Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 20 90 51 16 19 36 15 27 Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun st. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi Brown's Pharmacy, 32, Triq Fleur- de-Lys (previously "Fleur de Lys Pharmacy"), Birkirkara Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Princi- pessa Margerita, Ta' Xbiex Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi mraBat Pharmacy, 5, Triq l-Imra- bat, Sliema st. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija sgħajtar Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien white Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla may Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Żabbar st. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria st. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala airPort Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa l-oGħlA: 21˚Ċ l-inQAS: 13˚ Ċ teMp: Sabiħ Viżibilità: Tajba riħ: Punent Lbiċ forza 4 li jsir forza 3 għal 4 u jdur mill-Majjistral forza 4 bAħAr: Moderat iMbAtt: Baxx mill-Lbiċ teMperAturA tAl-bAħAr: 18°C l-oGħlA: 20˚Ċ l-inQAS: 13˚Ċ teMp: Sabiħ Viżibilità: Tajba riħ: Punent il-Lbiċ forza 4 li jsir Lbiċ forza 5 bAħAr: Moderat li jsir qawwi iMbAtt: Baxx mill-Majjistral teMperAturA tAl-bAħAr: 18°C Pożittivi dwar il-liċenzjar tal-aġenti tal-proprjetà minn albert gauci Cunningham Il-bIdlIet proposti mill-Gvern għas-settur tal-proprjetà li żvelat din il-gazzetta fil-ħarġa tat-13 ta' diċembru 2015, intlaqgħu b'mod pożittiv minn numru ta' nies li jaħdmu fl-istess settur. Fil-fatt, għall-mistoqsijiet tagħna, kemm id-direttur tal-kumpanija Frank Salt, douglas Salt, kif ukoll il-Marketing Manager tal- kumpanija dhaila, Chris bonnett qablu li l-proposta biex kull aġent tal- proprjetà jkun liċenzjat, għandha tassigura kwalità aħjar fl-industrija. Il-White Paper li se tkun ippublikata aktar tard dan ix-xahar hija mmirata li ttejjeb u tirregola s-suq tal-proprjetà, tant li l-Gvern se jkun qed jipproponi l-introduzzjoni ta' kodiċi ta' prattika li għandhom iwasslu biex kull persuna li taħdem f 'dan is-settur tkun liċenzjata fil-bejgħ tal- proprjetà. Meta mitlub jikkumenta, Bonnett qal li "naqblu żgur mal-proposta għax hija mod tajjeb ta' kif tirregola l-industrija." Hu żied jgħid li anke jekk il-kumpanija li tagħha huwa impjegat toffri t-taħriġ meħtieġ lil dawk li jkunu jixtiequ jsiru aġenti, "il-proposta ta' liċenzja hija pożittiva ħafna għax taċċerta li min qed joffri s-servizz ikun kwalifikat u min qed jingħata s-servizz ikollu ċertu ċertezza ta' kwalità ppruvata." Intant Douglas Salt, filwaqt li qal li huwa xi ftit prematur biex jgħaddi kummenti dwar il-proposti li għad iridu jkunu ppubikati b'mod uffiċjali, saħaq li l-idea ta' liċenzjar hija waħda tajba. "M'għandna l-ebda oġġezzjoni għal-liċenzjar minħabba li miżura bħal din, mingħajr ebda dubju, twassal għal standards ogħla kemm-il darba tkun infurzata u mmonitorjata kif suppost." L-ILLUM kienet żvelat kif il-White Paper li se tkun mressqa mis-Segretarjat Parlamentari għall- Kompettitività u Tkabbir Ekonomiku, se tkun qed tħares lejn diversi prattiċi fosthom il-kiri, bejgħ kummerċjali, il-maniġment tal-kondominju u l-bejgħ internazzjonali. L-istess White Paper se tkun qed tikkunsidra t-twaqqif ta' organizzazzjoni li se tkun qed tivverifika li fil-fatt, dawn il-kodiċi qed ikunu segwiti filwaqt li tippromovi l-professjoni permezz ta' taħriġ u edukazzjoni professjonali. Meta kien tkellem mal- ILLUM, is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera kien spjega kif il-Gvern jemmen fl-ogħla livell ta' protezzjoni. Huwa aċċerta li mhux l-għan tal-Gvern li jitfa' xi dell fuq ix-xogħol li qed isir mill-aġenti, "imma nemmnu li issa huwa ż-żmien li nirregolaw din l-industrija wara diskussjoni wiegħa mal-istakeholders." Intant l-ILLUM kienet żvelat ukoll kif is-sensara se jkunu esklużi minn dawn it-tibdiliet. Din il-White Paper mressqa mill-Gvern se tkun ippublikata fi żmien meta is-settur għaddej minn perjodu tajjeb ħafna, speċjalment fejn jirrigwarda il-qasam tal-kiri. "Miżura bħal din, mingħajr ebda dubju, twassal għal standards ogħla" - Douglas Salt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016