Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 31 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ................ 0 Qormi ......................... 0 Pembroke Athleta u Qormi temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. kienu Pembroke Athelta li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss ħames minuti logħob, Ariel Laudisi, irċieva through pass qabel ra x-xutt tiegħu minn ġol- kaxxa jistampa ma' sieq il-wieqfa. Pembroke Athleta kienu indubbjament l-aħjar tim f 'dawn l-ewwel minuti tal-partita u komplew fuq l-attakk hekk kif fl-14-il minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta' Gibson Bardsley għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Jean-Matthias Vella. Qormi rrispondew għall-ewwel darba fid-19-il minuta meta wara li rċieva minn corner ta' Carlo Gordon Monti, għola tajjeb Noah Olawale Ojula li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tgħaddi għoli. Fil-31 minuta freekick ta' Ariel Laudisi għal Pembroke Athleta għadda għoli. Fil-45 minuta corner insidjuż ta' Clifford Gauci għal Qormi, vjaġġa minn tul il-lasta kollha, iżda ħadd mill-plejers tal-Blacks and Yellows, ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun, biex ftit sekondi wara, xutt mill-viċin ta' Owen Bugeja għal Pembroke Athleta, għadda jħakkek mal-lasta. Fit-52 minuta xutt mid- distanza ta' Kurt Magro għal Qormi, għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill- goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Mario Muscat. It-tim immexxi minn Winston Muscat irrisponda żewġ minuti wara permezz ta' Gibson Bardsley li kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ tajjeb minn Jean- Matthias Vella. Pembroke Athleta komplew jattakkaw u fid-59 minuta, daqqa ta' ras mill-viċin ta' Ariel Laudisi għaddiet ftit barra. Fid-69 minuta Pembroke Athleta, tilfu okkażjoni tad-deheb li jiftħu l-iskor, meta l-attakkant Gibson Bardsley ġie wiċċ imb'wiċċ mal-goalkeeper Jean- Matthias Vella, iżda tefa' inkredibbilment barra. Pembroke - A. Muscat, Villalobos Carbajal, Barbetti (Edden Arab 82'), Laudisi (Grech 65'), Bardsley, Martz, Cini, Shereni, Attard, O'Brien, Bugeja Qormi - J. M. Vella, Cassar, Sidibe, Olawale Ojula, Berntsson (Agius 46'), Leeflang, Gauci, Magro (Yankam 82'), Monti (Viggiani 87'), E. Vella, Nilsson Referi - Alan Mario Sant ARIEL LAUDISI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Fil-karriera tiegħu f 'Malta lagħab ukoll ma' Msida St Joseph u Sliema Wanderers. Ingħaqad ma' Pembroke Athleta matul l-istaġun li għadda. Draw ta' mingħajr goals bejn Pembroke A. u Qormi Ritratt - Ray Attard Dwell għall-ballun bejn Emerson Vella u Leighton Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015