Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 21 M eta kont mitlub mill- ILLUM biex inwieġeb il-mistoqsija dwar dawk li jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet politiċi fuq il-Partit Laburista, tar- riżenja ta' Marlene Farrugia, l-ewwel reazzjoni tiegħi kienet 'm'hemmx riperkussjonijiet.' Nifhem li tweġiba bħal din tista' taħsad lil dak li jkun, u hemm ħafna li qed jaqraw dan l-artiklu u mhux se jaqblu miegħi. Il-vera raġuni ta' din ir-riżenja trid tinsab x'imkien ieħor. Jekk wieħed iqabbel din ir-riżenja ma' riżenji simili tal- passat, jinduna li din mhix għal kollox simili tagħhom. Sakemm Duminku Mintoff kellu x'jgħid mal-Partit Laburista, wara r-rebħa ta' Sant tal-1996, ma tantx għandna mudelli politiċi tajbin ma' xiex inqabblu. Meta kien hemm it-tkeċċija ta' Wenzu Mintoff mill-Partit Laburista wara l-elezzjoni ta' 1987, Wenzu Mintoff baqa' fil-parlament u kien jirrappreżenta l-Alternattiva Demokratika. Din ma seħħitx wara sensiela ta' kritika. In-negattività fit-tkeċċija ta' Wenzu Mintoff kienet ġejja mill-fatt li l-Labour deher bħala Partit dittatorjali u jkeċċi lin-nies mal-ewwel kritika. Iżda ma kellhiex riperkussjonijiet fuq l-immaġini tal-partit bħala partit maqsum. Qabel din ir-riżenja, kien hemm membri parlamentari li qasmu minn partit għall-ieħor bħalma għamel Kurunat Attard li mill-partit ta' Ganado mar mal-Partit Nazzjonalista ta' Borg Olivier jew bħalma kien il-każ ta' Baldacchino li qasam għan-naħa Laburista. Fil-każ ta' Marlene Farrugia, m'hemmx dan il-fatt. Anzi, irrifjutat l-idea li hi taqsam il-kamra u tmur mal-PN u dan stqarritu hi stess. Duminku Mintoff kien il-politiku li żviluppa tattika ġdida. Hu qatt ma telaq mill- Partit iżda d-disgwid li kellu ma' Alfred Sant baqa' jkaxxar sal-elezzjoni b'konsegwenzi disastrużi għall-Partit Laburista. Il-Labour kellu telfa kbira fl-1998. L-istess ġara lill-Gvern ta' Lawrence Gonzi. Kellek il-każ ta' Jeffrey Pullicino Orlando. Hu rreżenja mill- grupp Parlamentari lejn l-aħħar tal-legislatura wara numru ta' xeni xejn sbieħ għall-PN. L-aktar importanti imma huwa li dawn ix-xeni u oħrajn simili taw l-immaġini ta' PN bħala partit maqsum. Din baqgħet tiġri miegħu sal-aħħar u kienet waħda mill-kawżi għala sofra telfa kbira. Jekk wieħed iħares issa lejn din ir-riżenja ta' Marlene Farrugia, isib li din qed isseħħ lejn nofs leġislatura. Kieku Marlene Farrugia riedet tagħmel il-ħsara lill-PL, kienet tibqa' fil-moviment u tikkritika minn ġewwa bil- konsegwenza li tkompli tibni mmaġni ta' partit maqsum. Anki jekk il-gvern għandu maġġoranza komda, l-elettorat ma tantx japprezza diżgwid intern fi ħdan partit politiku. Dak il-partit li ma jkunx magħqud, ibati f 'elezzjoni ġenerali. Għalhekk hu ferm pożittiv għal-Labour li għalaq dan il-kapitlu issa. Ir-risposta ta' Muscat għar-reżenja ta' Farrugia turi biċ-ċar li għandi raġun. Tal-inqas evita l-iżball ta' Karmenu Mifsud Bonnici fir-rigward ta' Wenzu Mintoff li jibni immaġni ta' partit dittatorjali. Dan iwassalni għal punt ieħor li wieħed irid jistaqsi. Għala Marlene Farrugia irreżenjat issa? Il-fatt li Marlene Farrugia qed titlaq issa, juri li hi ma tridx tagħlaq il-kapitlu tagħha fil-politika. Min telaq fl-aħħar, kellu joħroġ minnha. Duminku Mintoff ma ħariġx aktar għall- elezzjoni wara l-1998. Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett, Franco Debono u Wenzu Mintoff għamlu l-istess. Anki jekk Pullicino Orlando u Debono għadhom forsi joħolmu li jagħmlu comeback politiku, iċ-ċans tagħhom hu remot ħafna. Żgur li mhux se jkunu fuq in-naħa Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja. Marlene Farrugia taf li jekk titlaq tard mill-moviment, se jkollha inqas ċans tibni immaġini politika ġdida. Il-fatt li qalet le lil Simon Busuttil, turi li tixtieq tibniha lil hinn mill-Partit Nazzjonalista. Dan hu element innovattiv għas- sistema demokratika tagħna. Kontra dak li ġara s'issa fil-każijiet imsemmija qabel, Marlene Farrugia għandha elementi favur tagħha qawwija. L-ewwel għandha numru ta' votanti li huma tagħha. Jiġifieri, hemm numru ta' nies li jivvutaw lilha personalment. Jekk dawn l-ammonti jagħmlux kwota, hu diffiċli li tgħid, iżda żgur jeżistu. It-tieni, Marlene Farrugia ġa għaddiet minn din l-esperjenza. Wieħed irid jiftakar li kienet parti mill-Partit Nazzjonalista u kienet tirrappreżentah fuq livell lokali. F'dak iż-żmien, hija kienet il-mara ta' Jeffrey Pullicino Orlando. Qed nidħol f 'dan l-element privat ta' ħajjitha għaliex inzerta għandu relevanza politika. Kien wara s-separazzjoni (jew fi żmienha) ma' Pullicino Orlando, li Marlene Farrugia imxiet lejn il-Partit Laburista. Meta għamlet din il-mossa politika ġiet iddefenduta mill-Labour stess. Niftakar lil Carmelo Abela, illum ministru tal-Intern, jargumenta favur Marlene Farrugia u jgħid li hija ħarget man-Nazzjonalisti minħabba li kienet it-tfajla u mbagħad il-mara ta' Pullicino Orlando. Iżda bħala familja, hija waħda mill-aktar akkaniti tal-partit Laburista. Fl-aħħar nett, hemm il- fattur demografiku. Waqt li Duminku Mintoff għamel li għamel fl-aħħar tal-karriera politika tiegħu, dawk ta' warajh (Pullicino Orlando, Mugliett, Debono) għamlu l-istess azzjoni meta kienu għadhom pjuttost żgħar jew kif jgħid Dante, in mezzo del camin di loro (sic) vita. Marlene Farrugia qed tagħmel l-istess, iżda kontra tagħhom ma stennietx sal-aħħar. Telqet issa u dan se jagħtiha nifs biex tkompli tibni l-karriera politika tagħha. Opinjoni simon mercieca X'hemm wara r-riżenja ta' Marlene? "Kieku Marlene Farrugia riedet tagħmel il- ħsara lill-PL, kienet tibqa' fil-moviment u tikkritika minn ġewwa bil- konsegwenza li tkompli tibni imaġni ta' partit maqsum" Marlene Farrugia, irreżenjat mill-PL din il-ġimgħa Jeffrey Pullicino Orlando, li rriżenja mill-PN u baqa' MP indipendenti Franco Debono, baqa' MP Nazzjonalista, sakemm ivvota kontra l-Gvern f 'vot baġitarju fl-2012