Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016| illum 5 Aħbarijiet 'Huwa dritt tat-tfal li jżuru lin-nanniet' minn Veronica Lynn Mizzi LGĦAQDA 'Nanniet Malta' permezz tal- fundatur tagħha, Philip Chircop iridu li ż-żjarat għand in-nanniet, ikunu parti mid-drittijiet tat-tfal. B'dan il-mod, in-nanniet ma jiġux imċaħħda milli jaraw lin-neputijiet tagħhom, u lanqas l-istess nanniet milli jqattgħu ħin ma' dawn it-tfal. Fil-fatt, Chircop jitkellem dwar din il-kwistjoni u l-fatt li f 'ċertu każi, xi nanniet jiġu mċaħħda milli jaraw lin-neputijiet tagħhom mhux sempliċiment għax il-ġenituri huma wisq imħabbta, imma anke fuq piki jew xi diżgwid bejn il-ġenituri u n-nanniet, li jħallu lit-tfal ibatu. Fil-fatt, Philip irrakkonta episodju ta' nanna li ilha ma tara lin-neputijiet tagħha għal iktar minn 12-il sena, meta kienu għamlu l-preċett, u dan kollu minħabba li n-nannu kien illatika mal-missier. Ovvjament, mhux kull każ huwa l-istess, imma l-għaqda Nanniet Malta jemmnu li ż-żjarat għand in-nanniet huma xi ħaġa importanti għaż- żewġ naħat. Philip isemmi wkoll kif jekk it-tfal huma mdorrijja li ma jarawx lin-nanniet tagħhom, anke jekk ikunu jixtiequ, se tkun qisha n-norma għax ikunu draw, u allura ma jħossux li għandhom imorru jarawhom, għax "it-tfal, kif trabbihom." ILLUM tkellmet mal- fundatur ta' Nanniet Malta, Philip Chircop li għalkemm hu stess qatt ma laħaq lin-nanniet tiegħu, xorta waħda jitkellem b'passjoni dwar l-esperjenza u r-relazzjoni unika bejn nanniet u neputijiet. Fil- fatt, Chircop jitkellem dwar dawn iż-żjarat għand in-nanniet anke minħabba l-ammont ta' anzjani iżolati jew mifnija bis-solitudni li jiltaqa' magħhom permezz tal-għaqda. "Waħda mill-għanijiet tal- fondazzjoni kienet propju li nikkumbattu s-solitudni u l-abbandun billi noħolqu kuxjenza u forsi nrattbu l-qlub ta' dawk li b'ċertu kattiverja, ma jmorrux jaraw lill-anzjani tagħhom," sostna b'ċerta emozzjoni. Il-pjaga tal-anzjani abbandunati Din il-pjaga tal- abbandun hija waħda ikbar milli tidher inizjalment, partikolarment fi żminijiet ta' festi li għadna kemm għaddejna minnhom. Philip Chircop tkellem dwar kif żjara lill- anzjani tista' tbiddlilhom il-ġurnata jekk mhux ukoll il-ġimgħa kollha, u hija xi ħaġa minima li jistgħu jagħmlu l-ulied wara dak kollu li jkunu għamlu magħhom il-ġenituri. "Ikunu għamlu tant ma' wliedhom u man- neputijiet, allura għandhom jabbandunawhom f 'xi home? L-anzjani jgħidulek li qishom qegħdin ġo lukanda ta' ħames stilel imma ma jiġux jarawhom it-tfal. 'Hija l-iktar ħaġa importanti u vera nħoss in- nuqqas tagħha,'" sostna l-fundatur ta' Nanniet Malta. Minkejja dan, f 'ħafna mill-każi llum il-ġurnata, in-nanniet spiċċaw irabbu huma lin- neputijiet żgħar minħabba li l-ġenituri jkunu jaħdmu t-tnejn. Għalhekk, f 'dawn is-sitwazzjonijiet, ma jkunx hemm il-problema li n-nanniet mhux qed jaraw lin-neputijiet imma n-nanniet ikollhom responsabbiltà kbira fit- trobbija, u din hija sfida ġdida. Philip saħaq li, "issa n-nanniet m'għadhomx biss babysitters ta' meta l-ġenituri jkollhom xi qadi, imma saru t-tieni ġenitur. Ma rridux nieħdu l-irwol tal-ġenituri, imma qed niġu kostretti nagħmlu dan." Nedukaw lin-nanniet biex jimxu maż-żminijiet Philip isostni li n-nanniet iridu jaġġornaw irwieħhom maż-żminijiet tal-lum u t-teknoloġija, waqt li jitkellem dwar il-ħafna affarijiet pożittivi li toffri t-teknoloġija tal-lum fir-relazzjoni tan- nanniet mat-teknoloġija. Permezz tal-media soċjali, Philip esprima li n-nanniet qed iżommu kuntatt bejniethom u anke mal- għaqda. Minbarra t-teknoloġija, Philip isemmi fatturi soċjali li huma iktar pressanti llum il-ġurnata bħal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru u bullying u jgħid kif għalkemm issa dawn il-kwistjonijiet qed joħorġu fi-deher, ilhom realtà għal snin twal. "Irridu naġġornaw lin-nanniet mar-realtajiet tal-lum li 40, 50, 60 sena ilu, kienu jeżistu imma kienu jsiru taħt l-għonnella, fil-magħluq u bil-moħbi, kwistjonijiet bħal gender issues, fost l-oħrajn," kompla jgħid Chircop. Isemmi l-importanza li għaqdiet bħal Nanniet Malta jkunu infurmati dwar realtajiet ta' madwarhom ħalli dejjem jibqgħu aġgornati u jaġġornaw lil membri tagħhom, u dan minbarra li jkunu jistgħu jitkellmu man-neputijiet tagħhom dwar affarijiet kurrenti, li jolqtuhom. Tista' tingħaqad ma' Nanniet Malta fuq Facebook, jew tidħol fis-sit www. nannietmalta.org "Ma rridux nieħdu l-irwol tal-ġenituri, imma qed niġu kostretti nagħmlu dan" Mix-Xellug: Alan u Lynn ulied Philip, in-neputi Jordan, il-bużnannu Joseph, Carmen (mart Philip), in-neputija Lyzzieann, Philip u LuisaMarie in-neputija l-kbira Philip Chircop