozju li l-lukanda kellha tirrifjuta li tieħu aktar nies li kienu ġejjin pajjiżna minħabba s-Summit. L-istess sentiment pożittiv dwar l-andament tan-negozju esprimieh il-General Manager tal-lukanda Excelsior, Norbert Grixti. Mal-ILLUM huwa fakkar kif il-lukanda kienet qed tospita fiha lil uħud mid- delegazzjonijiet u mexxejja Ewropej, fosthom Matteo Renzi tal-Italja, Hollande ta' Franza kif ukoll lil Martin Shulz, Donald Tusk u Jean Claude Juncker. Grixti spjega kif is-Summit fisser "negozju tajjeb ħafna għall-lukanda, tant li kellna nżidu l-impjegati f 'xahar li huwa ġeneralment kwiet ħafna." Huwa spjega kif apparti l-ammont ta' xogħol, pjuttost straodinarju għal dan iż-żmien tas-sena, il- President Franċiż organizza attività għall-mexxejja kollha Afrikani, li kompliet żżid max-xogħol li kellha l-lukanda. Pożittiv ukoll dwar l-impatt li ħalla dan l-avveniment f 'pajjiżna kien id-Direttur tas-Sales and Marketing tal-lukanda Westin Edward Bonello li qal lill-ILLUM kif ir- riżultati li qed tikseb il- lukanda huma nkoraġġanti ħafna. "Il-lukanda rat titjib, mhux biss fil-ġimgħa tas- Summit, hekk kif ospitat numru ta' delegazzjonijiet, iżda wkoll matul is-sena kollha." Fil-fatt, Bonello spjega kif ir-riżultati s'issa, din is-sena, huma ħafna aħjar meta mqabblin ma' dawk tas-sena 2014. Kien hawn il-kummerċ u kienet organizzata tajjeb Iżda ma kinux dawn il-lukandi biss li marru tajjeb bis-Summit. L-istess sentiment pożittiv kien espress mill-Kap Eżekuttiv tal-Amalgamated White Taxis George Galea li f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM spjega kif matul is-Summit ix-xufiera tat- taxis il-bojod esperjenzaw ammont konsiderevoli ta' kummerċ. "Aħna, bħala xufiera tat-taxis, żidna fil-vjaġġi li għamilna u morna tajjeb ħafna, imma ta' min jgħid li l-effetti ta' avveniment ta' dan id-daqs jinħass fil-futur, aktar milli issa." Apparti dak li jolqot direttament lix-xufiera tat- taxis Galea kellu kliem ta' tifħir ukoll għall-mod kif is- Summit kien organizzat, li hija xi ħaġa li tawgura tajjeb għal-laqgħa taċ-CHOGM, spjega Galea. "Kienet organizzata tajjeb ħafna, it-traffiku naqas u l-poplu fehem il-bżonn li jnaqqas l-użu tal-karozzi matul dawk il-jiem. Galea irringrazzja lill-organizzaturi kif ukoll lill-awtoritajiet hekk kif huma kienu infurmati kontinwamwent u minn qabel dwar il-preparamenti għas-Summit. Sar ħafna għagħa għalxejn ILLUM tkellmet ukoll mas-Segretarju tar-Republic Street Business Community Dennis Dowling li filwaqt li faħħar l-organizzazjoni tal-avveniment, saħaq li qabel ma' beda is-Summit kien qed isir ħafna għagħa u tinxtered il-biża' għalxejn. Mil-lat ta' negozju Dowling qal li l-Belt Valletta esperjenzat numru kbir ta' nies, għalkemm dan fisser li l-aktar imbuttatura ngħatat lil dawk in-negozji li jservu ikel u xorb, iktar milli ħwienet tal-ħwejjeġ. Is-Segretarju ta' din il- komunità tan-negozju kellu kliem ta' tifħir għall-mod kif kien organizzat is-Summit, "avveniment bħal dan kien ferm pożittiv għal pajjiżna, biex ma ninsewx ukoll il-fatt li s-Summit kien mument storiku għal Malta. Hija ovvja li kien se jkun hemm xi ftit ta' lmenti, kif se jerġa' jkun hemm din il-ġimgħa biċ-CHOGM. Imma jekk din il-ġimgħa se jimxi kollox bħas-Summit, mela allura m'għandux ikollna problemi." Il-GM tal-Grand Hotel Excelsior Norbert Grixti mal-PM Taljan Matteo Renzi