Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Balzan .......................4 Mosta ........................1 Balzan għelbu l-isfida ta' Mosta bl-iskor kbir ta' 4-1, biex żammew il-pass mat-timijiet ta' fuq, u dan meta lagħbu għal madwar 40 minuta bi plejer inqas meta propju fid-debutt tiegħu, tkeċċa għalihom il- midfielder internazzjonali Paul Fenech fil-61 minuta. Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss żewġ minuti, xutt angulat fil-baxx minn ġol-kaxxa ta' Lydon Micallef intemm barra. Fl-għaxar minuta, huma fetħu l-iskor meta xutt angulat u b'saħħtu ta' Dylan Grima ġie milqugħ minn Omar Borg, b'Adrian Borg jipprova jtajjar il-ballun, li iżda spiċċa għand Lydon Micallef li mill-viċin tefa' ġewwa. Man-nofsiegħa logħob, tentattiv minn freekick ta' James Brincat, wasal għand Adrian Borg, li ttanta xortih permezz tat-takkuna, iżda l-ballun ġie milqugħ minn Christian Cassar. Fil-35 minuta, Balzan irduppjaw l-iskor meta Paul Fenech mil-lemin, xeħet kross fil- baxx u preċiż għan-nofs, bil-ballun jispiċċa għand Alfred Effiong, li minn taħt il-lasta spara ġewwa. Fit-52 minuta, Mosta naqsu l-marġni tal-iskor meta minn kross mil-lemin ta' Adrian Borg lejn James Brincat, dan tefa' l-ballun fis-saqaf tax-xibka permezz ta' xutt b'saħħtu mill-ewwel li ħalla lill-goalkeeper ta' Balzan Christian Cassar iħares. Fil-61 minuta Balzan qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-midfielder internazzjonali Paul Fenech, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Iżda, Balzan wettqu reazzjoni tajba u fl-74 minuta, għalkemm b'raġel inqas, irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ permezz ta' xutt mid-distanza ta' Ryan Fenech, biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu matul dan l-istaġun. Fid-90 minuta, Balzan għamluhom erbgħa biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa permezz tad-debuttant Alan da Silva Souza, li wara li rebaħ ballun mitluf, avvanza tajjeb, u tefa' l-ballun ġewwa. Balzan - Cassar, R. Fenech (Brincat 89'), Grioli, Bezzina, Arab, Effiong (Vujacic 79'), Calcado, P. Fenech, Grima, Micallef (Da Silva Souza 68'), Serrano Valero Mosta - O. Borg, Farrugia, Osa Guobadia, Micheletti, A. Borg, J. Brincat, Frendo (Z. Brincat 78'), Micallef, Fidelis, De Paulo (M. Brincat 46'), Falzon (Montes 78') Referi - Fyodor Zammit RYAN FENECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Matul dan l-istaġun għal diversi ġimgħat barra mill- azzjoni minħabba li għamel l-operazzjoni tal-'isports hernia'. Skorja l-ewwel gowl tiegħu matul dan l-istaġun propju waqt din il-logħba. Ingħaqad ma' Balzan fit-3 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet. Balzan iżommu l-pass ma' ta' fuq b'rebħa konvinċenti fuq Mosta Ritratt - Ray Attard Steve Bezzina jikkontrolla l-ballun tajjeb, għalkemm ippressat minn Edile Micheletti Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016