Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
36 illum Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Sports Il-MWA torganizza b'suċċess il-Kampjonat Nazzjonali tal-Weightlifting L-AssoċjAzzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat il- Kampjonat nazzjonali ta' Malta nhar il-Ħadd li għadda, fil-Kumpless sportiv tal-Kottonera. L-ewwel kompetizzjoni tal-kampjonat kienet għall- atleti subien u bniet taħt it-13-il sena. L-ewwel post fil-kategorija tas-subien intrebaħ minn Rylee Borg b'116-il punt segwita minn Kyle Camilleri b'97 punt u Kayden Psaila b'81 punt. Għal ħafna mill-atleti li pparteċipaw, din kienet esperjenza tajba għalihom, fejn huma taw prestazzjoni tajba ħafna flimkien ma' teknika eċċellenti. It-tieni grupp kien jikkonsisti minn atleti nisa, bl-aħjar riżultati jiġu minn Pamela Psaila li rebħet il-grupp, hekk kif refgħet it-total ta' 134 kilo, waqt li stabilixxiet żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija tat- 63kilo. Hija kienet segwita minn Nathalie Borg b`total ta' 107 kilo. Il-kategorija tad- 69kg intrebħet minn Yazmine Zammit Stevens li refgħet total ta' 124 kilo. F'din il-kategorija l-atleta mistiedna Chloe Cassar kellha prestazzjoni eċċellenti fejn refgħet total ta' 139 kilo. Riżultati pożittivi oħra waslu minn Elisa Scicluna, li refgħet total ta' 120 kilo u Kristen Borg li refgħet total ta' 94 kilo. Prestazzjoni tajba oħra waslet minn żewġ atleti ġodda li huma Sarah Shawky b'total ta' 71 kilo u Shazel Guzman li hija atleta li għad għandha biss 15-il sena, u li refgħet total ta' 67 kilo. It-tielet kompetizzjoni tal-avveniment kienet ferm iktar qalila milli mistenni. Dan hekk kif l-atleti rġiel taw l-aħjar prestazzjoni tagħhom, bl-aħjar riżultati tal-ġurnata jaslu minn Kyle Micallef li rebaħ il-grupp. Huwa refa' t-total ta' 261 kilo, kif ukoll waqqaf rekords nazzjonali ġodda fil- kategorija tal-85 kilo, b`refgħa totali ta' 121 kilo Snatch. Dan ir- rekord kien ilu mwaqqaf għal dawn l-aħħar disa' snin. It-tieni post intrebaħ minn Rodmar Pulis bit-total ta' 246 kilo, segwit minn Matthew Camilleri b'217-il kilo. Il- kategorija tal-94kg intrebħet minn Ryan Agius bit-total ta' 236 kilo, segwit minn Anton Micallef, li refa' total ta' 204 kilogrammi. Martin Pisani rebaħ l-ewwel post fil-105+ kilo, bit-total ta' 238 kilo. Il- kategorija taż-żgħażagħ intrebħet minn Owen Bugeja bit-total ta' 197 kilo fil- kategorija tal-85kg, u Andy Grech rebaħ il-kategorija tas-77 kilo bit-total ta' 169 kilo. Il-kompetizzjonijiet kienu rrefjati minn tliet uffiċjali nisa - Ramona Borg, Rodienne Balzan u Gayle Caruana. Huma kienu mgħejjuna minn Alfred Ellul Mercer u Stephen Borg. Wara dan il-Kampjonat Nazzjonali, il-kumitat tekniku tal-MWA, se jagħżel it-timijiet biex jippreparaw għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li jmiss matul is-sena d-dieħla. Wara l-prestazzjoni eċċellenti ta' Kyle Micallef, huwa rebaħ il-post li jirrappreżenta lil Malta fil-Qatar International Tournament, li se jsir f 'Diċembru li ġej. Il-weightlifter femminili Pamela Psaila fl-azzjoni Ritratt : Malta Weightlifting Association Leo Castan jingħata rikonoxximent mir-Roma Club Malta 1973 LejLet id-derby ta' Ruma, mirbuħa minn Roma bl- iskor ta' 2-0, id-difensur ċentrali ta' dan it-tim mill-kapitali taljana, Leo Castan, irċieva ikona tas-sagra Familja minn delegazzjoni tar-Roma Club Malta 1973, bħala turija ta' appoġġ morali. il-plejer Brażiljan kien emozzjonat ħafna u rringrazzja minn qalbu lir-Roma Club Malta. Dan ir-rikonoxximent ikompli jqawwilu qalbu biex iħares b'ottimiżmu kbir 'il quddiem għall-karriera tiegħu. Huwa ddeskriva bħala miraklu l-fatt li reġa' rritorna f 'qasir żmien jitħarreġ mal-ewwel skawdra ta' Roma. Id-delegazzjoni Maltija kienet imexxija mill-Viċi- President tal-klabb, Claudio Attard. Id-delegazzjoni ta' Roma Club Malta 1973 flimkien mal-plejer ta' Roma, Leo Castan Bidu tajjeb għal Gatorade Futsal League MAtuL din il-ġimgħa fil-Padiljun sportiv ta' Kordin ingħata bidu għal Gatorade Futsal League. F'din l-ewwel ġurnata ma kellna l-ebda sorpriża partikolari hekk kif iċ- champions Luxol bdew id-difiża tat-titlu li rebħu l-istaġun li għadda meta għelbu lil Sliema Wanderers 7-0. Għat-tim minn St Andrews sabu x-xibka William Barbosa, Matthew Attard, Mark Zammit, Florin Anton, Zvezdan Vukovic, Carl Azzopardi u Glenn Bonello. Madankollu l-partitissima tal-ġimgħa kienet dik bejn Ħamrun u Lija Athletic. Logħba bejn żewġ timijiet li qed jaspiraw li jagħmluha għall-play-offs finali. Fl-ewwel taqsima d-difiżi bdew jannullaw lill-attakkanti rispettivi sakemm il-Brażiljan Raphinha fetaħ l-iskor ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Lija ġabu d-dro minuta wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz ta' xutt bomba tal-internazzjonali Iranjan Ebrahim Massoudi. Ftit wara, dan l-istess plejer ġie mkeċċi fuq it-tieni karta safra. L-Ispartans bil-mod il- mod bdew jieħdu r-riedni tal-logħba f 'idejhom u rnexxielhom jiskorjaw tliet darbiet oħra permezz ta' George Frendo li skorja doppjetta fi ftit minuti u gowl ieħor ta' Raphinha sabiex aċċertaw lill- Ħamruniżi minn bidu mill-aqwa. Valletta wkoll kellhom debutt pożittiv fil- Kampjonat meta ddominaw u għelbu lil Sirens 11-0. Il-Beltin bdew joħolqu ċans wara l-ieħor u rnexxielhom jiskorjaw permezz ta' doppjetti kull wieħed għal Denis di Maio, Daniel Brincat, Dylan Musu u Liam Cachia filwaqt li Cristian Cuadros Silva, Jurgen Pace and Melvin Borg żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Bidu tajjeb ukoll għall- Imsida li għelbu lil Zebbug 9-2 filwaqt li Mdina Knights rebħu lil Gozo FC 5-0. Fid-derby bejn żewġ ġirien, Mqabba għelbu lil Qrendi 8-7 filwaqt li Swieqi rreġistraw riżultat ta' 6-4 fuq Marsaskala. Azzjoni spettakolari mill-ewwel ġurnata tal-Gatorade Futsal League Ritratt : Joe Borg