Id-Direttur tal-Iżvilupp tan-Negozju tal-lukanda Hilton Julian Diacono Lukandi ewlenin jirraportaw negozju qawwi fil-ġimgħa tas-Summit u għaċ-CHOGM Simpożju fl-għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Fakultà tax-Xjenza Waqt li kien qed jindirizza l-Biology Symposium tal- Università ta' Malta li jsir ta' kull sena din d-darba fil-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Fakultà tax-Xjenza, il-Ministru għall-iżvilupp Sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-Klima Leo Brincat sostna li x-xjentisti għandhom ikunu parti mis-soluzzjoni dwar l-isfidi ambjentali globali. "Tul iż-żmien din il-Fakultà għaddiet minn ħafna sfidi sinifikanti u dan kollu swieha biex illum il-ġurnata din issaħħet ħafna u għal dan ta' min ifaħħarha. Għalhekk, ninsab ħerqan li nkompli nara dan is-settur tar-riċerka f 'din il-Fakultà jkompli jikber għall-ħtiġijiet tal-futur,". Huwa żied jgħid li mingħajr ix-xjenza u l-fatti xjentifiċi, il-politika ambjentali tista' tkun ineffettiva, bil-konsegwenza li ttellef ir-ritmu tal-ekonomija u kif ukoll tolqot ħażin lis-saħħa tal-bniedem. Fil-fatt, kien hawnhekk li l-Ministru Brincat semma kif is-Summit fuq il-Klima ta' Pariġi li se jittella' minn hawn u ftit jiem oħra, mhuwiex biss se jkun Summit politiku iżda huwa riżultat ta' snin sħaħ ta' riċerka xjentifika u dibattitu pubbliku. "L-isfidi ambjentali tagħna issa huma sfidi globali u jolqtu ħafna setturi. Dawn ma jistgħux jiġu indirizzati jekk ma jkollniex xjentisti kompetenti u dedikati li lesti jindirizzaw dawn l-isfidi b'impenn u b'mod sħiħ," Brincat. Dan huwa proprju l-każ f 'pajjiżna fejn l-aktar riżors b'saħħtu u importanti minn dejjem kien il-kapital uman. Madankollu biex Malta tħares l-impenji u tindirizza l-isfidi ambjentali tagħha, hemm bżonn aktar persuni li jispeċjalizzaw f 'dan il-qasam tax-xjenza. Il-Ministru Brincat semma' kif il-Fakultà tax-Xjenza kienet involuta biex tgħin fil-politika u f 'dawn l-impenji ambjentali fosthom permezz tal-proġett PERSEUS li twaqqaf biex jgħin fil-mekkaniżmu Ewropew tal-Marine Strategy Framework Directive, bl-għan li jinżamm stat ekoloġiku tajjeb tal-ibħra tagħna. "Għaldaqstant li nindirizzaw l-impenji ambjentali mhuwiex l-unika mod ta' kif nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna. Hemm bżonn ukoll li jkun hemm aktar professjonisti u riċerkaturi xjentifiċi. Dan minħabba l-fatt li t-tranżizzjoni ta' pajjiżna lejn ekonomija ħadra ma tistax issir mingħajr ma jkollna persuni kompetenti f 'dan il-qasam," spjega l-Ministru. Fid-dawl ta' dan kollu, it-taħriġ li jipprovdi d-Dipartiment tal-Bijoloġija huwa kruċjali għall-'capacity building' tal-futur. Xhieda ta' dan hija l-firxa wiesgħa ta' 'study-units' li jipprovdi dan id-Dipartiment, l-enfasi li ssir fuq il-'postgraduate training' u l-abbiltà li jkunu attirati għadd ta' proġetti ta' riċerka. "Fil-fatt, il-Ministeru mmexxi minni diġà qed jaħdem ma' dan id-Dipartiment kif ukoll mal-MEPA fi proġetti bħal LIFE-Baħar biex ikun żgurat li l-ambjent marittimu tagħna jkun protett bl-aħjar mod possibbli," qal Brincat. Fl-aħħar nett, il-Ministru Brincat qal li minħabba l-isfidi ambjentali li qed niffaċċjaw bħalissa dan huwa l-mument li x-xjentisti jagħtu sehemhom. "Nittama li intom ix-xjentisti tkunu parti mis-soluzzjoni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015