Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 29 Vjaġġi Bristol u Somerset: Famuża għall-ġobon Cheddar, villaġġi pittoreski u storja minn John Busuttil L-IngILterra hi magħmula minn 45 counties, bl-akbar waħda tkun Yorkshire u bl-iżgħar waħda hi rutland li tinsab fil- Midlands. Somerset hi s-seba' l-akbar county u tinsab fin-naħa t'isfel tal-Ingilterra, madwar sagħtejn 'l isfel minn Londra. Hi żona magħrufa ħafna għall-kampanja pittoreska tagħha, għall- istorja rikka tagħha u għall- ġobon Cheddar. Se nipprova nwasslilkom xi ftit postijiet fejn wieħed jista' jżur f 'din iż-żona. nissuġerilkom biex iżżuru Somerset sew, toqogħdu fil-belt ta' Bristol li sa ftit żmien ilu kienet tagħmel mal-istess Somerset iżda llum hi meqjusa bħala 'county' għaliha. Bristol: belt riġenerata B'popolazzjoni daqs ta' Malta, din il-belt hi meqjusa bħala s-sitt waħda l-aktar popolata fl-Ingilterra u t-tmien waħda mill-Gran Brittanja kollha. Il-belt li hi mibnija madwar ix-Xmara Avon, ġiet riġenerata fejn il-baċiri fiċ-ċentru tal-belt ġew riġenarati bħala ċentri ta' wirt nazzjonali, kultura u nightlife. Barra l-Katidral majestuż, l-Università u l-parti ta' fejn kien hemm il-baċiri, Bristol hi magħrufa għall-'Clifton Suspension Bridge' li jaqsam l-Avon Gorge u hu s-simbolu tal-belt ta' Bristol. Għal aktar minn 150 sena din l-istruttura attirat turisti mid-dinja kollha. Fatt kurjuż hu li dan il-pont li kien iddisinjat għaż-żwiemel, jilqa' fuqu madwar 12,000 karozza kuljum. Iżda jien ninsab ċert li l-aktar ħin li se tqattgħu, hu fid- diversi shopping malls bl-aktar wieħed modern hu Cabot Circus li fih hemm 120 ħanut u 25 kafetteriji u ristoranti. Il-High Street għandha 300 ħanut u department stores fi Broadmeed fejn fiha hemm ukoll Bristol Mall. Dan barra l-pubs u clubs li hemm fil-parti antika ta' Bristol bil-Ġimgħa u s-Sibt it- toroq dojoq u ħdejn id-docks ikunu ppakkjati bi storbju stil ta' Paceville taż-żgħażagħ li jmorru jgawdu l-weekend. Min iħobb il-musicals Bristol toffri wkoll Musical bħal dawk ta' Londra li jinbidel minn xahar għall-ieħor. Cheddar gorge: il-villaġġ tal-ġobon Cheddar Ftit kilometri bogħod minn Bristol wieħed isib villaġġ pittoresk li jieħu l-isem mill-ġobon tant famuż li jipproduċi, Cheddar Gorge. Dan il- villaġġ hu speċi ta' passaġġ dejjaq bejn żewġ għoljiet jew aħjar irdumijiet tal-franka li huma għolja sa 500 pied u jingħad li huma l-ogħla rdumijiet fuq ġewwa tal-art fil-pajjiż kollu. Il-ġobon Cheddar hu famuż madwar id-dinja kollha u hawnhekk hawn diversi rziezet li jimanifatturaw dan il-ġobon. Il-manifattura nistgħu narawha meta nżuru il-fabbrika ta' Cheddar. Għalkemm ma nagħtikomx parir tagħmlu dan għax iġegħluk tħallas biex tara t-taparsi fabbrika li tikkonsisti f 'kamra waħda u jdewquk biċċa ġobon li ġurdien tal- imramma żgur li jibqa' bil-ġuħ. Aħjar il-ħin u l-entratura tħalluha biex iżżuru l-għerien ta' Gough li hu sit famuż internazzjonalment minħabba s-sejbien paleolitiku (12 – 13,000 sena ilu) fejn fihom hemm l-aktar skeletru sħiħ antik, li għandu 9,000 sena. Hemm żewġ għerien miftuħa għal pubbliku, il-Gough's Cave u Cox Cave li hu iżgħar. It- tnejn magħrufa għall-ġeoloġija