Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 27 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Hibernians ....................2 Pembroke A ..................1 Friski mir-rebħa storika ta' 2-1 kontra l-ġganti Olandiżi ta' PsV Eindhoven, Hibernians għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-1. Għalkemm huma kisbu t-tliet punti, għamlu dan billi tħabtu iktar milli mistenni u kienu fortunati li ma sofrewx il-gowl tad-draw lejn l-aħħar tal-logħba. Kienu l-Pawlisti li għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mill-ftuħ tal-logħba u wara biss erba' minuti fetħu l-iskor meta minn cross mix-xellug ta' Clayton Failla, għola tajjeb Jorge Santos Silva, li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin, tefa' ġewwa. Erba' minuti biss wara, il- Pawlisti tilfu ċans tad-deheb li jirdoppjaw l-iskor meta rebħu penalty hekk kif Zoran Levnaic waqqa' lil Gilmar da Silva Ribeiro fil-kaxxa. Mill- 11-il metru nkariga ruħu Clayton Failla li iżda tefa' għoli. Fil-45 minuta, Pembroke Athleta ġabu l-iskor indaqs, meta Kyle O'Brien għadda tajjeb lejn Siraj Eddin Arab li permezz ta' xutt bomba minn barra l-kaxxa, spara fir-rokna tax-xibka. Tliet minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima, Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ meta Clayton Failla xeħet kross preċiż mix-xellug, b'difensur ta' Naxxar Lions, ixellef il-ballun bi ftit lejn Gilmar da Silva Ribeiro, li mill-viċin tefa' fir-rokna tax- xibka. Pembroke Athleta rrispondew fil-55 minuta u rebħu penalty meta Andrew Cohen waqqa' lil Gustavo Villalobos fil-kaxxa. Mill- penalty spot inkariga ruħu l-istess attakkant Amerikan li fuqu sar il-penalty, iżda naqas milli jsib ix-xibka, hekk kif ix-xutt angulat fil-baxx tiegħu ntemm barra. Fit-82 minuta Gustavo Villalobos għal Pembroke Athleta kien ferm sfortunat, li ra x-xutt angulat tiegħu minn ġol-kaxxa jistampa mal- wieqfa, bil-goalkeeper Rudy Briffa megħlub għal kollox. Hibernians - Briffa, Da Gracia Gomes (Soares 44'), Lima, Dias, Cohen (Farrugia 80'), Kristensen, Failla, Degabriele (Rocha dos Santos 68'), Agius, Da Silva Ribeiro, Santos Silva Pembroke A. - Muscat, Cini, Barbetti, Levnaic, Micallef, O'Brien, Eddin Arab (Agius 71'), Laudisi, Shereni, Villalobos, Togbah (Bugeja 57') Referi - Trustin Farrugia Cann GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil. Huwa wieħed mill-akkwisti l-ġodda ta' Hibernians għal dan l-istaġun. Skorja t-tieni gowl għal Hibernians f'din ir-rebħa. Qabel Hibernians, lagħab ukoll ma' Naxxar Lions fil-Kampjonat BOV Premier f'pajjiżna, u ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil. Hibernians jitħabtu biex jegħlbu lil Pembroke Ritratt - Ray Attard Gilmar da Silva Ribeiro jiffawlja lil Paltemio Barbetti, b'Jackson Lima isegwi l-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016