Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 39 tal-Bowling f 'pajjiżna Sports Anze Grabijan tas-Slovenja u hemmhekk tlift bl-iskor ta' 391- 420, biex kelli nikkuntenta bil- pożizzjoni ta' runner up Champion tal-Mediterran. Peress li kif għidt issa għalaqt il-50, ġejt ikklassifikat mas-Seniors u flimkien ma' erba' Seniors oħra mort nikkompeti fil- Kampjonati Ewropej li saru ġewwa Bologna. Hemmhekk ikkompetejt kontra 220 bowler ieħor u ġejt it- tieni fis-singles. Fit-trios flimkien ma' Paul Baldacchino u Giancarlo Tolu kklassifikajna fil-ħames post minn 244 tim u tlifna midalja tal-bronż għal 19-il pin. Peress li l-logħob kollu tiegħi kien tajjeb, irnexxieli nerġa' ngħaddi għall- Masters għax ġejt mal-ewwel sitta. Kelli nerġa' nispiċċa t-tieni, imma kont kuntent ħafna għax tiegħi kienu l-ewwel żewġ midalji li Malta ġabet f 'dawn il-kampjonati. Lokalment kellna wkoll il- Kampjonati Nazzjonali tas-Seniors, fejn irbaħt dan l-unur u ksirt ir- rekord personali tiegħi meta ksibt 1436 punt fuq sitt logħbiet (qabel kien 1421). Għalhekk issa nissejjaħ Senior Champion! Il-ġimgħa ta' wara kellna s-Senior Champion Open fejn ġew diversi bowlers minn madwar l-Ewropa fosthom mill- Iżvezja, mill-Ġermanja, l-Italja, il-Belġju, l-Irlanda, l-Ingilterra u l-Katalunja fi Spanja. Minn 67 bowler, ikklassifikajt fil-11-il post u lgħabt tajjeb ħafna u fil-fatt erġajt ksirt ir-rekord tiegħi li kont għadni kif tejjibt il-ġimgħa ta' qabel fejn ksibt 1447 punt. Suċċess ieħor lokali kien meta fid-doubles Cisk Lager league irnexxieli nilgħab 300 oħra u hekk issa għandi erba' logħbiet perfetti ireġisrati fir-rekords nazzjonali. Apparti li tilgħab, int tikkowċja l-bowling ukoll. Tina iktar dettalji. Iva, fil-fatt, din is-sena kelli l-unur li mmur Los Angeles għat-Tazza tad-Dinja tal-iSpecial Olympics. Il- bowlers Philip Gruppetta u Natasha Bianchi li rrappreżentaw lil Malta rebħu midalja tal-fidda u oħra bronż rispettivament u ġew ukoll it-tielet fid-doubles. Jien nikkowċja ukoll diversi bowlers ta' etajiet u abiltajiet differenti u jien ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-bowling taż-żgħażagħ. Għalhekk biex inkun nista' noffri s-servizzi tiegħi aħjar f 'Settembru li għadda, tlajt għaxart ijiem il- Finlandja fejn l-ewwel ħadt sehem fl-iCoach conference, fejn jiltaqgħu kowċis minn pajjiżi differenti, imbagħad ħadt il-kors tal-kowċing Level 3. Dan huwa l-ogħla livell għall-bowling u s'issa jien l-uniku Malti li għandi dan iċ-ċertifikat. Issa qed inħares 'il quddiem għall- kompetizzjoni li jmiss li hija l-Bank of Valletta Platinum Cup li tintlagħab f 'Diċembru. Bħalissa wkoll qiegħed jittieħed l-iskor medju tal-Kampjonat Nazzjonali tal- bowling, kif ukoll ta' xi tournaments li se jintlagħbu f 'Novembru u Jannar sabiex l-aqwa sitt irġiel imorru jirrappreżentaw lil Malta għall- Kampjonati tal-Ewropa li se jsiru f 'Awwissu tal-2016 ġewwa Brussell, fil-Belġju. Il-ħsieb tiegħi huwa dak li nkun wieħed minnhom għax għalkemm qed nikber fl-età, inħoss li għad baqgħali x'nagħti lil pajjiżi sew bħala logħob u anki bħala kowċing u se nibqa' nirsisti biex isem Malta ntuh il-mertu li jixraqlu. "Permezz tal-kors il-ġdid li għamilt fil- Finlandja fl-iCoach conference, issa nista' noffri s-servizzi tiegħi aħjar. Dan huwa l-ogħla livell għall- bowling u s'issa jien l-uniku Malti li għandi dan iċ-ċertifikat" Is-Senior Champion tal-Bowling f 'pajjiżna b'esperjenza enormi fl-isport tal-bowling li qed ikabbar il-popolarità f 'pajjiżna. Irrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Mediterran, fil-Kampjonati tal-Ewropa, fil- Kampjonati tad-Dinja, fil-Logħob Ewropew, u fil-Kampjonati Ewropej tas-Seniors, fejn rebaħ tliet midalji tad-deheb, sitta tal-fidda u tlieta tal-bronż. Ħa sehem fl-iCoach Conference fil-Finlandja, fejn ħa kors fl-ogħla livell tal-bowling. Ftit tal-ġimgħat ilu rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tas-Seniors, u kiser ir-rekord personali tiegħu stess Mark Spiteri