Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 33 West Bromwich Albion ġewwa darhom ixxukkjaw lit-tim ferm iktar ikkwotat ta' Arsenal meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Kienu l-Gunners li fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz tas-solitu Olivier Giroud. Iżda WBA wettqu reazzjoni qawwija u fil- 35 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta' James Morrison, waqt li ħames minuti biss wara, huma rduppjaw l-iskor permezz ta' awto-gowl sfortunat tal-plejer ta' Arsenal, Mikel Arteta. Il-Gunners għamlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs u fl-84 minuta fallew penalti mogħti minn santi Cazorla. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Norwich City, biex ħadu ftit nifs, f 'dan il-kampjonat tassew diżastruż li qed ikollhom sa issa. Il-gowl uniku għall-Blues f 'din il-logħba wasal minn Diego Costa fl-64 minuta. Manchester United barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-1 kontra Watford bil-gowls għalihom jaslu minn Memphis Depay u minn awto-gowl sfortunat tal-plejer ta' Watford, Troy Deeney, fil-11 u fid-90 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Watford fil-logħba li ġab id-draw momentarju ta' 1-1, wasal minn penalti tal-plejer li ftit wara kellu jikkometti l-awto-gowl, Troy Deeney, fis-87 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park umiljaw lil Aston villa meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0, bil- gowls għalihom jaslu minn żewġ doppjetti ta' Ross Barkley u Romelu Lukaku, rispettivament. Stoke City, barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Southampton bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Bojan Krkic wara biss għaxar minuti logħob. Leicester City barra minn darhom f 'St James Park komplew jimpressjonaw bil-kbir matul dan il- kampjonat, meta lbieraħ huma għelbu lil Newcastle United bl-iskor ferm konvinċenti ta' 3-0. Il-gowls għalihom fil-logħba waslu minn Jamie Vardy, Jose Leonardo Ulloa u Shinji Okazaki. AFC Bournemouth barra minn darhom żammew lil Swansea City fi draw ta' 2-2, biż-żewġ gowls għal AFC Bournemouth, jaslu minn Joshua King u Dan Gosling. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Swansea City waslu minn Andre Ayew u minn penalty ta' Jonjo Shelvey. Sports RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 21 ta' Novembru Watford vs Manchester United 1-2 Chelsea vs Norwich City 1-0 Everton vs Aston Villa 4-0 Newcastle U. vs Leicester C. 0-3 Southampton vs Stoke City 0-1 Swansea City vs Bournemouth 2-2 WBA vs Arsenal 2-1 Il-Ħadd 22 ta' Novembru 17:00 Tottenham H. vs West Ham U. It-Tnejn 23 ta' Novembru 21:00 Crystal Palace vs Sunderland Kampjonat Serie A TIM Fixtures Il-Ħadd 22 ta' Novembru 12:30 Hellas Verona vs Napoli 15:00 Atalanta vs Torino 15:00 Carpi vs Chievo Verona 15:00 Fiorentina vs Empoli 15:00 Genoa vs Sassuolo 15:00 Lazio vs Palermo 15:00 Udinese vs Sampdoria 20:45 Inter vs Frosinone WBA jixxukkjaw lil Arsenal Plejers tal- West Bromwich Albion jiċċelebraw wara gowl fil-logħba kontra Arsenal Il-plejer ta' Leicester City Jamie Vardy jiskurja fl-aħħar għaxar logħbiet konsekuttivi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015