Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 NEWSPAPER POST Nr 482 • 10 ta' Jannar 2016 www.illum.com.mt Minn xhieda quddiem l-awtorijtajiet tal-Knisja Mar jara l-Madonna t'Angelik u talbuh 'il fuq minn elf ewro Ara l-paġna ta' wara Simon jinħeba wara Joseph minn Gabriel Schembri MINKEJJA li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wiegħed l-appoġġ tiegħu lill-Gvern jekk jieħu azzjoni kontra l-kmamar tal-Armier u qal li mhux se jżomm ma' ftehim li sar minn Gvernijiet Nazzjonalisti fl-2003 u fl-2008, hu ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet diretti mill- gazzetta ILLUM. Din il-gazzetta staqsiet dwar x'qed jipproponi li jagħmel hu dwar il-kmamar fl-Armier kieku jsir Prim Ministru. Minflok wieġeb b'mod dirett għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, Busuttil qal biss li se jistenna lil Muscat jirreaġixxi għal dak li qal hu qabel ma jerġa' jitkellem fuq is-suġġett. L-ILLUM bagħtet email b'numru ta' mistoqsijiet bil-għan li l-PN jikkjarifika xi pjan għandu Simon Busuttil għall- Armier. Staqsejna b'mod ċar x'irid ifisser eżatt il-Kap tal-PN meta qal li mhux se jonora l-ftehim li sar mill-predeċessuri tiegħu, l-eks Prim Ministri Eddie Fenech Adami fl-2003 u Lawrence Gonzi fl-2008. L-ILLUM staqsiet dan li ġej: "X'hemm ippjanat li jsir fl-Armier? Jew aħjar, il-Partit Nazzjonalista x'se jagħmel fil-konkret?" kif ukoll, "Simon Busuttil qal li lest jiltaqa' mal-partijiet interessati. Ġie avviċinat biex issir laqgħa? U x'se jkun qed jipproponi l-PN?" Tkompli f 'paġna 4 Air Malta 'ġdida' sa Ġunju SA Ġunju li ġej, il-Gvern qed jippjana li jkollu n-negozjati u d-diskussjonijiet mas-sieħeb strateġiku għall-Airmalta finalizzati biex pajjiżna jkollu Air Malta 'ġdida'. Dan stqarru f 'intervista mal-ILLUM il-Ministru tat- Turiżmu Edward Zammit Lewis li żied jgħid ukoll kif l-objettiv tal-Gvern huwa li l-Air Malta jkollha bejn 12 u 13-il ajruplan fil-flotta tagħha ladarba l-kumpanija terġa' tqum fuq saqajha. Minkejja li tkellem dwar il- benefiċċji ta' sħubija strateġika, Zammit Lewis baqa' jirrifjuta li jikkonferma jew jiċħad rapporti li l-linja tal-ajru magħżula bħala sieħeb strateġiku tal-linja nazzjonali Maltija hija l-Etihad. Ara paġni 6-7 u 10-11

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016