Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Meta kont żgħira kont nilgħab ma' ħuti subien li huma ikbar minni. Niftakar dawk il-Ħdud li missieri kien jeħodna l-grawnd ta' Tignè f 'Tas- Sliema fejn konna nqattgħu ġurnata niġru u nilagħbu ma' tfal oħra. Kont noħrog nilgħab ukoll barra t-triq ma' sħabi u bil-mod il-mod bqajt nevolvi fil-futbol. Fil-Primarja kont nilgħab il-futbol ma' studenti subien u bl-ikbar umiltà nistqarr li kont tajba daqshom. Fil-fatt, meta llum ġieli niltaqa' ma' xi erbgħa minnhom iħobbu jiċċajtaw u jgħiduli,"Tiftakar kemm kont tiskorjalna gowls!" Imbagħad kif bdejt is-Sekondarja kont iktar konxja mill-fatt li xi wħud bdew iqisuni bħala 'tomboy', u waqaft għal perjodu qasir. Din hija mentalità li sfortunatament għadha teżisti u titfa' dell ikrah fuq il-futbol tan-nisa hawn Malta. Għaldaqstant sibt il-kuraġġ u erġajt bdejt nilgħab il-futbol mat- tim tal-iskola sakemm fil-Form 5, Gabriella Zahra li llum tilgħab ma' Birkirkara u mat-tim nazzjonali tan- nisa, stednitni nattendi magħha għal selezzjoni għat-tim nazzjonali tal- bniet ta' taħt is-16-il sena. Jien mort u miegħi sibt lil Rachel Cuschieri, Stefania Farrugia u Kelly Agius Pace li llum huma kollha sħabi mat-tim nazzjonali. Minn hemmhekk bdejt nilgħab mal-Melita u wara sentejn nilgħab magħhom, ingħaqadt ma' Hibernians, fejn għadni nilgħab sal- lum il-ġurnata. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari? Naqbel li hemm differenzi fiżiċi bejn mara u raġel però ma naqbilx li n-nisa mhumiex kapaċi jilagħbu l-futbol. Dan għaliex aħna n-nisa għandna par saqajn bħall-irġiel u moħħ intelliġenti sabiex jifhem il-logħba tant sabiħa. Id-differenza ta' bejnietna hija dik li minħabba l-muskolatura li jippossjedu futbolers irġiel, huma iktar b'saħħithom minn dawk nisa. B'hekk futbolers nisa u rġiel ma jistgħux jikkompetu kontra xulxin. Jekk tara l-futbol tan-nisa fuq livell mondjali, per eżempju fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, dawn il-logħbiet jintlagħbu quddiem attendenzi ta' iktar minn 50,000 ruħ. Meta tħares lejn timijiet nazzjonali tan-nisa bħal mhuma l-Ġermanja u l-Istati Uniti, malajr tinduna kemm il-livell tal- futbol tan-nisa f 'dawn il-pajjiżi huwa wieħed ferm għoli. Sfortunatament ikolli nistqarr li f 'pajjiżna l-mentalità għadha tqis lill-futbolers nisa bħala inferjuri għal dawk irġiel. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Jien lgħabt taħt il-gwida ta' Pierre Brincat meta kien għadu kowċ nazzjonali. Huwa tabilħaqq il-persuna li flimkien ma' Alfred Zammit jirrapreżentaw il-bidu tal-futbol tan- nisa f 'Malta. Jekk tara l-iżvilupp li sar fil-qasam tal-futbol tan-nisa f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin, ħafna minnu huwa propju grazzi għax-xogħol ferm siewi li għamel Pierre Brincat u li għadu qed jagħmel flimkien ma' persuni oħra li jaħdmu ġewwa l-MFA. Irnexxielu jiżviluppa akkademji tal- futbol tan-nisa fosthom tal-U11, U13, U15, U19 u l-kbar. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-futbol tan-nisa ta' madwar erba' jew ħames snin ilu, malajr jinduna li dawn l-affarijiet tabilħaqq ma kinux jeżistu. X'tikkummenta fuq Maria Mifsud, Deputat Segretarju Ġenerali tal- MFA, responsabbli mis-settur tal- Grassroots, li tant għandha għal qalbha l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna? Maria Mifsud tagħmel xogħol imprezzabbli. Nixtieq nirringrazzjaha minn qalbi, għax li kieku ma jkunux persuni bħalha, aħna ma jkollniex fejn insemmgħu leħinna. Hi toħroġ barra minn triqitha għall-akbar ġid tal- futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Bħala tim nazzjonali tan-nisa, ħassejtu xi tranżizzjoni partikolari mis-sistemi ta' kowċing li kien jaddotta Pierre Brincat għal dawk ta' Mark Gatt? Meta jkun hemm tranżizzjoni minn kowċ għal ieħor, dejjem ikun hemm ftit tal-bidla. Madankollu, Mark Gatt kien jgħin lil Pierre Brincat bħala assistent kowċ mat-tim nazzjonali tan- nisa, għalhekk