Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 35 Sports Lingard jiċċelebra wara li skurja kontra West Brom 'Kienet l-aktar esperjenza terrifikanti ta' ħajti u nirringrazzja 'l Alla li għadni ħaj' minn Cristian Antony Muscat Fuq fomm kulħadd għadu l-attakk terroristiku aħrax u gravi, li seħħ f 'Pariġi nhar il- Ġimgħa 13 ta' Novembru. Fost it-80,000 spettatur li kien hemm preżenti fi Stade de France isegwu l-logħba ta' ħbiberija bejn Frazna u l-Ġermanja, kien hemm iż-żewġ plejers Amerikani ta' Pembroke Athleta, u li qed ikollhom staġun mill-aqwa mal- istess klabb, Austin Martz u Gustavo Villalobos Carbajal. Huma jistgħu jgħodduha b'waħda, hekk kif it- terrorist li kien dieħel fl-istadium, biex jagħmel l-attentat terroristiku, inżamm mill-membri tas- sigurtà Franċiżi, propju hekk kif kien dieħel fi Stade de France. Biex ikollu stampa aħjar ta' verament x'seħħ f 'din il- ġurnata sewda għal Franza, u għad-dinja kollha, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-winger Amerikan ta' 22 sena, Austin Martz, li rrakkonta fid-dettall minn xiex għaddew hu u l-plejer sieħbu, Gustavo Villalobos Carbajal, matul din il-lejla tat-13 ta' Novembru. Bl- aktar mod espressiv, huwa saħaq li: "Fil-lejla tal-logħba, jien u Gustavo, wasalna fi Stade de France, madwar il- 5.30pm. Kienet lejla kiesħa u xitwija, iżda n-nies kienu ferm eċitati, biex tibda l-logħba. Minħabba l-fatt li l-bibien tal-istadium ma nfetħux sas-7pm, qgħadna bil-qiegħda f 'restaurant li jinsab fil-viċin. Malli fetħu l-bibien tal-istadium, dħalna ġewwa. Stade de France huwa stadium mill-isbaħ u dakinhar tal-logħba, kien hemm atmosfera mill-isbaħ u elettrifikanti. Il-kobor tiegħu fakkarni fuq meta kont segwejt logħba fil- Camp Nou ta' Barcelona, fi Spanja. Kull partitarju fl- istadium ingħata bandiera, ħadna ritratt tal-okkażjoni, u għall-ħabta tat-8.15pm, il-plejers tal-Ġermanja kif ukoll dawk ta' Franza, ħarġu fl-istadium biex jagħmlu l-warming-up. L-istadium imtela malajr, fejn kien hemm attendenza mill-aqwa, ta' xejn inqas minn 80,000 spettatur. Qabel il-logħba indaqq l-innu nazzjonali Franċiż tant magħruf ta' La Marseillaise, bil- partitarji kollha preżenti fl-istadium, ikantaw l-innu nazzjonali, u ftit wara bdiet il-logħba ta' ħbiberija tant mistennija. Għoxrin minuta mill-ftuħ tal-ewwel taqsima. smajna splużjonijiet kbar barra l-istadium, iżda ħsibna li dan kien ħoss ġej minn logħob tan-nar. Għaxar minuti biss wara, smajna splużjoni oħra. Eżattament, qabel tmiem l-ewwel taqsima, Franza skorjaw gowl mill-isbaħ u kulħadd beda jifraħ. Ftit konna nafu li l-belt kapitali Franċiża, kienet taħt attakk. Il- logħba kompliet u Franza skorjaw it-tieni gowl madwar il-85 minuta. Fid- 89 minuta, jien u Gustavo, bdejna ħerġin 'il barra mill-istadium, iżda konna nafu li barra kienet ġrat xi ħaġa mhux tas-soltu, minħabba li kien hemm ħruġ wieħed biss miftuħ. Intant, il-mowbajl ta' Gustavo beda jdoqq ħafna, u finalment sirna nafu b'dak li kien qed jiġri barra