Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 25 Varata l-Istrina ta' Għawdex IlbIeraħ filgħodu l-President ta' Malta Marie-louise Coleiro Preca varat l-Istrina ta' Għawdex 2015, fejn għat- tieni sena l-Istrina se ssir ukoll minn Għawdex. l-Istrina f 'Għawdex se ssir fit-12, 19 u 20 ta' Diċembru bil-President ta' Malta flimkien mas-Sur Preca żżur il-belt Victoria u l-irħula kollha f 'Għawdex. Il-President ta' Malta spjegat li l-Istrina qed terġa' ssir minn Għawdex biex tingħata viżibiltà għall- kontribuzzjoni li dejjem taw l-Għawdxin lill-Malta Community Chest Fund. Il- President spjegat li l-MCCF hija l-fond tal-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin. Spjegat li l-Malta Community Chest Fund hija differenti minn NGOs oħra, għaliex ma tieħu ebda sussidji mingħand il-Gvern, iżda topera bil-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-President spjegat li l-Istrina ta' Għawdex ssir billi tinżel fil-qalb tal- komunitajiet fejn hi bħala President żzur kull lokalità f 'Għawdex. Il-President appellat biex l-Istrina ta' Għawdex terġa' tkun esperjenza mill-isbaħ fejn il- lokalitajiet oħra f 'Għawdex jikkreaw l-atmosfera ta' solidarjetà fl-irħula. L-Isqof ta' Għawdex Monsinjur Mario Grech qal li l-Istrina hija għajnuna lil familji, hekk kif waħda mill- ikbar kawżi li ġġib weġgħat kbar fil-familji huwa l-faqar. L-Isqof faħħar lill-President għall-impenn tagħha biex taħdem kontra l-faqar u qal li bħala Knisja se tkompli tagħti wkoll l-appoġġ tagħha lill-Malta Community Chest Fund. Waqt il-konferenza tal- aħbarijiet tkellem il- Ministru għal Għawdex Anton Refalo li appella lill- poplu Għawdxi biex f 'dawn it-tlett ijiem tal-Istrina f 'Għawdex jingħaqdu mal- President ta' Malta li qed taħdem tant biex issaħħaħ lill-batut permezz tal-Malta Community Chest Fund. Tkellmet ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana li wkoll ħeġġet biex l-Għawdxin jikkonkorru għall-Istrina ta' Għawdex. Tkellem ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said li spjega kif l-Istrina hija attività ta' għaqda ta' poplu u li għalhekk attività bħal din iġġib tant ferħ. L-Istrina ta' Għawdex se twassal biex il-President ta' Malta flimkien mas- Sur Preca u uffiċjali tal- Malta Community Chest Fund se jżuru kull lokalità f 'Għawdex biex f 'atmosfera ta' festa qalb il-komunitajiet Għawdxin, jinġabru fondi għall-Istrina 2015. Il-President Marie Louise Coleiro Preca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015