Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Min se jitkellem għar-residenti tal-Iklin? P. Camilleri, Iklin Xtaqt inkun naf jekk għadux illegali li tokkupa art tal-gvern, u tagħmel użu minnha bla permess. Xtaqt inkun naf jekk li tordom ħamrija biż-żrar huwiex skont il-liġi. U xtaqt inkun naf jekk twaqqa' ħitan biex tiftaħ passaġġi biex minnhom jgħaddu karozzi biex jipparkjaw fiha hux illegali. Passaġġi, li meta toħroġ minnhom jagħtu għal toroq arterjali b'periklu għal dawk li tilgħin u neżlin. Xtaqt inkun naf il-Kunsill Lokali tal-Iklin għadux jiffunzjona f 'lokalitajiet lil hinn mill-uffiċċju tiegħu? Is-Sindku li ilu jmexxi dan il- kunsill għal snin twal, ma nafx kif ma ħax il-passi neċessarji biex din l-għalqa tirritorna għall-istat oriġinali tagħha. Ma nafx kif l-ebda ministru, ebda deputat parlamentari, ebda entità governattiva qatt ma xammet din l-irregolarità meta nġibdet l-attenzjoni tagħhom. Issa jekk bniedem ibiddel imqar pied mill-faċċata tad-dar tiegħu, bla permess, malajr iqumu tal-MEPA u jwaħħluk xi multa. Allura, kif għalqa li hi propjetà tal- Gvern, ħadd minn dawn tal- MEPA ma ġibed l-attenzjoni dwar il-kundizzjoni orribbli tagħha? U biex tgħaxxaqha, għalkemm kien hemm permess biex issir Multi Purpose Groound, kif ukoll underground parking, din l-għalqa se tinbidel f 'car park għaliex f 'daqqa waħda, ingħatat 'on encroachment' lil ċertu individwu. Nixtieq inkun naf kif inbidel il-permess, jekk ħariġx il-permess ta' dan l-encroachment, u x'kundizzjonijiet għamlulu, speċjalment fejn jidħol tindif manutenzjoni u sigurtà. Din l-għalqa ilha mwiegħda lir-residenti li se tinbidel fi ġnien. Għaliex dan mhux se jsir? Jista' xi ħadd mill-Gvern jaqbeż għalina? Iċ-ċentru ta' Malta jidher li hu minsi. Hawn fl-Iklin, fuq in-naħa ta' Naxxar Road m'hawn xejn ħlief ħwienet, karozzi, ħmieġ u telqa A1. Nixtieq inkun naf jekk Malta għadhiex tagħna lkoll. Għaliex aktar kien jixraq li l-mott jgħid: 'Id-Distretti fejn hemm il-ministri u deputati hu biss tagħhom, u fejn m'hemmx, jagħmlu huma.' L-għalqa in kwistjoni fl-Iklin Ulied agħar mill-Iben il-Ħali? J. Bonnet Balzan, Balluta Fil-parabbola tal- Evanġelju, nsibu li l-iben il-Ħali kellu d-diċenza jistaqsi lil missieru biex jagħtih sehmu mill-wirt, iva qabel ma' missieru ħalla din id-dinja. Fi żmienna, qed naraw ċerti ulied iduru fuq ommhom armla jew missierhom armel minħabba xi kundizzjoni anke żgħira, malajr iħajruhom joħorġu minn darhom u jmorru jinġabru f 'xi residenza tal-anzjani. Hekk ikunu jistgħu jieħdu bejniethom in-nofs tas-somma li biha tinbiegħ dik id-dar u ma joqgħodux jistennew li t-tieni ġenitur jiġi nieqes. Naturalment ġieli tisma' bi stejjer fejn wieħed mill- ulied ikun ftiehem ma' xi bejjiegħ tal-propjetà biex jibgħat lil xi ħadd li jidher interessat fil- propjetà u jagħti ċifra inqas milli tkun tiswa, u eventwalment anke tinbiegħ b'dak il-prexx biex wara, dan l-individwu jbill subgħajh aktar minn ħutu. Però, sakemm ikun hemm 'proġett komuni', tistagħġeb b'liema finezza ċerti wlied kapaċi jimmanipulaw lil ġenituri anzjani. "Mhux aħjar hekk, milli wara li tħallina, jinqala' l-inkwiet bejn l-aħwa?" jew "Mhux aħjar hekk milli toqgħod waħdek?" Mur għidilha lil dik l-anzjana jew anzjan li fir-residenzi tal-anzjani, huma jkollhom joqgħodu għar-regoli u ma jibqgħux rajhom f 'idejhom. Hekk ta' sikwit