Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 33 Sports Illum issir l-Enduro f 'Għawdex Fil-ġimagħtejn li għaddew, l-assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi kkonkludiet il-proċess li beda fil-laqgħa generali Straordinarja (egm) li saret f 'Villa Bighi biex jiġi elett il-Kaxxier il-ġdid tal-aSmK kif ukoll assistent Kaxxier, Kaxxier tal-autocross u Rapprezentant tal- motocross. Wara r-riżenja ta' edgar Xuereb minn Kaxxier tal-aSmK ġie nominat manuel Camilleri li kien elett unanimament. Camilleri kien jokkupa diversi karigi fl-ASMK fosthom dik ta' Assistent Kaxxier. Dan kellu jirreżenja minn din il-kariga biex seta' jieħu l-kariga ta' Kaxxier tal-ASMK waqt li wkoll illum jokkupa l-kariga ta' President u rappreżentant tas-sezzjoni Trials. Waqt dawn l-elezzjonijiet immexxija minn Kummissjoni ta' tliet persuni saru wkoll diversi ħatriet. Wara l-elezzjonijiet li saru matul il-ġimgħa li għaddiet, għal darb'oħra Gordon Johnson ġie elett fil-kariga ta' assistent kaxxier, liema kariga kien diġà jokkupa fl-istaġun li għadda. John Mamo li diġà jokkupa l-kariga ta' kaxxier fis-Sezzjoni Motocross issa ġie elett ukoll bħala rappreżentant tal-istess sezzjoni. Wiċċ ġdid ieħor fl- amministrazzjoni tal-ASMK huwa Malcolm Borg li ġie elett kaxxier tas-Sezzjoni Autocross. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lis-Sur Edgar Xuereb għax- xogħol kollu siewi li għamel matul dawn l-aħħar 20 sena fejn kien jokkupa l-kariga ta' Kaxxier tal-ASMK. Xuereb flimkien mal-President u s-Segretarju Ġenerali preżenti huma magħrufa sew, fejn fil-bidu taż-żminijiet li huma ħadu t-tmexxija, irnexxielhom joħorġu lill- Assoċjazzjoni mill-kriżi li kienet fiha f 'nofs is-snin disgħin, li tħalliet minn amministrazzjoni preċedenti iżda llum l-Assoċjazzjoni hija waħda b'saħħitha kemm amministrattivament kif ukoll finanzjarjament. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat ukoll lill-kummissjoni li mexxiet il-votazzjoni fil- Clubhouse tal-ASMK fl- Imtarfa, lil Clayton Camilleri li għal dawn l-aħħar tmien snin ta s-servizz tiegħu lis- sezzjoni Motocross kif ukoll lil Edward Ciantar li okkupa din il-kariga u ta serivizz f 'dawn l-aħħar sentejn lill-istess sezzjoni. L-ASMK irringrazzjat ukoll lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija taħt it-tmexxija ta' Dr Jeffery Pullicino Orlando li ppermettew lill- ASMK biex tkun tista' tuża s-sala f 'Villa Bighi fejn ġiet organizzata l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja f 'Dicembru li għadda. Intant, l-Assoċjazzjoni reġgħet irrankat bl-attivitajiet tagħha matul dan tmiem il-ġimgħa, fejn ilbieraħ saru l-finali A u B tal-Autocross Modified kif ukoll il-Finali Autocross Standard li ġew imħassra nhar il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015, minħabba l-maltemp u x-xita li għamlet waqt l-attività. Imbagħad illum, l-Assoċjazzjoni se tkun qed taqsam il-fliegu fejn se tkun qed torganizza l-ewwel attività f 'Għawdex għall-2016. Is-sezzjoni Enduro tal- Assoċjazzjoni se torganizza t-tielet attività mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 li se ssir fil-Barriera tal-Qassis, Limiti tal-Qala. Dan huwa sit ġdid u se jkun qed tintuża l-ewwel mill- ASMK. Din mistennija toffri sfidi ġodda lis-sewwieqa kollha. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am bl-attività tibda fl-10am. L-attività hija ssapportajta mill-Ministeru għal Għawdex, mill-Gozo Sport Board u minn Dunlop Tyres. Kompetituri minn Għawdex jistgħu jipparteċipaw ukoll f 'din l-attività. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifika Enduro fejn wara żewġ attivitjiet insibu lil Matthew Gauci fuq mutur Yamaha fuq quddiem tal- klassifika b'massimu ta' 40 punt segwit minn Andrew Cassar fuq mutur KTM b'24 punt. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lill-aħwa Ian u Joseph Scicluna, it-tnejn fuq muturi KTM bi 22 punt kull wieħed. Fir-raba' pożizzjoni nsibu lil Bernard Sammut fuq mutur KTM b'21 punt filwaqt li fil- ħames post insibu lil Alex Sant Fournier, Andrea Scicluna u Victor Bajada, kollha fuq muturi KTM bi 17-il punt kull wieħed. Iktar informazzjoni wieħed jista' jiksibha mis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www.asmk.org.mt, jew mill- paġni uffiċjali tal-ASMK fuq Facebook, jew inkella Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku: info@asmk.org. mt. "Irrid nirbaħ kollox ma' Birkirkara" - Edison David Bilbao Zarate Bħala parti mit- trasferiment ta' Paul Fenech ma' Balzan, edison David Bilbao Zarate ingħaqad ma' Birkirkara fejn iffirma kuntratt ta' sentejn u nofs. m'hemmx dubju li dan il-plejer meqjus bħala mutur f 'nofs il-grawnd se jkun qed isaħħaħ ferm id- dipartiment ta' nofs il-grawnd ta' Birkirkara u anki dak offensiv tagħhom. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-istess plejer imwieled fl-1987 fiċ- Ċili, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tiegħu ma' Balzan. Huwa saħaq li: "Minn mindu ġejt Malta, dejjem ridt nilgħab ma' klabb kbir bħal mhuwa Birkirkara. Issa l-opportunità ġiet u naħseb li kienet deċiżjoni tajba li jien ħadt fil- karriera tiegħi. Issa rrid biss li nirbaħ kollox ma' Birkirkara minħabba li dan il-klabb u l-partitarji numerużi tiegħu jixirqulu l-aħjar. Nissab kuntent ħafna li ngħaqadt ma' dan il-klabb, u nittama li kollox imur sew għalija bil-flokk tal-istripes," temm jgħid Edison David Bilbao Zarate. Tajjeb ngħidu li qabel ingħaqad ma' Balzan b'mod uffiċjali nhar it- Tnejn li għadda, huwa lagħab ma' diversi klabbs imxerrdin madwar id- dinja. Dan hekk kif huwa lagħab ma' Cultural de Montalegre fil-Portugal u ma' Ramonense fil-Kosta Rica, qabel ġie jilgħab f 'Malta fis-sajf tal-2012, fejn ingħaqad ma' Qormi u wara staġun ferm pożittiv ma' dan il-klabb, ħalla Malta biex imur jilgħab fl- Istati Uniti ma' New York Cosmos. Huwa rritorna Malta f 'Jannar tal-2014 fejn ingħaqad ma' Balzan fejn qatta' l-aħħar żewġ staġuni tiegħu, fejn kien plejer prinċipali ta' dan it-tim li assigura post storiku għall- ewwel darba fil-UEFA Europa League, hekk kif fl-istaġun li għadda temm fir-raba' post tal- Kampjonat BOV Premier. Edison David Bilbao Zarate mal-Viċi-President ta' Birkirkara, Matthew Ca- lascione, waqt il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu