Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/604905
Il-Ħadd 22 ta' Novembru 2015 | illum 7 Aħbarijiet Iż-żgħażagħ iħossuhom siguri meta jmorru Paceville? minn Veronica Lynn Mizzi LOQSMA tas-saħħa u sigurtà f 'postijiet ta' divertiment, jista' jkun li mhux dejjem ikunu prijorità, speċjalment f 'żoni bħal Paceville. Dan jixduh l-74 persuna li spiċċat imweġġa', uħud minnhom b'mod gravi fl-inċident li seħħ bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd tal-ġimgħa li għaddiet. Inċident, li seta' kien ferm iktar traġiku. Fid- dawl ta' dan u tal-fatt li prattikament kull ġimgħa tinqala' xi ġlieda jew oħra fit-toroq ta' Paceville, l-ILLUM mar fuq il-kampus tal-Università ta' Malta sabiex tistaqsi liż-żgħażagħ li jiffrekwentaw dawn il- postijiet ta' divertiment dwar is-sigurtà fil-mekka tad-divertiment. Huma ġew mistoqsija jekk meta jmorru Paceville, iħossuhomx li huma siguri f 'dawn il-postijiet u jekk l-inċident tal- ġimgħa li għaddiet hux se jġegħelhom jaħsbuha darbtejn qabel jiddeċiedu li jmorru jqattgħu xi lejl ta' divertiment ma' sħabhom f 'Paceville. Segwi l-kummenti kollha fuq illum.com.mt Gabriel Agius – Il-Gżira Carla Galea – Rabat Għawdex Naomi Bugre – Raħal Ġdid Steve Spiteri Fiteni – Ħal-Lija Karl Andrew Micallef – San Pawl il-Baħar Jessica Grech – Ħal-Qormi Gary Doublet –Birkirkara Ian Bondin – Naxxar Meta tara kif ma tantx hemmx sigurtà tajba u l-postijiet ma jkunux mibnija kif suppost, tiġi bejn ħalltejn. Anke l-fatt li jkun hemm daqstant nies f 'post daqshekk żgħir u l-ħruġ ta' emerġenza ma jkunux daqshekk aċċèssibbli jew faċli biex tarahom, naħseb ittik x'taħseb fuqha wkoll. Però, l-inċident li ġara kien ħaġa ta' darba, u ma naħsibx li kull darba li mmorru Paceville noqogħdu nibżgħu. Ilni naqra ma mmur Paceville, imma issa b'dawn l-inċidenti, naħseb li trid toqgħod naqra iktar attent. Però, naħseb li xorta mmur kieku jkolli mmur, imma forsi nipprova noqgħod 'il bogħod mir-rassa. Qatt ma ħassejt problema ta' sigurtà meta mort Paceville imma minn wara l-inċident, iktar jinkwetawni l-etajiet tat-tfal li kien hemm. Din hija xi ħaġa li setgħet tiġri kullimkien, u ġrat Paceville għax ikun hemm ir-rassa. Jekk issaqsini iniex inkwetata, ngħidlek iva imma inkwetata fuq kullimkien, mhux biss fuq Paceville. Forsi issa nipprova nevita postijiet b'ħafna rassa, imma mhux li ma mmurx. F'Paceville innifsu ma narax li hemm problemi, u hemm pulizija biżżejjed. Ġieli mort Paceville u kien hemm il-ġlied, però l-pulizija u l-bouncers li jkun hemm naħseb li joffru biżżejjed protezzjoni għan-nies li jkun hemm. L-inċidenti li jiġru mhux se jeffetwawni biex ma nitlax iktar għax meta tqabbilhom ma' kemm- il darba ma jiġri xejn, mhux ħafna. Ġieli l-inċidenti ma jkunux tort tan-nies imma tal-organizazzjoni. Anke jekk tara biss biss x'jiġri, ikun hemm nies li jidħlu mingħajr kontrolli, fire exits ineżistenti, u ħafna folla. Il-pulizija wkoll ma jinvolvux ruħhom biżżejjed fil- protezzjoni tan-nies, ħlief meta jkun hemm xi ġlieda. Però, mhux se nkun qed naħsibha darbtejn biex nitla' Paceville, imma nittama li l-komunità li tmur Paceville tieħu spunt minn dan li ġara u jitjiebu l-affarijiet. Ġlied f 'Paceville dejjem ikun hemm, imma din id-darba kien hemm nuqqas ta' organizazzjoni. Forsi issa, naħsibha darbtejn qabel nitla' Paceville. Però, ġlied dejjem ikun hemm u meta tmur, qisek tkun taf x'riskju hemm. Ma naħsibx li għandek tħossok anzjuż fuq dawn l-affarijiet għax tista' toħroġ fit-triq, taqa' fil- bankina, u tweġġa' rasek, iġifieri mhux xi ħaġa li tista' tiġri hemm biss. L-inċìdenti jistgħu jsiru kullimkien. Ma tantx nitla' Paceville għax ma nħossx li huwa posti. Ma mmurx fiċ-ċentru għax ma nħobbx immur clubbing, u nipprova noqgħod fil-bars tal-madwar. Tispiċċa tibża' mingħajr ma trid, u allura toqgħod 'il bogħod. Ritratti: Ray Attard