Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Republic Street, Valletta next to the Courts F'dan l-istadju, il-PN 'm'għandu xejn iktar xi jżid' Tkompli minn paġna 1 ITTWEĠIBA min-naħa tal-PN kienet xotta u ma tat l-ebda spjegazzjoni ta' pjan konkret. "Il-Kap tal- Oppożizzjoni diġà tkellem dwar dan is-suġġett f 'żewġ okkażjonijiet dan l-aħħar. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru għadu ma ta l-ebda reazzjoni," qalilna l-PN. L-email tgħid ukoll li, "l-Kap tal-Oppożizzjoni se jistenna r-reazzjoni tal-Gvern u f 'dan l-istadju m'għandux aktar xi jżid fuq dak li diġà qal." Wara l-ewwel email, l-ILLUM reġgħet bagħtet oħra lill-kelliem tal-PN li fiha staqsa jekk tal-inqas, minkejja li ma weġibx dwar kif qed jipproponi li jneħħi jew iwaqqaf l-abbuż fl-Armier, jikkonfermax li ġie avviċinat għal laqgħa mill-partijiet interessati. "Bgħatna għal laqgħa aktar minn tliet ġimgħat ilu" Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM għamlet kuntatt ma' Tarcisio Barabara, li jirrapreżenta l-Armier Developers Limited. Dan qal li madwar tliet ġimgħat ilu, huwa bagħat email lill-Partit Nazzjonalista li fiha staqsa biex issir laqgħa. Barbara qalilna li, sakemm qed jinkiteb dan l-artiklu, kien għadu bla risposta. Aħna tlabna lil Barbara biex naraw l-email, iżda dan ipprefera li ma jurihiex. Barbara, kawt ħafna fir- risposti tiegħu, baqa' jinsisti li ma' xtaqx jikkumenta dwar is-suġġett għax, skont hu, "il-midja qed tinterpreta l-affarijiet kif trid hi." "Il-midja, saħansitra l-Arċisqof, huma kollha kontrina," ilmenta mal- ILLUM Barbara. Kien f 'Diċembru li għadda meta Simon Busuttil stqarr li, "huwa inutli li wieħed jgħid li 20 sena ilu kien sar ftehim, għax f 'dal-perjodu laħqu saru erba' elezzjonijiet. Nista' nħares biss lejn l-aħħar elezzjoni, meta jien kont involut, u qabel l-aħħar elezzjoni, ma kien sar ebda ftehim. Dak iż-żmien, jien lanqas biss kont fil-politika." Din ir-reazzjoni ta' Busuttil kienet ġabet it-tifħir ta' bosta għaqdiet ambjentali u fi stqarrija li ħarġet ftit wara dak li qal il-Kap tal-PN, Front Ħarsien ODZ kien appella lill-Prim Ministru u l-Partit Laburista biex imur lura mill- wegħda li għamel mal-familji fl-Armier qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Minkejja dan, din l-istess pożizzjoni kienet, kif mistenni, milqugħa b'rabja mir-rappreżentanti ta' dawk li għandhom il-kmamar fl-Armier. Fil-fatt f 'kummenti lis-sit inewsmalta, Barbara fakkar kif qabel l-elezzjoni tal-2008 kienet saret petizzjoni lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi b'8,000 firma li warajha ingħatat garanzija li l-kmamar se jibqgħu f 'posthom. Hu staqsa jekk allura l-elezzjoni tal-2008 insterqitx mill-PN u staqsa wkoll lil Simon Busuttil biex ikun aktar ċar fi kliemu u jgħid għal-liema kmamar kien qed jirreferi. Storja ta' wegħdi, battibekki u ftehimiet mhux ippubblikati Il-battibekk dwar il- kwistjoni tal-Armier ilu għaddej is-snin. Il-Partit Nazzjonalista kien għamel żewġ ftehimiet, fl-2003 u l-2008. Filwaqt li l-Partit Laburista kien laħaq ftehim fl-2002, 2007 u l-2013. Dan il-perjodu ġie deskritt mill- Front Ħarsien ODZ bħala 'kapitlu iswed fl-istorja politika ta' Malta' għax iż-żewġ partiti kienu daħlu fi ftehim ma' persuni li, illegalment okkupaw medda kbira ta' art. "Il-Partiti politiċi kienu saru kompliċi ta' dan kollu," sostna l-Front. Fl-2001, Gvern Nazzjonalista kien ippropona li jitneħħew l-1,200 boathouse eżistenti u jiġu mibdula f '1,600 kamra li tista' tiġi akkwistata b'renta ta' Lm250 fis-sena. Dawn il- kmamar ikopru mal-230,000 metru kwadru ta' art, ekwivalenti għal 28 grawnd tal-futbol. Il-MEPA kienet ippublikat pjan li jidentifika erba' żoni fejn setgħu jsiru dawn il-kmamar ġodda, iżda dan il-pjan qatt ma ġie approvat. Sena wara, fl-2002, il-Partit Laburista jiffirma ftehim mas-sidien tal-boathouses fl-Armier li jirrikonoxxi d-drittijiet tagħhom fuq din l-art. 2003, il-Gvern jiffirma ftehim biex l-art tgħaddi għand il-kumpanija mwaqqfa apposta, jiġifieri l-Armier Developments Limited b'kirja ta' Lm157,000 fis-sena. Fl-2007, il-Partit Laburista b'Alfred Sant bħala kap, jerġa' jġedded il-wegħda tal-2002. Il-kwistjoni kompliet tisħon, meta fi Frar tal-2008, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jiffirma ftehim 'sigriet' li jġedded il-wegħda li saret fl-2003. Fl-2009 saret laqgħa bejn l-Armier Developments Limited u s-Segretarjat tal-Gvern f 'Kastilja, fejn ġie mwiegħed li l-informazzjoni li tingħata dwar sid il- boathouses fl-Armier ma tintużax kontra s-sidien infushom. Tarcisio Barbara spjega li l-ftehimiet li saru f 'din il- medda ta' snin, inkluż dawk mal-Partit Laburista, kienu simili ħafna fil-kontenut, filwaqt li naqas milli jispjega eżattament x'kien jinkludi l-ftehim u x'kienu d-differenzi fil-kontenut. Qabel dan kollu, ta' min wieħed isemmi l-avveniment li seħħ fl-1991, meta kien sar attentat mill-Gvern Nazzjonalista fejn bagħat gaffa biex iwaqqa' l-kmamar fl-Armier. Il-pjan tal-Gvern kellu jieqaf ħesrem hekk kif mijiet ta' persuni, sidien tal- kmamar fl-Armier, marru fit-triq li twassal għall-post fejn saret l-illegalità u ma ħallewx il-gaffa tgħaddi. Fi programm televiżiv, ftit qabel l-elezzjoni tal-2013, iż-żewġ mexxejja tal-Partit ewlenin kien qalu li huma kommessi li jsibu soluzzjoni għall-kwistjoni tal- boathouses fuq art pubblika fl-Armier. L-Alternattiva Demokratika kien l-unika partit li għamilha ċara li dawn il- kmamar jeħtieġ li jitneħħew. Ritratt: Chris Mangion