Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
22 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 minn Mario Azzopardi L -ebda pajjiż ma jista' jsolvi l-kriżi tal-immigrazzjoni waħdu. Din hi kriżi li għandha tintrefa' mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan is-sajf, il-kriżi laħqet proporzjonijiet bibbliċi. Malta m'għarfitx il-kobor tat-traġedja, anzi kien hemm żmien meta riedet il-politika tal-push back. Il-konferenza tal-immigrazzjoni f 'Malta, minbarra li kienet mistennija li tkompli tintensifika il-problema tas-sigurtà u tat-traffiku, tant li kellhom jagħlqu l-iskejjel u t-triqat f 'diversi żoni ta' Malta, uriet id-defiċjenzi fis-sigurtà fuq skala kbira. Tant li Malta kellha tirrikorri għall-għajnuna mill-Ingilterra. Kien hemm jet fighter tar-Royal Air Force għal- lest fi Sqallija u frejgati tad- difiża barra l-port. Fil-verità, dawn mhux miżuri bla ħsieb. Fuq gżira tant vulnerabbli, jistà jiġri kollox, speċjalment fid-dawl ta' dak li ġara f 'Pariġi fil-jiem li għaddew. Imma lura għall-argument attwali tal-konferenza: X'se jkun l-esitu tal-proposta ambizzjuża ta' Malta biex jinħoloq "mekkaniżmu ta' rilokazzjoni globali"? Irridu naraw hijiex se tkun innewtralizzata l-indifferenza li l-UE ppersistiet fiha għal xhur u snin sħaħ. Irridu naraw x'riżultati se jkun hemm mill-5,000 delegat li attendew f 'Malta. Naraw ħadux vaganza lussuża b'xejn f 'nofs il- Mediterran. Dawn żgur mhux se jtiegħmu l-eżistenza fit-tined tal-miżerja u l-kapijiet instaqu mhux fuq xi ħmar magħlub mgħobbi sa ruħ ommu għall- ħarba, imma fl-isbaħ karozzi lussużi li ġew importati apposta. L-istess spettaklu assurd mistenni għall-Konferenza tal-Commonwealth, jiġifieri ta' dawk il-pajjiżi fejn isaltnu korruzzjoni u esplojtazzjoni manja u fejn il-kapijiet jaħkmu fuq it-tribujiet taħt il-mantell glorjuż tar-Reġina. Malta wkoll għandha rokna taħt dak il-mantell Britanniku. Għalhekk kien xieraq li jkollha l-insurance tal-jet fighter Ingliż u l-frejgati barra l-port. Qatt ma tista' tkun ċert minn xi kumplott terroristiku kontra r-Reġina u l-familja tagħha. Aktar Terroriżmu f 'Pariġi L-istraġi reċenti f 'Pariġi, disa' xhur biss wara l-każ Charlie Hebdo kompliet turi kemm sar fraġli l-kontinent Ewropew. L-Ewropa tinsab fi stat ta' gwerra kontra l-ISIS, grupp li ħareġ mill-Al Qaeda. Ir- rapportaġġi 'nsew' ifakkru li Muammar Gaddafi kien wissa li assoċjati mal-invażuri barranin li riedu jwaqqgħuh, kienet qed topera l-Al Qaeda. Il-Punent għandu ħafna x'jaħti għall-barbariżmi tal- ISIS. Qabel xejn, il-Punent beda jbigħ eluf kbar ta' armi lill-pajjiżi Musulmani. Uża l-Ġiħadisti kontra r-Russi fl-Afganistan. Daħal biex jiddistabbilizza pajjiżi bħal- Libja, l-Iraq (wara kampanja ma tieqaf xejn ibbażata fuq il- gideb), l-Afganistan u s-Sirja. Din is-sena, l-ISIS qed juru li jridu jattakkaw il-valuri tal-Punent: il-ġurnaliżmu tal- insulti, il-logħob tal-ballun, sors ta' korruzzjoni u flejjes multi- miljunarji, u d-divertiment burgiż u lussuż fir-ristoranti u saħansitra l-kunċerti bi gruppi tal-mużika death metal, bil- lirika li tinvoka lix-xitan. Ma' dan kollu rridu nżidu l-vantaġġ li qed jieħdu l-politiċi u l-partiti neo-faxxisti li qed ikomplu jqabbdu n-nar kontra r-reliġjon Iżlamika. L-Alleanzi kontinwi