tagħhom u jingħad li dawn l-għerien fihom kien isir il- ġobon fi żmien il-preistorja. Gough's cave, ġiet skoperta fl-1903 u fihom wieħed isib diversi formazzjonijiet ta' blat. Cox's Cave, li kien skopert fl-1837 hu żgħir imma fih diversi formazzjonijiet li fihom jgħixu kolonji ta' friefet il-lejl. Interessanti għal dawk li jħobbu jimxu hu l-fatt li hemm 350 rotot li wieħed jista' jixxabbat matul is-27 irdum li jiffurmaw Cheddar Gorge. Wells: l-iżgħar belt fl- Ingilterra Wells hi belt ċkejkna u minħabba li fiha Katidral, għandha status ta' Belt, u dan il-fatt jagħmilha bħala l-iżgħar belt fl-Ingilterra kollha. Iżda l-aktar ħaġa li mmeraviljatni f 'din il-belt li ma niġba qatt inżurha hu l-Katidral maestuż, li hu wieħed mill-isbaħ bi storja kbira. Il-Katidral li beda jinbena fl-1230 juri waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta' skultura medjevali fid-dinja. Hi wiesgħa 147 pied u hemm 340 statwa fejn 150 minnhom huma ta daqs ta' bniedem jew akbar. Biex inbena dan il-Katidral ħa 200 sena. Wells Cathedral hu deskritt bħala "the most poetic of the English Cathedrals." Mal-ġenb tiegħu hemm triq medjevali li qatt ma rajt bħala. Imsejħa bħala Vicars Close, din it-triq inbniet fl-1360 u hi l-aktar triq medjevali antika abitata fl-Ewropa. Id-djar fuq kull naħa tat-triq kellhom salott fis-sular ta' isfel u kamra tas-sodda fuqha. Illum id-djar kabbruhom billi għaqqduhom ma' xulxin. Għalkemm id-dar numru 22 għadha kif kienet fil- Medju Evu. Bath - il- belt rumana b'arkitettura Ġorġjana Jekk jogħġbuk bliet Ingliżi mingħajr l-intensità ta' Londra u li meta żżurha tibqa' impressjonata f 'moħħok, ma tistax ma tmurx Bath. Din il-belt kienet inbniet bħala spa resort bl-isem Latin Aquae Sulis (L-Ilmijiet ta' Sulis) mir-Rumani fl-AD 43, għalkemm jingħad li Bath kienet hemm qabel dan iż- żmien. Ir-Rumani jingħad li bnew il-banjijiet u t-tempju fil-vallata tax-xmara Avon madwar in-nixxiegħat sħan (hot springs) li huma l-uniċi li hemm fl-Ingilterra li huma naturali. Ħafna wara, kienet saret popolari bħala spa resort fl-era Ġorġjana li ħalliet wirt kbir ta' arkitettura mnaqqxa mill-ġebla ta' Bath. Fl-1987 il-belt ta' Bath ingħatat l-unur bħala wirt dinji. Din il-belt fiha varjetà ta' teatri, mużewijiet u avvenimenti kulturali oħra li għenu biex din il-belt issir waħda ferm importanti għat- turiżmu. Tant li fiha jgħixu miljun persuna u jżuruha madwar 4 miljun turist kull sena. Ħafna mill-bini li naraw illum hu tas-seklu 18. Arkitetti lokali kienu ispirati mill- arkitett Taljan Andrea Palladio biex jibnu Ruma ġdida. Dan huwa ir-Royal Crescent, djar Ġorġjani mill-1770 li hi l-kelma Ingliża għan-neo klassiku. Blokka 'l bogħod, wieħed jiltaqa' ma' biċċa arkitettura oħra Ġorġjana imsejħa 'The Circus', li hi speċi ta' Colosseo minn ġewwa. Kif tasal hemm Biex iżżur Somerset, l-aqwa mod hu li tmur mar-RyanAir sa Bristol, u minn hemm tista' żżur Somerset. "Bristol illum tħabbatha ma' Londra f 'dak li hu shopping u fin-'night life' mill- aqwa tagħha" Id-docks ta' Bristol riġenerati Bath: il-belt fuq ix-Xmara Avon Vicars Close: L-aktar triq medjevali li hi abitabbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015