Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 9 Aħbarijiet 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Medical Services – T114/15 Data ta' ħruġ: 5 ta' Jannar 2016 / Data ta' għeluq: 5 ta' Frar 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI 'Il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin qed iħallsu għall-korruzzjoni' - PN HEKK kif din il-ġimgħa, l-prezz internazzjonali taż-żejt niżel f 'livelli li qatt kien fl-aħħar 11-il sena, il- familji u n-negozji Maltin u Għawdxin komplew iħallsu fost l-ogħla prezzijiet tal- petrol u d-diesel fl-Ewropa. Dan qalu fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista fejn sostna kif il-prezz tad-diesel f 'Malta huwa r-raba' l-ogħla fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea filwaqt li l-prezz tal-petrol huwa d-disa' l-ogħla, bil- medja Ewropea tkun inqas fiż-żewġ ċirkustanzi. Il-PN kompla jsostni li fil-każ tad-diesel hemm 24-il pajjiż mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li qed igawdu minn prezz irħas minn dak ta' Malta. Dawn huma l-Ġermanja, Franza, il-Belġju, l-Awstrija, il- Lussemburgu, il-Finlandja, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Olanda, Ċipru, l-Estonja, il- Bulgarija, Spanja, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, is- Slovakkja, l-Islovenja, il- Ġreċja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugal, u r-Rumanija. Saħansitra hemm disa' pajjiżi fejn il-prezz huwa taħt l-ewro, fosthom l-Awstrija b'99ċ kull litru, jiġifieri 23ċ kull litru irħas minn Malta, u l-Lussemburgu b'89ċ kull litru jiġifieri 33ċ irħas minn Malta. Fil-każ tal-petrol, ikompli jisħaq il-Partit Nazzjonalista, hemm 19-il pajjiż mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li qed igawdu minn prezz irħas minn dak ta' Malta, bl-irħas pajjiż ikun il-Polonja bi prezz ta' 97ċ kull litru filwaqt li dak ta' Malta huwa €1.32 kull litru, jiġifieri l-Pollakki iħallsu 35ċ anqas mill-Maltin fuq kull litru. "Mir-roħs internazzjonali taz-zejt għandu jgawdi kulħadd. Filwaqt li l-familji u n-negozji Ewropej qed iħallsu prezzijiet tal-fuels ferm irħas minn Malta, f 'Malta Muscat iżomm il-prezzijiet għoljin. Għall- korruzzjoni qed iħallsu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin," kompliet tgħid l-istqarrija. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Gvern ma jkomplix għaddej b'dak li sejjaħ bħala daylight robbery u jagħti dak li hu mistħoqq lil familji u negozji Maltin. Kampanja edukattiva dwar l-immaniġġjar tal-iskart F'LAQGĦA li kellu l-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat din il-ġimgħa mal-membri tal-istakeholders group fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart, huwa ħabbar li l-kampanja edukattiva dwar l-immaniġġjar tal-iskart mistennija tiġi mnedija lejn tmiem l-ewwel kwart tas-sena. Il-Ministru Brincat ħabbar ukoll li bħalissa għaddej proċess li permezz tiegħu qed tissaħħaħ it-taqsima tal- infurzar fil-qasam tal-iskart fi ħdan id-Direttorat tal- Ambjent, sabiex la titwaqqaf l-Awtorità l-ġdida tal- Ambjent u r-Riżorsi (ERA), din tkun atrezzata ferm aħjar milli hi llum f 'qasam ferm vitali għal dak tal-iskart, l-infurzar. F'din il-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo, dawk preżenti ġew mistiedna u għamlu għadd ta' suġġerimenti marbutin mal- implimentazzjoni tal-miżuri tal-Baġit 2016 dwar il-qasam tal-iskart. ILBIERAĦ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta' waranofsinhar, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija mill-Għassa ta' Birkirkara marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta' 70 sena, residenti Birkirkara stess, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha fid-direzzjoni lejn l-isptar u għal xi raġuni skiddja u tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall- kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku kienu wkoll fuq il-post sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Raġel Karkariż midrub wara aċċident bil-mutur Ingliż imut wara li pprova jagħmel suwiċidju f 'Monte Carmeli RAĠEL Ingliż ta' 45 sena tilef ħajtu wara li pprova jwettaq suwiċidju meta kien qiegħed jinżamm b'arrest preventiv flp-Isptar Monte Carmeli. Għalkemm tim mediku prova jsalvalu ħajtu t-tentattivi fallew. Fi stqarrija l-Minietru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali spjega kif bil-każ ġew infurmati l-Pulizija kif ukoll il-Maġistrat Dr Gabriella Vella li ordnat inkjesta. Barra l-inkjesta Maġisterjali, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wkoll se jkun qed jordna inkjesta interna.