mill-istadium. Meta konna għadna kemm qtajna l-linja minn mal-kowċ tagħna ma' Pembroke Athleta Winston Muscat, splodiet it-tielet bomba fil-viċin, u kulħadd beda jgħajjat, u jiġri ġiri sfrenat. Konna qed niġru f 'folol ta' mijiet ta' persuni f 'salt wieħed, biex insalvaw ħajjitna. Eventwalment, irritorna qawwijin u sħaħ fil-lukanda tagħna madwar is-1.30am, u fil-ġurnata ta' wara ma ħriġniex barra mill-kamra tagħna fil- lukanda, bħala prekawzjoni ta' sigurtà. Bla tlaqliq ngħid li din kienet l-aktar esperjenza terrifikati ta' ħajti, iżda rrid nirringrazzja 'l Alla, li jien u Gustavo għadna ħajjin, waqt li ninsab ċert li Alla kien qed jipproteġi l-istadium li konna fih f 'Pariġi, waqt il-ħin tal- attakk terroristiku, li ħalla mijiet ta' persuni mejta u midruba." Intant, tajjeb niftakru li Austin Martz ma setax kellu bidu aħjar f 'dan il- Kampjonat, hekk kif sa issa diġà rnexxielu jirbaħ żewġ unuri personali tal-BOV Plejer tax-Xahar - l-unur ta' Awwissu, kif ukoll dak ta' Ottubru. Meta wieħed iqis il- veloċità u l-istil aggressiv li Martz jippossjedi, huwa jista' jitqies bħala pedina indispensabbli għat-tim neo-promoss ta' Pembroke Athleta. Ir-responsabbiltà u l-ġenerożità li juri, kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu, huma ta' importanza kbira għal Pembroke Athleta, biex iżommu 'l bogħod miż-żona l-ħamra tar- relegazzjoni. Rigward x'fissru għalih dawn iż-żewġ unuri personali li huwa rebaħ fix-xhur li għaddew, Austin Martz, ikkummenta hekk: "Kien unur u barka kbira għalija l-fatt li rbaħt l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tax-Xahar ta' Awwissu, kif ukoll dak ta' Ottubru. Nirringrazzja 'l Alla għall- fatt li ma stajtx nibda b'mod aħjar il-karriera professjonali tiegħi fil- futbol. Madankollu, l-aktar ħaġa importanti mhuwiex jien innifsi, iżda li t-tim tiegħi ta' Pembroke Athleta kellu bidu ferm tajjeb fil- Kampjonat BOV Premier, li fih kien qed jiddebutta matul dan l-istaġun. Mingħajr sħabi l-plejers u l-isforzi kollha tagħhom, dawn iż-żewġ unuri, kienu jkunu impossibli għalija biex nirbaħhom. Sa minn meta rfist fuq Malta madwar tliet xhur ilu, il-komunità ta' Pembroke laqgħatni u addottatni bħala t-tifel tagħha. Il-president Alex Calleja, it-team manager Jason Vella, il-kowċ Winston Muscat, sħabi l-plejers u l-partitarji kollha ta' Pembroke Athleta kollha ġegħluni nħossni ġewwa dari u ssaportjawni enormament. Nittama li nibqa' nilgħab tajjeb ma' dan it-tim u jien naċċerta lil kulħadd, speċjalment lill-partitarji ta' Pembroke Athleta, li jien dejjem se npoġġi l-ewwel lit-tim tiegħu. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li huma mal-ewwel saru l-familja tiegħi. Jalla l-affarijiet ikomplu sejrin b'dan il-mod, kemm għalija kif ukoll għat-tim ta' Pembroke Athleta," temm jgħid Austin Martz. Austin Martz u Gustavo Villalobos Carbajal fi Stade de France f 'Pariġi, waqt il-logħba ta' ħbiberija bejn Franza u l-Ġermanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015