bejn l-Istati Uniti, l-Ingilterra u Franza, lanqas mhuma jtaffu t-theddida tat- terroriżmu. Il-valuri tal-umanità? Fejn tinsab l-Ewropa fil-kuntest ta' din ir-retorika? Malta wkoll tinsab f 'dak il-qafas. U għalhekk il-ħruġ tal-viżi għall-Alġerini jieħu sinifikat vitali. Ejjew ma nkunux kretini. U ħalli l-politici konservattivi ma jiħdux vantaġġ mis-sitwazzjoni. Is-Sopravivenza Notorja tal- Politiċi Il-klassi politika f 'Malta llum niżlet fl-abbiss tal-abbiss. Dante kien jagħmel karnival makabru biex jixħet lil ħafna politiċi fl-infern. Skandlu wara l-ieħor, miż-żewġ naħat, qed iriegħdu lil dan il-pajjiż Kattoliku, mehdi bil-festi, il-pavaljuni u l-logħob tan-nar. Imma hemm il-logħob politiku li lill-poplu tagħna jħallih passiv, donnu kollox jgħaddilu minn fuq rasu. Jiġifieri jista' jinbidel il-Gvern u ma jindunax li kollox baqa' l-istess.Poplu passiv hu poplu moribond, politikament. Jew diġà mejjet. Anki poplu li għal żmien twil għex ripressjoni sħiħa taħt Ceaucescu fir-Rumanija, sa fl-aħħar irvella kontra l-korruzzjoni. Inġabru l-eluf fi pjazza ewlenija u ġiegħlu lill-Prim Ministru u 'l-Gvern jirriżenjaw. Iżda f 'Malta il-poplu qatt ma jirribella. L-għajb kollu li jċappas lill-partiti politiċi hu mbierek, issanzjonat. Hemm personaġġi li nbidlu f 'karnival grottesk u notorju: Gaffarena bil-pompa tal-petrol u l-binja ta' Triq Żekka; Joe Cassar u l-allegat konnessjoni mal- istess Gafarena u l-"iżball ta' ġudizzju" ifrejmjat, skont ma qal, minn manipulatur flagranti. (Tal-istagħġib kif psikjatra magħruf, jiġi mgħoddi minn għajn il-labbra.) Imma minn fejn se taqbad tibda, jekk minkejja r-ragħad kollu tal-iskandli, u minkejja li l-klassi politika ixxaqqet minn fuq s'isfel, f 'Malta donnu l-poplu ma semax bir-ribelljoni Rumena. Il-libertà awtentika tal-Awtur Stephen Sackur tal-BBC (Hardtalk) intervista lill-awtur Jonathan Franzen, l-aktar kittieb famuż Amerikan bħalissa, b'akklamazzjoni qawwija mill-media. L-awtur stqarr li l-akbar sfidi personali tiegħu kienu dawk fejn ried jgħid il-verità dwaru nnifsu u fejn ma setax jagħmel kompromessi ma' dik ir-realtà: "Il-libertà awtentika qabel xejn trid tibda minnek innifsek, li ma tħallikx tinħeba minnek innifsek skond iċ-ċirkostanzi tal-mument." Fir-rumanz tiegħu Freedom, maħruġ fl-2010, Franzen isegwi r-relazzjonijiet kumplessi ta' diversi membri ta' familja Amerikana. Il-familja Berglund ixxaqleb politikament lejn il-liberaliżmu tal-klassi tan- nofs, bl-intriċċi kollha urbani li wieħed jistenna mill- Amerika tal-lum, b'elementi minn kampanji ambjentalisti, arranġamenti sesswali strambi u l-kultura tal-indie rock. Jidħlu wkoll, kif mistenni, ħjut Zionisti u neo-konservattivi, kif ukoll sorsi ta' kontrabandu lejn l-Iraq. Fi ftit kliem, dak ta' Franzen hu rumanz onest għal-lum. Ir-rivista Time kienet uriet lil Franzen fil-kopertina u ddeskriviet ir-rumanz tiegħu bħala xogħol ta' "intelliġenza morali." L-immigrazzjoni: Aktar paroli biss? "L-istess spettaklu assurd mistenni għall- Konferenza tal- Commonwealth, jiġifieri ta' dawk il-pajjiżi fejn isaltnu korruzzjoni u esplojtazzjoni manja u fejn il- kapijiet jaħkmu fuq it-tribujiet taħt il-mantell glorjuż tar- Reġina" Opinjoni Il-qoxra tat-Time Magazine li turi lil Jonathan Franzen: intelliġenza morali