Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 9 Aħbarijiet Marzu 2014 Jannar 2015 Novembru 2015 Godfrey Farrugia jirriżenja minn Ministru. il-Gvern jagħmel reshuffle. Marlene tibqa' b'xejn. Tgħid li se tivvota kontra kontra l-kaċċa fir-referendum Tiddikjara li hi kontra l-iffriżar tal-embrijuni Marzu 2015 17 ta' Novembru 2015 Tindirizza attività organizzata mill-PN kontra l-iżvilupp fiż- Żonqor Tirriżenja mill-Partit Laburista Topponi bidliet fil-MEPA indipendenti, hix se tkun qed issemmi leħinha iktar, Cacopardo saħaq li ma jemminx li se tagħmel wisq differenza. "Nimmaġina li la hi konvinta minn dak li qed tgħid, mela mhux se żżomm lura", temm jgħid Cacopardo. 'L-iktar vuċi ambjentali b'saħħitha fi ħdan il-Partit Laburista' Astrid Vella, minn Flimkien Għal Ambjent Aħjar saħqet li Marlene Farrugia kienet, bla ebda dubju ta' xejn, "l-iktar vuċi ambjentali b'saħħitha fi ħdan il-Partit Laburista." Qalet li hi kienet tpoġġi l-ambjent u l-interessi tal-pubbliku qabel l-interessi politiċi tagħha u insistiet li bilfors li se tkun daqqa ta' ħarta għall-vuċi ambjentali. "Il-kwistjoni issa hija jekk Marlene hux se tingħata l-mezzi biex tkun effettiva," kompliet tgħid Vella. Issa rridu naraw jekk il-Gvern hux se jkun qed iżomm kelmtu fi kwistjonijiet dwar l-ambjent," temmet tgħid. 'Marlene Farrugia kienet l-unika Deputata Laburista li ddefendiet l-ambjent' Marthese Portelli, il- kelliema għall-Ambjent, Enerġija u Trasport tal-Partit Nazzjonalista sostniet li quddiem "id-deċiżjonijiet kundannabbli ta' Joseph Muscat," Marlene Farrugia kienet l-unika Deputata Laburista li ddefendiet l-ambjent. Hija semmiet kif f 'intervista li tat dan l-aħħar, Farrugia wriet li hemm Deputati oħra li jinsabu mdejqa bit-tmexxija tal- Gvern. Portelli awgurat biex dawk kollha li jaħsbuha bħal Marlene Farrugia, jieħdu eżempju u ma jibżgħux jitkellmu. "Li hu żgur hu li Muscat tradixxa lil kull min għandu għal qalbu l-ambjent ta' pajjiżna, b'deċiżjonijiet li tefgħu l-ħarsien tal-ambjent lura fis-snin," żiedet tgħid il- kelliema Nazzjonalista. Tenniet li għall-Partit Nazzjonalista, l-ambjent huwa prijorità u appellat biex kull min għandu għal qalbu l-ambjent, isemma leħnu. "Wieħed jittama li Joseph Muscat jieqaf iwebbes rasu u jħalli lil Marlene Farrugia, kif qed jgħidulu l-għaqdiet ambjentali, biex tmexxi l-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent u l-Ippjanar", temmet tgħid id-deputata Nazzjonalista. jiddispjaċih li tilef lil Marlene' mill-elezzjoni lil hawn jaħsbu li l-PL se jkun aħjar mingħajr Marlene Taħseb li l-Partit Laburista huwa aħjar mingħajr Marlene Farrugia Iva, għax ma baqgħetx taqbel mal-gvern fuq wisq affarijiet Mhux se tagħmel differenza Le, għax kienet il-vuċi ambjentali tal-Gvern lejn Marlene Farrugia. Jidher li s'issa argument li qed jitqajjem bosta drabi minn dawk li qed jikkritikaw lil Farrugia huwa li din id- Deputata ħaditha daqshekk kontra l-Gvern minn mindu Godfrey Farrugia ma baqax Ministru u ħraxet fil-kritika meta indunat li hi stess ma tantx għandha ċans tkun qed tippilota Ministeru. Carmel Farrugia saħansitra akkuża lil Farrugia li baqgħet fil-Parlament "għax tħobb il-flus."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015