wieħed jista' jsegwi minn fuq il-ġurnali, riklami a' bejgh bl-irħis ta' għamara, anke antika, purtieri u dak kollu li jkun hemm biex jiddekora d-dar, mhux għax l-anzjan ikun safa' nieqes, iżda għax ikun ġie konvint biex jaqbad mgħodija bla ritorn. Hekk jiġi assigurat li jekk wara ftit, l-anzjani jindunaw bl-iżball li jkun sar, ma tkunx tista' tibdel fehemtha. Mhux ta' b'xejn li dawk l-anzjani bi ftit dehen, jew dawk l-ulied bil-qalb vera ta' ulied, lill-ġenitur tagħhom, imqar jekk ma jkunux jistgħu jduru bihom huma, jġibulhom carer anke minn barra l-pajjiż, biex tgħix magħhom. Għadni niftakar persuna mill-Filippini. b'wiċċ jixgħel tgħid kif kien irnexxielha żżomm għal snin twal fuq wiċċ l-idejn u nieqes minn xejn, anzjan sa ma għalaq 94 sena. U uliedu kienu jafuhulha. Dan il-fenomenu ta' carers Filippini, sa anke biex wasal biex jinkiteb dwaru f 'ġurnal finanzjarju bħal 'Financial Times' li jistma li 11% tal-popolazzjoni Filippina qed taħdem barra l-pajjiż, b'hafna minnhom jaħdmu f 'xogħol domestiku. San Ġorġ Preca kien jgħid, 'Twajba kunu, ġwejda le. La mal-barrani, u lanqas ma' ta' ġewwa, għax kif kien jitlob is-sultan David: Mulej l-għedewwa ta' barra nieħu ħsiebhom jien, iżda int ħu ħsieb dawk li jistgħu jkunu ġewwa dari.' Mhuz qed nikteb dan biex niġġeneralizza, iżda ta' min wieħed jevalwa sew. Shame on you A. Duca, Ħal-Għaxaq NaĦsEb li kulħadd għadu jiftakar l-għajta ta' grupp ta' studenti fl-Università waqt dibattitu qabel l-aħħar elezzjoni, bejn lawrence Gonzi u Joseph Muscat, fil-konfront ta' Gonzi, li dakinhar kien prim Ministru. Fejn huma llum dawn l-istudenti, x'qed jgħidu għad- diżastru fit-trasport pubbliku. Bil-konsegwenzi li qed ibatu studenti billi mhumiex ilaħħqu jaslu l-iskola fil-ħin, u b'hekk jitilfu ħafna drabi l-ewwel lezzjoni li tkun fit-8.15 ta' filgħodu. In-neputija tiegħi, li toqgħod Ħal-Kirkop u li tmur skola n-Naxxar, toħroġ tistenna t-trasport fil-5.30 ta' filgħodu u lanqas ma jirnexxielha tasal fil-ħin għall-ewwel lezzjoni. F'laqgħa li kellhom il- ġenituri l-iskola, qalulhom li dawn l-istudenti qed jiġu skużati għaliex huma konxji mill-problema tat-trasport. Però, l-mistoqsija tal-ġenituri hi, dawn fl-eżamijiet, se jkunu skużati peress li qed jitilfu l-lezzjonijiet? Ma nafx f 'din is-sitwazzjoni għandux wieħed jidħak jew jibki. Vera li bl-Arriva ma tantx konna sew, però, kif jgħidu, kemm konna aħjar meta konna naħsbu li ma konniex sew. Ir-riżultat tar- road map. Meals on Wheels Carmel Portelli, Sliema ĦaMsa u għoxrin sena ilu, il-mibki alfred buhagiar u Joe rossi tas-segretarjat assistenza soċjali tal- azzjoni Kattolika flimkien ma' Joe Galea tal-Moviment azzjoni soċjali waqqfu l-għaqda volontarja l-Maltese Cross Corps li kienet afdata mill-Gvern bis-servizz tal-Meals on Wheels. Matul dawn is-snin, eluf ta' anzjani u persuni bi bzonnijiet speċjali gawdew minn dan is-servizz utli. Jidher li issa dan is-servizz ta' kuljum mhux ser jibqa' jingħata mill-Maltese Cross Corps iżda minn dittà kummerċjali (wara li l-Gvern ħareġ sejħa għall-offerti). Xieraq li l-ħidma li wettqet din l-għaqda volontarja matul is-snin tkun rikonoxxuta u apprezzata, speċjalment il-ħidma siewja u bla heda tal-Amministratur tas-servizz, is-Sur Ġorġ Busuttil, li fih il-benefiċjarji kellhom fiduċja sħiħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015