Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
20 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 H uma ħafna analisti llum li qed jaċċettaw li l-pjaneta tagħna sabet ruħha 'bla ħsieb' fit-tielet gwerra dinjija. Din mhix spekulazzjoni ġurnalistika. Wara l-attakki ta' Pariġi fit-13 ta' dan ix-xahar, bosta nazzjonijiet ġew wiċċ'imb'wiċċ ma' dan il-fatt reali u minnufih għarfu li jistħoqqlu prijorità fuq il-problemi l-oħra politiċi u ekonomiċi. Mill-bidu ta' dan l-avveniment aħrax, il-media mmedjata tal-lum qatgħetilna nifisna b'aħbarijiet kontinwi ta' niket u disprament li malajr żviluppaw f 'rabja u għatx għall-ġustizzja li tiddetta d-difiża – elementi tipiċi ta' kull gwerra ġustifikata. Bdejna minnufih nindunaw li l-kobor tat-traġedja ma kienx biss fit-telf krudili tal-ħajja umana, iżda fl-implikazzjoni tal-konsegwenzi li kienet qed iġġib magħha. F'anqas minn 24 siegħa, kapijiet oħra tad-dinja – l-Istati Uniti, il-Ġermanja, l-Ingilterra u ftit wara saħanistra r-Russja – ingħaqdu beżgħana f 'għadd ta' kundanni u wegħdu koalizzjoni globali kontra dan l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku. Minaċċja ta' żmienna Immexxija minn dikjarazzjoni ta' gwerra mill-President Franċiż, żdiedu l-attakki bla ħniena fuq irqajja' okkupati mill-Kalifat Iżlamiku fil-Lvant u ttieħdu ġuramenti nazzjonali li din il-forza anti-ċiviltà trid tinqered. Dil-minaċċja ta' żmienna ssir aktar mondjali meta niftakru li riċentement, seħħew attakki terroristi fl- Asja, fl-Ewropa u fl-Afrika. L-Ameriki żgur mhumiex 'il boghod, għalkemm dil- mewġa ta' terroriżmu fuq il-popolazzjoni ċivili bdiet fit- Torrijiet Tewmin ta' New York 14-il sena ilu. Id-dikjarazzjonijiet ta' din il-gwerra huma formali; għall- ewwel darba fl-istorja tal- Unjoni Ewropea qed tintalab l-għajnuna tal-membri kollha biex jgħinu lil Franza tirbaħ dal-konflitt u qed titħejja talba lin-NATO u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex tapprova dan il-pass. Il-Ministru tal-Affariiet Franċiż Fabius, li kien Malta ftit jiem ilu biss, spjega lill-ġurnalisti li Franza ma tixtieqx tibqa' ssejjaħ lill-ISIS bħala Stat Iżlamiku, għax "dan mhux 'stat' u għalhekk imissna nsejħu lil dan il-grupp terrorista bħalma hu magħruf fid-dinja Għarbija, Daex," stqarr Fabius. Anqas libertà, aktar sigurtà? Konxji mit-teknoloġija elettronika, ilkoll kemm aħna qed nibdlu l-istil tal-ħajja tagħna. Id-Daex għarfuh dan. Għandhom ħila jużaw l-Internet, it-telefonija satellitarja u l-elettronika b'mod u manjiera li mhux biss tgħinnhom jippjanaw dak li jridu mill-ibgħad postijiet, iżda wkoll jaħarbu lil dawk li jippruvaw jaqbduhom. Ħadd ma jixtieq jitlef il-privatezza tiegħu fuq l-Internet iżda mill-banda l-oħra, ma tistax tgawdi l-libertajiet kollha tiegħek u tibqa' fiż-żgur jekk inti mhedded. Dan ħareġ minn sondaġġ tal-ġurnal Franċiż Le Figaro u tal-istazzjon tar- radju RTL meta din il-ġimgħa 84 fil-mija stqarrew li lesti jissagrifikaw ftit mil-libertajiet tagħhom favur sigurtà akbar. Bil-progress kollu tagħna madankollu xorta nsibu li l-Belġju bdew jispjunaw x'inhu għaddej elettronikament din is-sena biss. Dan meta Brussell qed tiġi identifikata bħala bejta ta' ġiħadisti. Fiċ-ċentru tal-Ewropa, għandna