Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 13 Għawdex arti billi jaħraq fuq l-injam Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 $ġ%$5,-,(7 ,WWLHQL OLNWDUVLWELO0DOWLOL MDUDZKQLHV 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXULKXPD PLQQ0DOWD 15K LIKES IXT)DFHERRNIҋVHQD Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaa 'Kemm ilu l-Labour l-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 iexken vodka l-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo s-sistema tiegħu hi jagħmel 'tracing', u jibda jaħraq. "Però, xorta nħoss li rrid nagħmel xi ħaġa oriġinali, fil-fatt f 'ħafna mix-xogħol tiegħi ndaħħal kulur wieħed, bħal pereżempju nagħmel tieqa ħamra f 'pittura sħiħa. Mhux suppost li fit- pirografija tuża kulur iżda jien inħobb nagħmilha." U sal-lum, Salvu mhux arloġġ wieħed għamel iżda 8 arloġġi u madwar 40 biċċa ta' arti oħra fi tmien snin. Staqsejtu jekk jirnexxilux ibigħhom, u qalli li hu ma jiħux gost ibigħhom, "għax toħroġ qalbi magħhom." Iżda biegħ waħda lis- sindku t'Għajnsielem bl-għajn tal-ħasselin, u oħra lil persuna privata li riedha biex jagħtiha rigal lil missieru għax kien hemm impinġi l-ħanut antik li kellu missieru. "Il-ħolma tiegħi hi li nagħmel wirja tax-xogħol kollu tiegħi. U wara forsi nibda nbigħ minnhom," qalli Salvu li fil-fatt iqassam ħafna mix-xogħol tiegħu bħala parti mir-rigali meta jkun mistieden xi tieġ tal- familja. "Meta nagħtihom biċċa xogħol tiegħi nħoss li nkun qed nagħtihom tifkira tiegħi li tibqa' għandhom." Salvu għamel arloġġ u nkwatru kbir li għaddieh biex jinġabru flus lil Puttinu Cares, fejn l-arloġġ ġabar 'il fuq minn €1,200. Xi ħaġa partikolari li jagħti Salvu għal żmien il-Milied hi l-omm u t-tarbija mnaqqxa fuq biċċa zokk taż-żebbuġa li jagħtiha lill-ħbieb tal-qalb tiegħu u kull sena jagħmilha differenti u jkabbarha wkoll. Jibda jaħseb għaliha minn tliet xhur qabel il-Milied. Mistoqsi jekk iqisx ruħu bħala artist, Salvu temm, "ejja ngħidu artist li għadni qed nitgħallem." Wara li lesta x-xogħol tal-katidral Fuq kull biċċa xogħol irid idaħħal naqra kulur