Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
34 illum Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Sports Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXUL KXPDPLQQ Malta 15K LIKES IXT)DFHERRN f'sena ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin minn Cristian Antony Muscat Malta ......................... 13 Repubblika Ċeka ......... 20 Wirja qalbiena mit-tim nazzjonali Malti tar-rugby ma kinitx biżżejjed, biex jegħleb il-qawwa tat-tim nazzjonali tar-repubblika Ċeka, meta quddiem pubbliku sportiv Malti ferm numeruż li segwa dan il-konfront fil-Hibernians Stadium f 'Kordin, safa megħlub bl-iskor rispettabbli ta' 20-13, f 'logħba valida minn Grupp a tat-Tieni Diviżjoni tal-irB. Dan meta għal ħinijiet twal il-Maltin żammew il-pass mal-avversarji tagħhom, tant li f 'ħin minnhom kienu qed iżommu liċ-Ċeki, fid-draw ta' 13-13. Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għall-Maltin wara li nhar is-Sibt li għadda fi Split fil-Kroazja, il-Maltin sfaw megħluba mit-tim nazzjonali Kroat tar-Rugby. Kellhom ikunu l-aħħar try u conversion li taw ir-rebħa kollox ma' kollox meritata liċ-Ċeki, fl-aħħar mumenti tal-logħba, eżattament wara t-80 minuta. Ritratt (Mill-Arkivji) - www.sportinmalta.com David Bugeja, Thomas Grech u Sarah Pace jirbħu l-unur tal-BOV Basketball Plejer tax-Xahar Biex ikompli bl- impenn tiegħu lejn l-eċċellenza fl-isport, il-Bank of Valletta, b'kollaborazzjoni mal-Malta Basketball association qed jagħti s-sapport tieġhu lejn l-Unuri tal-BOV Plejers tax-xahar tal-Basketball. L-ewwel unuri individwali tal-istaġun tal-BOV Baskitbol 2014/2015 marru għand David Bugeja (Falken Cynergi Virtus) għall- irġiel fl-ewwel diviżjoni, Thomas Grech (Starlites) għat-tieni diviżjoni tal- irġiel u Sarah Pace (Caffe Moak Luxol) rebħet l-unur tan-nisa. David Bugeja huwa pedina importanti f 'idejn il-kowċ ta' Virtus Paul Ferrante. B'medja ta' 59% fit-tiri ta' zewġ punti u 29% fit-tiri mid-distanza, Bugeja kellu medja ta' 19.33 punti kull logħba f 'Ottubru b'total ta' 58 punt. Ukoll b'medja ta' 19.33 punti kull logħba, Thomas Grech kien l-għażla awtomatika għall-unur tat-tieni diviżjoni tal- irġiel. B'62% minn fuq il-free throw line, 53% minn ġol-court u b'67% mid-distanza, Grech ukoll ġibed medja ta' 4 fouls fuqu kull logħba bl-istil aggressiv tiegħu fl-attakk. Sarah Pace għamlet l-ikbar ammont ta' tiri ta' tliet punti, b'sebgħa matul ix-xahar t'Ottubru. Kellha medja ta' 67% mill-free- throw line u 50% waqt il- logħob biex kisbet 53 punt f 'erba' logħbiet (medja ta' 13.25 punt kull logħba). Din hija l-ħames darba li Sarah qed tirbaħ dan l-unur individwali, fejn rebħitu tliet darbiet ma' Depiro u issa darbtejn ma' Luxol. Peter Perotti, Chief Office tal-Bank of Valletta feraħ lir-rebbieħa waqt li ppreżenta plakka kommemorattiva lil kull plejer. Mix-Xellug għal-Lemin: Thomas Grech, Sarah Pace u David Bugeja, flimk- ien ma' Peter Perotti Ritratt - Bank of Valletta