Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-bowling u meta bdejt tieħu dan l-isport bis-serjetà? Kont ninżel nilgħab ftit bowling mal-ħbieb, qabel iddeċidejt li fl- 2002 nibda nieħu dan l-isport aktar bis-serjetà, u fil-fatt dħalt taħt l-iskema ta' kowċing li kienet toffri l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bowling. Biex nitjieb kelli nbiddel il-logħba tiegħi kompletament, kif ukoll nixtri blalen ġodda. Minn hemm qatt ma ħarist lura u s'issa nista' ngħid li f 'dawn it-13-il sena, irrappreżentajt lil pajjiżi ħames darbiet fil- Kampjonati tal-Mediterran, darba fil-Kampjonati tal-Ewropa, darba fil-Kampjonati tad-Dinja, darba fil-Logħob Ewropew, u darba fil- Kampjonati Ewropej tas-Seniors. Unuri li rbaħt minn dawn huma tliet midalji deheb, sitta tal-fidda u tlieta bronż. Barra minn dawn il- kompetizzjonijiet li semmejt f 'liema kompetizzjonijiet ħadt iktar sehem? Ħadt sehem ukoll f 'diversi 'Opens' Internazzjonali fosthom fil-Bulgarija, Napli, Ruma, id- Danimarka, Sirakuża, Sqallija u Ċipru, fejn l-aqwa pożizzjoni tiegħi kienet f 'din tal-aħħar fejn spiċċajt fit-tieni post minn 150 ruħ. Ipparteċipajt kważi dejjem fil-Malta Open fejn ukoll dejjem qtajt figura tajba bl-aħjar waħda tkun dik li rnexxieli nibqa' tiela' sal-finali fejn kont tlift kontra l-Irlandiż Paul Stott, li huwa bowler rinomat ħafna fl-Ewropa. X'unuri iktar irbaħt matul il- karriera mill-aqwa tiegħek fil- bowling? Irbaħt ukoll sitt MOC awards, kif ukoll spiċċajt darbtejn mal-ewwel ħamest irġiel fl-Isportiv tas-Sena. Din is-sena għalaqt 50 sena u bdejt nissejjaħ Senior, iżda ironikament din kienet waħda mill-aktar snin li ksibt suċċessi kemm lokalment kif ukoll fil-kamp internazzjonali. Għalaqt is-sena 2014 billi rbaħt il-Bank of Valletta Platinum Cup. Din tkun miftuħa għall-bowlers ta' kull età u abbiltà. Fil-fatt fil- kategorija tal-irġiel konna 27 raġel nipparteċipaw, fejn l-ewwel lgħabna 12-il logħba biex jiġu determinati l-aqwa sitt bowlers, imbagħad dawn jikkompetu kontra xulxin f 'sistema ta' Round Robin, fejn kull bowler ikollu konfront dirett mal-ħames bowlers l-oħra. Minn hemm jerġgħu jintgħażlu l-aqwa tlieta biex imbagħad jilagħbu step ladder, fejn tat-tielet jilgħab kontra min ġie t-tieni u r-rebbieħ ikollu jilgħab żewġ logħbiet kontra min ġie l-ewwel. Peress li fl-istep ladder ikklassifikajt fit-tieni post, l-ewwel kelli logħba kontra Justin Caruana Scicluna fejn lagħab 236, imma jien irbaħtlu b'257. Imbagħad kelli naffaċċja liċ-Champion Nazzjonali ta' dik is-sena, Mauro Anastasi u rbaħt iż-żewġ logħbiet 229-173 u 237-183 u b'hekk spiċċajt irbaħt dan it-tournament. Imbagħad kien imiss li nikkompetu għall-Kampjonati tal-Mediterran fejn l-ewwel żewġ bowlers imbagħad jirrappreżentaw lil Malta f 'Chania ġewwa l-Greċja. Kif mort f 'dan it-tournament? Kien tournament akkanit ħafna iżda rnexxieli nikseb it-tieni post u għalhekk ingħaqadt flimkien ma' Mauro Anastasi, Sue Abela u Tiziana Carannante biex f 'April morna nipparteċipaw fit-18-il edizzjoni tal-Kampjonati tal- Mediterran. Hawnhekk irnexxieli nikseb tliet midalji prestiġjużi għal pajjiżi, waħda deheb bħala tim, waħda bronż fid-doubles flimkien ma' Mauro u oħra individwali fil- Masters fejn eventwalment spiċċajt ir-runner up champion tal-pajjiżi tal-Mediterran. Xi ħaġa storika kien il-fatt li waqt li bdejna nilagħbu l-kompetizzjoni tal-bowling magħrufa bħala l-4 person team, sat-tielet logħba ma tantx konna sejrin tajjeb, imma jien irnexxieli nikseb 300 punt, li huwa l-ogħla punteġġ li qatt tista' ġġib fil-bowling u li aħna l-bowlers insibuha bħalha l-logħba perfetta. F'dan il-mument, sħabi l-plejers ħadu l-ispinta biex flimkien lgħabna tajjeb u minn xis- sitt post, tlajna fil-quċċata u rbaħna d-deheb, ħaġa li konna ilna ma nagħmluha 10 snin. Fil-fatt l-aħħar midalja tad-deheb għat-tim kienet intrebħet fl-2005 u jien kont nagħmel parti minn dak it- tim ukoll. Mhux talli hekk, talli bil- logħba tagħna ta' 964, irnexxielna niksru r-rekord preċedenti ta' 939, li kien tal-Griegi stess ġewwa darhom. Fid-doubles flimkien ma' Mauro Anastasi irbaħna midalja tal-bronż minn 14-il tim. Dan huwa riżultat tajjeb ferm għax s'issa fid-doubles tal-irġiel ġibna biss ħames midalji minn 18-il edizzjoni u jien kuntent li minn dawn il-ħamsa kont parti minn tlieta minnhom, waħda fl-2005 ma' Kenneth Arpa, oħra fl-2012 ma' Justin Caruana Scicluna u issa matul din is-sena ma' Mauro Anastasi. Peress li lgħabt tajjeb f 'kull kategorija, jiġifieri fis-singles, doubles u team, għaddejt mal-ewwel tmienja biex nilgħab fil-Masters li ntlagħab f 'forma ta' Knockout fuq żewġ logħbiet. Ninsab konxju mill-fatt li f 'dan it-tournament affrontajt bowlers ta' ċertu klassi u livell fix-xena tal-bowling mondjali. Tina iktar dettalji. L-ewwel konfront tiegħi kien kontra Ioannis Statathos li mhux biss huwa ċ-Champion Nazzjonali tal-Greċja, imma kien anke Champion tal-Ewropa. Irbaħtlu bl-iskor ta' 498- 385. Imbagħad missni nilgħab kontra Josko Hlede tas-Slovenja u erġajt ma fallejtx fejn irbaħt bl-iskor ta' 386-374. Il-finali kienet kontra l-favorit 38 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Is-Senior Champion tal-Bowling Mark Spiteri - Senior Champion tal-Bowling f'pajjiżna, li jippossjedi esperjenza enormi f'dan l-isport, li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f'pajjiżna. Cristian Antony Muscat Sports "Issa nissejjaħ Senior Champion meta fil-Kampjonati Nazzjonali tas- Seniors, irbaħt l-unur u ksirt ir-rekord personali tiegħi meta ksibt 1436 punt fuq sitt logħbiet"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015