Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Jekk l-istazzjonijiet huma mimlijin bid-drama, huma mimlijin ukoll bi programmi ta' ġrajjiet kurrenti. Ir-rapport huwa xi ftit jew wisq kritiku ta' dawn, bil-punti bażiċi ta' kritika jkunu li qed isiru wisq programmi ta' din ix-xorta. Deċiżjoni li tidher li ma kinitx innotata mill-midja kienet dik fejn l-istazzjon nazzjonali mexxa l-programmi kollha ta' ġrajjiet kurrenti għal ħinijiet, fejn l-udjenza tkun ferm inqas. Persuna kkwotata mir-rapport tgħid li, sfortunatament, hemm perċezzjoni li l-programmi ta' diskussjoni lokali huma, "arroganti bil-persuni preżenti li jkunu qed jiddiskutu ma jkunux tolleranti." Telespettatur ieħor jgħid li f 'ħafna mill- programmi kull ma jsir huwa biss paroli u aktar paroli, "kieku xi ħadd qed jiffilmjana niddiskutu hawnhekk nistgħu ngħidu li għandna programm." L-ILLUM ikkuntattja lil Quinton Scerri, li qed jippreżenta l-programm Skjetti, li hu l-unika programm ta' diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali li bħalissa qed isir f 'ħinijiet fejn l-udjenza hija ikbar, meta mqabbla mal- programmi ta' diskussjoni ta' iktar tard. Din il-gazzetta staqsiet lil Scerri jekk il- popolarità li qed jikseb dan il-programm hux sforz il-ħin li matulu qed jixxandar, jew hux minħabba n-natura, iktar leġġera, tas-suġġetti diskussi. Il-preżentatur qal li jidher li bħalissa hemm naqra ta' saturazzjoni f 'dak li jikkonċerna politika. "Għandek wisq programmi li jiddiskutu l-politika u għalhekk aħna weġibna billi ġejna bil-kunċett li niddiskutu suġġetti li jiddiskutuhom in-nies id-dar, ix-xogħol jew meta jiltaqgħu ma' sħabhom iżda li għal xi raġuni, ma kinux qed ikunu diskussi fuq il-mezzi tax- xandir." Scerri jammetti li għall-ewwel kien hemm ċertu dubji dwar it-tip ta' diskussjoni, għax ħafna rawha u forsi għadhom jarawha "taċ-ċajt" imma jgħid li r-rispons mit-telespettaturi huwa wieħed pożittiv ferm. Il-Popolarità hija kwalita' ? Intant ir-rapport jiddiskuti wkoll ir-rabta li hemm bejn il-popolarità ta' programm u l-kwalità li qed joffri. Dwar dan, ir-rispons mit-telespettaturi kien ivarja u ma jidhirx li kien hemm tweġiba ċara dwar ir- relazzjoni bejn it-tnejn u jekk il-kwalità tiġix sagrifikata għall- poplarità. L-ILLUM ħa l-kummenti ta' Peppi Azzopardi, il-preżentatur tal-programm Xarabank, li ħobbu jew obgħodu, ilu l-aktar programm popolari fuq it-TV Malti għal snin twal. Nibdew billi nirrimarkaw li kemm fir-rapport kif ukoll, mill-perċezzjoni ta' ħafna, il-popolarità mhux neċessarjament tfisser kwalità. Azzopardi jgħid li hu jasal li jaċċetta li mhux dak kollu li huwa popolari huwa aċċettabbli, "iżda ma jista' qatt ikollok programm tajjeb li mhux popolari għax min- natura tiegħu, it-televixin huwa medium tal-massa. Jiġifieri meta ma jikkomunikax, ikun qed ifalli fl-essenza tiegħu." Dwar dan Peppi jtemm jgħid li, "programm jista' jkun popolari u għalhekk ta' kwalità imma mhux ta' kwalità u mhux popolari." Intant jekk hemm ħafna nies li jeħlu mat-televiżjoni jaraw Xarabank, daqshekk ieħor hemm oħrajn li jmaqdruh u jgħidu li mhux programm ta' kwalità. Imma Peppi assolutament ma jaqbilx ma' dan il-ħsieb u jgħid li hija arti ta' kull min jagħmel program televiżiv, "li jikkomunika ma' firxa wiesgħa ta' nies." Huwa jitfa' botta lejn dawk li jikkritikaw il-livell ta' Xarabank u jgħid li dawn għadhom jgħixu fil-passat. Azzopardi jgħid li dawn, "iħarsu lejn min jirnexxielu jġib udjenzi kbar bħala "ta' livell baxx." Speċi qed jgħidu, 'tant nagħmel programm ta' livell għoli li l-intelliġenti biss jarawh." Huwa jtemm jgħid li l-programm li jmexxi huwa dwar in-nies, mhux dwar filosofiji u kunċetti astratti, "li jgħaddu minn fuq ras kulħadd." Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 13 Feature 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) - Provision of Front Desk Services – T103/15 Data ta' ħruġ: 17 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 16 ta' Diċembru 2015 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI - Provision of Ultrium (LTO) 6 Data Backup Tapes – T106/15 Data ta' ħruġ: 17 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 16 ta' Diċembru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. avventurużi biżżejjed għal fuq it-TV' Il-preżentatur ta' Xarabank Peppi Azzopardi matul il-programm ta' nhar il-Ġimgħa li għadda "Programm jista' jkun popolari u għalhekk ta' kwalità, imma mhux ta' kwalità u mhux popolari" Reno Bugeja, Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS u preżentatur tal-pro- gramm 'Dissett'