Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li bdejt tara aktar is-sitwazzjoni tiċċara fl-imħabba, għandek iżjed ċans biex tagħraf aktar int xi trid u x'inhu tajjeb għalik. Dan huwa perjodu pożittiv għalik, u għandek tkattar u tissaħħah iżjed. Dwar il-ħidma tiegħek, trid tagħraf tkun ftit aktar moħħok hemm, għax bid-dedikazzjoni li għandek lejn xogħlok, taf tiġbed xi ftit tal-għira. Għalhekk, int ibqa' agħraf id-dedika- zzjoni tiegħek. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Scorpio u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 27 u 35. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-imħabba se tkun sitwazzjoni li trid iktar rif- lessjoni u iktar ħsieb. Ovvjament, mhix xi ħaġa li tgħaġġel fiha jekk bħalissa mhux il-mument tajjeb għalik li tieħu deċiżjoni. Tgħaġġilx waqt il-karriera tiegħek ħalli tkompli tagħtik dak i s - sodisfazzjon, għalkemm xejn mhu se jaqa' mis-sema. Trid tibqa' tissielet, u s-suċċess tiegħek ġej mis-sodisfazzjoni li int qed tirċievi bħal kummenti eċċ. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Sagittarius u Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 22 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid issib bilanċ tajjeb bejn l-imħabba u x-xogħol tiegħek jekk int se tkun iktar imxaqleb lejn il-kar- riera tiegħek, se jkun hemm żviluppi ta' kunflitt mal-partner tiegħek. Ħejji pjan ta' bilanċ waqt li fil-karriera tiegħek ġejja pressjoni sabiex int tagħti ftit iktar, u huwa dan li se jiżbilanċjak. Il-pressjoni li ġejja hawn, għandek issib it-triq għal bilanċ tagħha, bi ftit ħsieb Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Taurus u Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 28 u 30. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Persuna mill-passat li se tiltaqa' magħha, se terġa' ġġiblek ċertu memorji li int u hi kellkom. Imma jekk int għalaqt il-passat, terġax tmur għalih, speċjalment meta int għaddejt minn dak li għaddejt. Dwar il-ħsibijiet li għandek dwar l-impieg tiegħek għal xi bidla, tgħaġġilx u agħraf imxi bil-mod u ara x'inhu l-aħjar għalik. It-tibdil li int taħseb li hu meħtieġ, għaraf għamlu bil-għaqal. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Cancer u Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 22 u 39. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa hu mument ta' riflessjoni kump- likata dwar l-imħabba fejn minħabba li huma maqbudin bejn passat u futur, iridu janalizzaw sew kwalunkwe pożizzjoni, però kapaċi jaslu bħal dejjem. Fil-karriera, hemm battalja kontra l-ħin biex jintlaħqu bosta proġetti li hemm it-tfassil għalihom din is-sena. Importanti li jkunu mħejjija bi pjan ħalli jintlaħaq dak kollu li ġej. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Pisces u Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Mument ta' ħsieb dwar ċaqliq ġdid fl-imħabba, wara dak li int pruvajt tagħmel. Għalkemm se tinħakem mill-passat tiegħek, trid tagħraf int eżattament xi trid. Bħalissa qisek tixtieq tkun if- fukata u stabbli fl-imħabba, imma erġajt għandek il-problema ta' x'inhu l-aħjar. Fil-karriera hemm titjib ġej, imma toqghodx tistrieħ fuq ħadd. Agħraf eżattament x'inhu tajjeb għalik. L-esperjenza għallmitek tagħraf. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Virgo u Aries. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 19, 27 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Tkunx tant rasek iebsa dwar sak li għaddej fir- relazzjoni tiegħek, imma agħraf ħalli tkun tista' tirrilassa ftit mill-pressjoni li qiegħda tinħoloq. Mhux ġust li tintilef xi ħaġa li ilek tant tbati għaliha. Irrifletti sew dwar dan. Dwar il-karriera tiegħek, tantx tagħti kas ta' min qiegħed jipprova jfixklek. Int taf x'inhu dak li trid takkwista, u għalhekk, m'għandek bżonn tal- ebda pjaċir, imma parir dejjem aċċettah, imma xejn aktar. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Capricorn u Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 28 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Trid tagħraf aktar ir-responsabbiltà ġdida li int dħalt għaliha fl-imħabba. Issa li din hi madwarek, agħti dak li tista' ħalli tkattar aktar l-għaqda li hemm u tkompli miexi 'l quddiem. Dan waqt li fil-karriera issa trid taħtaf kull opportunità li tiġi, u din is-sena se jkollok opportunitajiet, però trid tagħraf eżatt dak li huma joffrulek ħalli waqt li int tissaħħaħ, iżżomm bilanċ fil-ħajja ta' madwarek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Ar- ies u Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 12, 29 u 36. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Waqt li din is-sena ħa tkun ta' deċiżjoni jekk għandekx tagħraf aktar l-imħabba li int tixtieq, din ħa tkun l-għażla f'idejk, imma jekk int ma' tiħux l-opportunità fil-ħin, taf tkun ta' żvantaġġ għall-quddiem. Agħraf sew dwar il-karriera. Din ħa tkompli miex- ja fil-linja ta' opportunitajiet tajbin. Trid iżżomm saaqajk mal-art u timxi bil-għaqal ħalli tagħraf tieħu l-aħjar opportunitajiet. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Taurus u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 27 u 33. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Bħalissa għaddej minn fażi ta' biża' madwarek li dan qiegħed jirrifletti ta' ħafna tfixkil li gej mill-passat tiegħek. Issa jew ħa tagħraf tħares 'il quddiem, jew inkella ħa twaħħal lilek f'din is- sitwazzjoni li taf tkun ftit fit-tul. Fil-karriera tiegħek, minħabba din is-sitwazzjoni wkoll, m'intix iffukat, u għalhekk jaf jinħoloq xi ftit ta' inkwiet żejjed madwarek. Ieqaf, u rrifletti sew. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Cancer u Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 28 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Sitwazzjoni tkompli tkun ikkumplikata fl- imħabba u dan minħabba li għadek ma tistax issib it-tarf li inti tafda. Ovvjament, mhux ħa tfaqqa' subgħajk u dan jiġri, però, jekk tista' tagħraf b'mod iktar flessibbli, ikun tajjeb għalik u għall-partner. Fil-karri- era ġejja bidla li int trid tagħraf tidħol għaliha ħalli għall-quddiem, tkun ta' iktar sodisfazzjon għal dak li int kapaċi tagħmel. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Pisces u Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 25 u 38. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-ebda deċiżjoni bħalissa mhi tajba li tittieħed rigward il-pożizzjoni fl-imħabba tiegħek. Għalkemm qiegħda taħt l-istilla tiegħek bħalissa, u dan ifisser li taghrad aktar dak li trid, però ħu ftit iktar żmien ħalli wara tkun iktar b'saħħtek. Il-karriera bħalissa hi waħda trankwilla. Għandek hafna rispett għall-kapaċitajiet tiegħek u dan ikompli jsaħħek għaż-żmien li ġej. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Persuni ideali fl-għajnuna u l-gwida fil-karriera tiegħek huma Virgo u Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 28 u 35. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? X'qalulna l-qarrejja... Marlene Falzon Stafrace – San Pawl il-Baħar: PaulJon, għandek oroskopju uniku miktub u imwassal b'ċertu dettal tajjeb. Il-bidla li ghamilt kif qieghed twasslu issa, hija tajba. Nittama li tkun tista' twassal aktar informazzjoni dwar dan il-ġeneru. Żgur għandek l-abbiltà kollha. Inkun qed nistennik kull Ħadd. Graziella Azzopardi - San Ġiljan: PaulJon, naħseb li kieku tista' tagħmel paġna oħra ta' tagħrif u edukazzjoni u jkollok aktar rakkonti, ikun aħjar, għax nemmen li hawn ammont kbir ta' Maltin li jmissu mas-sopranatural. Jien aktar inkun nistenna r-rakkonti, u l-aħħar rakkont ta' Angela kien żgur ta' min jgħarblu sew għax fih ħafna x'togħmod. Kompli u Awguri. Joanne Scerri – Rabat, Għawdex: PaulJon, jien milniex ħafna li bdejt naqra l-paġna tiegħek. Kienet kumbinazzjoni jien u ġejja lura Għawdex u xtrajtha minn fuq il-vapur, u nista' ngħidlek li sammartni mas-siġġu. Jien, onestament xettika u ma nemminx b'dawn l-affarijiet imma meta minn ġimgħa għal ġimgħa segwejt l-oroskopju tiegħek bilfors għandek xi ħaġa differenti, u lesta għal sezzjoni miegħek. Michelle Attard - Marsaskala: Ħbieb tiegħi semmewk u l-kuriżità għelbitni. Għandek oroskopju ferm spjegat, u fih ħafna tagħrif. Dwar ir-rakkont, jien m'ilnix li bdejt naqra, imma r-rakkont ta' Angela kien vera bis-sens, kellha xortiha tajba. Nistenna r-rakkont li ġej ħa nara fuq xiex se jkun. Proset ta' vera PaulJon u awguri mill- qalb. Danica Sammut - Naxxar: Jien kont ngħid li dawn l-oroskopji kollha foloz, imma meta ħabiba tiegħi qaltli biex naqra l-oroskopju tiegħek, tfixkilt. Pruvajt nara kemm se jkun konsistenti ma' dak li jiġri lili, u qisek għandek xi għasfur li jwassallek! Tal- għaġeb, kull ġimgħa tħallini bla nifs, u r-rakkonti huma tal-ġenn. L-aħħar rakkont ta' Angela kein vera tajjeb, nawguralha minn qalbi. Christiana Xuereb – Tas- Sliema: Jien persuna li nemmen ħafna bl-oroskopju, u fil-fatt naqra ħafna dwaru, imma meta ħabiba tagħtni l-gazzeta ILLUM u qrajt b'interess l-oroskopju, immeraviljani kif int tikteb b'tant dettall. Proset kbira PaulJon, nistennik kull nhar ta' Ħadd. Adriana Spiteri min Paola: M'ilniex insegwik għax kont naqra oroskopju ieħor minn magażin lokali, imma dak li int tikteb, fih ħafna x'togħmod. Kemm għandek kitba li kapaċi tpoġġi lil dak li jkun imwaħħal jahseb. Kif jirnexxielek, jien żgur ma nista' qatt inkun naf, imma jien u sħabi nibqgħu bla kliem meta naqrawh u r-rakkont ta' Angela kien tajjeb ħafna! Awguri PaulJon. " " Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil Paul jon fuq l-email pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016