fabbrika tal-armi u faċli ssib tixtri kull forma ta' arma b'mod illegali qrib is-suq tal-istazzjon Midi, minn fejn jgħaddi l-Eurostar. Bosta armi taparsi jkunu skadew, iżda faċli tirranġahom. Mhux dejjem issib żgħażagħ radikalizzati malajr fost it-62 fil-mija tal-abitanti ta' Brussell li ma twieldux hemm. Biex tgħaqad, sa mill-bidu ta' dan il-millenju Molenbeek, distrett migratorju ta' Brussell, spiss jissemma fl-aħbarijiet marbuta mat-terroriżmu. Niftakru l-assasinju tal- kmandant Massud fl- Afganistan jumejn qabel il-11 ta' Settembru 2001, l-attakk fl- istazzjon ferrovjarju ta' Madrid fl-2004 u aktar riċenti l-attentat fuq it-tren tat-Thalys minn Brussel għal Pariġi. Il-faċilità li biha jinkisbu l-armi u l-qrubija lejn kapitali ewlenija tal-Ewropa bħal Pariġi, jidhru li qed jattiraw lill-ġihadisti jattakkaw belt il-libertà. Għala l-Ewropa tistieden vendetta? B'xorti ħażina, l-Ewropa tidher li qed tistieden ċerta vendetta mid-dinja Għarbija/ Musulmana. Din l-istqarrija mhux ġusta għal kollox. Franza tiftaħar ukoll bil- ġmiel ta' Istitut tad-Dinja Għarbija fuq ix-xmara Seine u b'miljuni ta' Musulmani li ssetiljaw b'suċċess. Madankollu, storikament nistgħu faċilment ngħidu li l-għeruq ta' dan it-terroriżmu jinsab ukoll fil- politka mgħoddija tal-imperi li ddominaw il-Lvant u l-Afrika. Kif nafu tajjeb, il-kolonjaliżmu jneżżak mill-identità tiegħek, u biex tavvanza trid tinsa min int u tipprova ssir tixbaħ lil dak li jiddominak, ukoll jekk kontra qalbek. Biż-żmien, jew tissoponi li sirt wieħed minnhom u timitahom – bla dubju illużjoni miskina – jew tifferoċja u tnissel vendetta f 'qalbek u tibda twaħħal fihom għal kull falliment li tesperjenza f 'ħajtek. Din tal-aħħar hi perikoluża, l-aktar jekk minn ċkejken issib ruħek tgħix – kif għamlu u qed jagħmlu miljuni ta' emigranti fi Franza, l-Ingilterra, l-Olanda, il- peniżola Iberjana u saħansitra l-Belgju – fil-pajjiż li kien jiddomina lil missirijietek. Flok tadatta għall-ħajja, tispiċċa ġġorr dak li xrobt mill-istorja u l-kultura ta' niesek, u ssir vulnerabbli għal kull sejħa ta' vendetta radikalizzata u psikopatika bħal tad-Daex. Identità Malta kienet kolonja. B'xorti tajba, aħna bqajna f 'sikkitna wara kważi żewġ sekli ta' kolonjalizmu. Il-Maltin kienu ċivilizzati sekli qabel ma ġew il-kolonizzaturi: ġa kellna università, kellna ħila mmexxu lilna nfusna wkoll jekk ma ħallewniex, kellna kultura Ewropea importata mill-aqwa elementi Taljani, Franċiżi, Spanjoli. Konna bdejna nemmnu f 'identità li torbotna mat-territorju allavolja kien għad mhux tagħna. Bħala kolonja, tħabatna ċivilment għal aktar minn mitt sena biex fl- aħħar ksibna ftit mit-tmexxxija tagħna nfusna fl-1921 u fl- aħħar, fl-indipendenza, ksibna t-territorju li tant ħabbejna. Dik iċ-ċiviltà li kellna, dik l-identità li bqajna nsawru, salvatna. Daż-żgħażagħ diżillużi, dan m'għarfuhx. Fallew u qed nissalbu bihom għax l-identità tagħhom baqgħu ma sabuhiex. L-istraġi ta' Pariġi: terroristi bla identità? Opinjoni Charles xuereb "Id-dikjarazzjonijiet ta' din il- gwerra huma formali…l-UE qed titlob l-għajnuna tal-membri kollha biex jgħinu lil Franza tirbaħ dan il- konflitt" Komunità Musulmana fl-Ingilterra turi solidarjetà mal-vittmi Franċiżi