Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 19 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Idea ambjent jew paroli biss? I l-kwistjoni politika dwar il-kmamar tal-Armier ilha għaddejja s-snin issa, u kull darba li xi ħadd mill-awtoritajiet jew mill-klassi politika jipprova jinżel b'id tal- ħadid, iqumu l-irwiefen u jibda t-theddid bil-vot tal-individwi, il-familji tagħhom, il-familja estiża u l-ħbieb, (u kieku l-klieb u l-qtates għandhom vot, tagħhom ukoll). Min-naħa tal-Partit Laburista ma tantx għandna xi ngħidu, għax l-istorja turi li dan il- partit dejjem akkomoda lil dawn l-eluf ta' votanti b'arranġamenti u ftehim, elezzjoni wara l-oħra. Jiġifieri, sa ċertu punt, il-Partit Laburista dejjem kien konsistenti fl-appoġġ tiegħu għall-illegalità li seħħet u għadha qed isseħħ fl-Armier. Naturalment, din il- gazzetta ma tistax ma tfakkarx li dan ifisser li l-PL u Gvernijiet tal-istess partit qegħdin jitfgħu fi żvantaġġ lil dawk il- familji kollha tan-negozju u 'middle-class' li qatt ma jinsa jfakkarna kemm jirrapreżenta u jħobb. Għaliex? Għax filwaqt li biex tixtri post għas-sajf pass 'il bogħod mill- baħar, trid minn tal-inqas €120,000 illum il-ġurnata, li jfisser li trid taħdem lejl u nhar bl-overtime u b'xi part time ukoll, dawn l-eluf ħadu l-art b'xejn, bnew kmamar u biex titfa' naqra melħ fuq il-ferita, qed jagħmlu l-flus minnhom ukoll. Minn naħa l-oħra hemm il-Partit Nazzjonalista li mid-dehra, f 'din il- kwistjoni, iħobb joqgħod idur fi ċrieki, biex matul dak iċ-ċirku jipprova jintogħġob mal-ħafna votanti Nazzjonalisti li għandhom l-ambjent għal qalbhom u li ma tantx jaraw lil tal-Armier f 'dawl sabiħ. Imma imbagħad, fl-istess ħin, jipprova jintogħġob ukoll ma' iktar minn 8,000 persuna u l-ħbieb u l-qraba tagħhom li mal-ewwel sinjal ta' gaffa, ikunu lesti bil-vot f 'idejhom biex iduru għall-partit li jeħodha kontrihom. Jiddispjaċina se jkollna ngħiduha, però bir-risposta xotta li ngħatajna u li qed tidher fuq il-faċċata ta' din il-gazzetta, il-ħafna pożi, fanfarunati u kliem tal- Kap tal-Oppożizzjoni dwar kemm huwa importanti li niffaċjaw din l-illegalità, jisfumaw fix-xejn. Ħa nagħmluha ċara, huwa pożittiv li Busuttil kellu l-kuraġġ jgħid li se jagħti l-appoġġ lill-Gvern jekk dan ma jirregolarizzax il-kmamar tal-Armier u jappoġġja wkoll kull azzjoni li l-Prim Ministru, "jħoss li għandha tittieħed." Imma li mbagħad, wara li toħroġ bi stqarrija kuraġġuża li bla dubju se tirrabja eluf ta' votanti, tmur tinħeba wara l-Prim Ministru u tgħid li se tistenna r-reazzjoni tiegħu qabel tipproponi inti stess dak li tixiteq li jsir, hija naqra ta' rtirata kerha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jipprattika dak li jipprietka u ma joqgħodx jilgħab bil-bżallu jekk irid jittieħed bis-serjetà li l-PN verament jinteressah mill-ambjent. Jekk iħoss li l-kmamar tal-Armier m'għandhomx ikunu hemm, missu fl-ewwel opportunità li kellu, offruta minn din il-gazzetta, kien ċar. Konna nistennew li jekk il-PN, verament 'has gone green', jagħmel bħalma ilha tagħmel l-Alternattiva Demokratika għal snin u bħal mhu qed jirraġuna l-Front Ħarsien ODZ bħalissa u jgħid li se jaqbad gaffa, inaddaf il- post mill-bini u jirrestawra l-Armier għal dak li kien oriġinarjament. Il-fatt li minflok kien assertiv u rrisponda l-mistoqsijiet tal-ILLUM billi qalilna kif beħsiebu jneħħi l-illegalitajiet, sempliċiment poġġa fuq iċ-ċint u qal li se jistenna lil Muscat jiddeċiedi, turi x'faqar ta' klassi politika għandna f 'dan il-pajjiż. Nies bla sinsla li tihom iċ-ċirkli ta' PR, il-make-up u t-tixmir tal-komma biex imbagħad mal-ewwel tixjira tal-vot f 'wiċċhom imorru b'denbhom bejn saqajhom u jitfgħu l-ballun fuq in-naħa l-oħra. Il-logħba hija ċara: inżomm mal-prinċipju jekk inti tagħmel l-istess ħalli l-voti nitilfuhom it-tnejn mhux jiena biss. Logħob tat- tfal iż-żgħar. Għalhekk, bħala gazzetta, sal-ġurnata tal-lum, kull meta nisimgħu partit jitkellem goff dwar l-Armier, nitbissmu, nittewbu u nħarsu n-naħa l-oħra. U bħalna, ħafna u ħafna nies oħrajn li għandhom rispett lejn l-intelliġenza tagħhom infushom. Għax bejn paroli u fatti hemm baħar jikumbatti!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016