Illum previous editions

ILLUM 22 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet Marzu 2013 April 2013 Jannar 2014 Il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali Farrugia tirriżenja mill-kariga tagħha fil-Ministeru tas-Saħħa, wara pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista Tesprimi r-riservi tagħha għall-iskema taċ-ċittadinanza b'investiment Is-sieħeb ta' Marlene, Godfrey Farrugia jinħatar Ministru għas-Saħħa Appuntata assistenta fil-Ministeru tas-Saħħa minn Gabriel Schembri Kmieni din il-ġimgħa, il-membru Parlamentari marlene Farrugia, permezz ta' ittra miktuba bl-idejn, irreżenjat mill-Partit Laburista. Farrugia, li ssieħbet fil-Partit Laburista fl-2003, irreżenjat mill- grupp Parlamentari u mill-kariga tagħha bħala Chairperson tal- Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-ippjanar. Ftit ħin qabel ma rriżenjat, Farrugia kienet ingħaqdet mal-Oppożizzjoni f 'vot kontra żewġ emendi proposti għall-Att dwar il- Protezzjoni tal-Ambjent. Il-Prim Ministru Joseph Muscat aċċetta r-riżenja ta' Farrugia u iktar tard permezz ta' tweet, Muscat awguralha r-risq għall-futur. Marlene Farrugia hija ukoll is-sieħba tal-whip tal-Partit Laburista, Godfrey Farrugia. Issa li rreżenjat mill- Partit Laburista, Marlene Farrugia se tkun qed isservi l-irwol tagħha ta' deputata eletta mill- poplu, iżda bħala Membru Parlamentari indipendenti. Qatt ma żammet lura milli tressaq l-opinjoni tagħha, u saħansitra kienet attendiet attività organizzata mill- Partit Nazzjonalista kontra l-iżvilupp tal-Università Amerikana fiż-żona barra l-iżvilupp fiż-Żonqor. Iżda issa, bir-riżenja ta' Marlene Farrugia, il-Partit Laburista se jkun tilef il-vuċi ambjentali tiegħu? 'nirrispetta d-deċiżjoni tagħha' Għall-mistoqsijiet tal- ġurnal l-Illum, il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat qalilna biss li hu jirrispetta d-deċiżjoni ta' Marlene Farrugia, irringrazzjaha għall-ħidma tagħha u awguralha għall-futur. 'il-Partit Laburista għad jiddispjaċih li tilef lil marlene' Il-Viċi Chairman tal- Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo saħaq li l-Partit Laburista għad jiddispjaċih b'dak li ġara fil-Parlament iktar kmieni din il-ġimgħa. Semma kif Marlene Farrugia ħadet interess ambjentali iktar minn qatt qabel u insista li t-telfa tagħha se jħossuha żgur. Mistoqsi jekk jaħsibx li bħala kandidata 'Il-Partit Laburista għad jiddispjaċih L-istorja ta' Marlene Farrugia mill-elezzjoni 70% tal-qarrejja tal-illum.com.mt jaħsbu 70% ta' dawk li vvutaw s'issa fl-istħarriġ tal-illum.com.mt dwar id-Deputata marlene Farrugia ma jaħsbuhiex bħal Carmel Cacopardo u jidhrilhom illi l-Partit Laburista illum huwa aħjar milli kien, meta kellu lill-istess Farrugia bħala Deputata tal-Gvern. Minn dawk li kienu vvutaw fl-ewwel tlett ijiem minn meta l-illum.com.mt tella' l-istħarriġ onlajn, 700 persuna wieġbu 'Iva, għax ma baqgħetx taqbel mal- Gvern fuq wisq affarijiet', meta mistoqsijin jekk jaħsbux li l-PL mingħajr Farrugia hux aħjar. Min- naħa l-oħra 20%, jew 217 il-persuna qalu li b'Marlene Farrugia jew mingħajrha l-PL se jibqa' fejn kien. Kienu 10.3% biss, jew 110 persuna, li qalu li n-nuqqas ta' Farrugia mhux xi ħaġa pożittiva għall-PL 'għax kienet il- vuċi ambjentali tal-Gvern'. Intant sal-bieraħ kienu daħlu wkoll numru konsiderevoli ta' kummenti li fil- maġġoranza tagħhom kienu kritiċi ħafna ta' Farrugia. Jane Catania sostniet li Farrugia, "teknikament u moralment m'għandhiex tibqa' tirrapreżenta lil min fdalha l-vot", Gennaro Vassallo qal li, "Farrugia kienet tibqa' mal-Gvern kieku l-PM taha Ministeru," filwaqt li Amabile Spiteri qal li kien ikun jaqbel għall-PL kieku warrbet għall-kollox. Filwaqt li Marie Vella faħħret il- mod kif Joseph Muscat irreaġixxa għar-riżenja, Jackie Callus talbet biex tkun irrispettata l-opinjoni ta' kulħadd u kulħadd ikun prudenti fil-kritika tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 Novembru 2015