Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
ŻagħaŻugħ ta' 23 sena li kien ingħata sentenza ta' tliet snin priġunerija mixli bi traffikar ta' droga, inħeles mill-akkużi miġjuba kontrih wara li quddiem il-Qorti tal- appell, id-difiża rrimarkat żball fid-dettalji li ngħataw mill-prosekuzzjoni. Jidher li l-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Gabriel Micallef, kitbet li l-akkużat kien qed ibigħ id- droga fil-lejl ta' bejn it-8 u 9 t'Awwissu. Madanakollu, kif irrimarkat id-difiża, l-arrest sar fid-9 ta' Settembru tal- 2013. L-avukati difensuri, Franco Debono u Marion Camilleri ressqu l-appell tagħhom u argumentaw li l-akkużat ma wettaq l-ebda reat fid-data pprovduta fil-karta tal- prosekuzzjoni. L-akkużat, Andre Falzon, kien tressaq il-Qorti akkużat, fost l-oħrajn li kellu fil- pussess tiegħu tiegħu 57 pillolla ecstasy. Għal dawn l-akkużi, Falzon kien ingħata sena ħabs u multa ta' €1,000. Il-Qorti kienet irrakomandat biex l-akkużat jibda programm ta' rijabilitazzjoni tad-droga. Dakinhar tal-arrest, Falzon kien instab ukoll fil-pussess tal-kannabis. Huwa kien qed jattendi party f 'Kordin. Id-difiża argumentat li Andre Falzon għandu jinħeles mill-akkużi għax id-data li semmiet il-prosekuzzjoni kienet ħażina. Il-Qorti ħelset lill-akkużat minn kull akkuża. L-aħbar li ħarġet mill- Qorti din il-ġimgħa, qajmet id-diskussjoni dwar jekk hux ġust li persuna tinħeles mill-akkużi miġjuba kontriha minħabba sempliċi żball fid- data. Fil-każ ta' Andre Falzon, il-prosekuzzjoni, fl-atti tal- akkuża kitbet li l-akkużat kien qed ibigħ id-droga fil-lejl ta' bejn it-8 u 9 t'Awwissu tal- 2013, mentri fil-verità, ir-reat kien seħħ fid-9 ta' Settembru. L-arrestat kien saħansitra ammetta l-akkużi kontrih, fosthom li kellu fil-pussess tiegħu 57 pillola tal-ecstacy. Wieħed jistaqsi, f 'każ bħal dan, jista' l-akkużat jerġa' jitressaq? Il-gazzetta ILLUM tkellem mal-avukat Franco Debono, li flimkien ma' Marion Camilleri, iddefenda l-akkużat. Debono spjegalna li persuna ma tistax titressaq il-Qorti darbtejn fuq l-istess fatti. Din hija magħrufa aktar bħala 'ne bis in idem' u tifforma parti mill- kostituzzjoni Maltija. "L-isbaħ ħaġa f 'dan il-każ partikolari hi, li l-akkużat kien ammetta," tenna Dr Debono. Malli ħarġet l-aħbar, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela ordna inkjesta mill-Bord tal-Pulizija dwar dan il-każ. Il-Partit Nazzjonalista wkoll ħareġ stqarrija min-naħa tiegħu fejn staqsa jekk il-Prim Ministru hux se jitlob ir-riżenja tal- Ministru Abela. Il-PN tenna li hekk kien għamel il-Partit Laburista meta seħħ każ simili fl-2012. F'dan il-każ partikolari, l-iżball ta' xahar min-naħa tal- prosekuzzjoni, frankawlu tliet snin priġunerija. Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 11 Mill-Qorti Żball fid-data teħles lil traffikant tad-droga Aktar xogħol għal persuni b'diżabilità fil-kunsilli lokali Is-segretarju Parlamentari għall-gvern Lokali stefan Buontempo jħabbar li qed tinħareġ sejħa ta' interess għal dawk il-kunsilli lokali u kumitati reġjonali li jixtiequ joffru opportunità ta' xogħol għal persuni b'diżabilità. Dr Buontempo qal li l-għan ta' din is-sejħa hija li l-qasam tal-Gvern Lokali joffri opportunitajiet ta' xogħol fil-komunitajiet lil persuni b'diżabilità. Huwa saħaq li din l-iskema hija xhieda ta' kemm persuni b'diżabilità li diġà jaħdmu fil-kunsilli lokali huma ħaddiema siewja u produttivi. Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa li tingħata opportunità ta' xogħol lil aktar persuni b'diżabilità. Ix- xogħol huwa maħsub li jkun dak ta' natura klerikali jew amministrattiva.