nafu sew is-sistemi tal- kowċing li huwa jadotta. Id-differenzi fis-sistemi ta' kowċing tagħhom huma li taħt il-gwida ta' Pierre Brincat konna nilagħbu iktar futbol difensiv, waqt li Mark Gatt daħħal iktar mentalità offensiva. Mark Gatt huwa kemxejn iktar avventuruż u qed jistedinna biex navvanzaw iktar bil-ballun nattakkaw u ma nibżgħux mill-avversarji tagħna. Ma nistax ma nsemmix it- tournament ta' Kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja tan-Nisa, fejn intom għalkemm kellkom prestazzjonijiet mill-aqwa, fallejtu li tiksbu l-kwalifikazzjoni bi sbrixx. X'ħassejt int personali wara dan id-diżappunt li wasal meta kien hemm arja kbira ta' ottimiżmu, li tabilħaqq stajtu tilħqu dan it-tragward uniku? Ovvjament, meta reġa' ġie tournament ieħor xtaqna li nerġgħu nirrepetu s-suċċess u nikkwalifikaw, iżda fil-fatt kif kulħadd jaf, ma rnexxielniex nagħmlu dan. Ngħid għalija, personalment din kienet daqqa ta' ħarta psikoloġika, għall-fatt kif tlifna l-aħħar logħba bl-iskor ta' 4-2. F'dik il-logħba, wara li konna minn taħt, ippruvajna nattakkaw imma mbagħad bdiet tinħass l-għejja tat-tournament kollu. Jien bħala plejer ħassejtha ħafna, speċjalment għall-fatt li rbaħna kontra Georgia fl- aħħar minuti minn gowl ta' Dorianne Theuma fejn konna wasalna biss pass 'il bogħod mill-kwalifikazzjoni. Però, din kienet esperjenza li żgur għenitni nikber karatterjalment u tgħallimt ħafna minnha. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Jekk se nitkellem fuq livell ta' klabb, li rnexxielna niksbu t-treble s-sena l-oħra kienet esperjenza sabiħa. Minn hawn nixtieq nirringrazja wkoll lill-president ta' Hibernians, Tony Bezzina, li apprezza x-xogħol tagħna u għamlilna ċelebrazzjonijiet sbieħ ukoll. Żgur li ma nista' ninsa qatt l-logħba valida mill-UEFA Champions League, fejn bħala Hibernians, irnexxielna niksbu draw prestiġjuż u l-ewwel punt ghal tim Malti tan-nisa fiċ-Champions League. Ma ninsiex lanqas il-fatt li f 'din l-istess logħba, irnexxieli niskorja l-ewwel gowl tiegħi fiċ-Champions League. Jekk imbagħad naqleb il-paġna fuq it-tim nazzjonali, mingħajr tlaqliq ngħid li l-ewwel logħba li bħala Malta lgħabna kontra l-Ingilterra barra minn darna kienet definittivament l-isbaħ esperjenza għalija s'issa fil-futbol. Fost oħrajn insemmi l-fatt inkredibbli li l-attendenza fil-grawnd kienet dik ta' bejn 2,000 u 3,000 ruħ. Aħna bħala tim nazzjonali tan-nisa, meta tara dak it-tip ta' sapport u nkoraġġiment ġej mill-istands, tul il-logħba kollha, jimliek b'ċertu eċitament waqt li jżidlek l-adrenalina. Barra minn hekk, il-fatt li kelli ċ-ċans uniku li nilgħab fl-istess grawnd ma' plejers ta' klassi u fama mondjali f 'dak li għandu x'jaqsam ma' futbol tan-nisa, fosthom Alex Scott, Fara Williams, Faye White u oħrajn, hija xi ħaġa li tagħmlek ferm kburija. Ikolli ngħid li matul dan l-istaġun intom il-favoriti ewlenin biex terġgħu tirbħu l-Kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva, għax tippossjedu skwadra ferm b'saħħitha. Barra minn hekk, timijiet oħra bħal Birkirkara, jidher li qed iħossu ferm in-nuqqas ta' Rachel Cuschieri. Taqbel miegħi? Rigward Birkirkara naqbel li t-tluq ta' Rachel Cuschieri minn magħhom biex tibda avventura ġdida fil-karriera tagħha f 'Ċipru ma' Apollon Limassol, inħass mill-Istripes. Dan hekk kif hi kienet il-play-maker tagħhom. Però, żgur li mhux qed jgħinhom il-fatt 34 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Kolonna fid-difiża u Viċi Captain Cristian Antony Muscat Sports Charlene Zammit - waħda mill-aħjar elementi li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna fl-aħħar snin. Hija l-viċi-captain tat-tim nazzjonali tan-nisa, waqt li tista' tiġi meqjusa bħala kolonna fid-difiża ċentrali tal-istess tim nazzjonali. "Il-futbol jgħinek taddotta stil ta' ħajja pożittiva u sana, waqt li jbiegħdek mill-vizzji li jkissru lill-bniedem" "Mhuwiex minnu li jekk tfajla tilgħab il- futbol, tkun tomboy, altru minn hekk!"